Skeda għall-ġimgħa li tibda fit-13 t’Ottubru
ĠIMGĦA LI TIBDA FIT-13 T’OTTUBRU
Għanja 8 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 14 ¶10-15 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Dewteronomju 4-6 (10 min.)
Nru. 1: Dewteronomju 4:29-43 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Iż-żwieġ għala hu vitali biex ikun hemm l-hena fil-familja?—fg lezzjoni 9, mistoqsija 1 (5 min.)
Nru. 3: David—Segwi l-prinċipji tal-Bibbja, mhux biss il-liġijiet—w12 11/15 pp. 6-7 ¶12-17 (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
5 min: Xi jfisser li tipprietka b’urġenza? Taħdita entużjastika li tenfasizza t-2 Timotju 4:2. Uża l-materjal fit-Torri tal-Għassa tal-15 taʼ Marzu 2012, paġni 16-17, paragrafi 7-9.
10 min: L-ippritkar tagħna għala hu urġenti? Taħdita minn anzjan ibbażata fuq It-Torri tal-Għassa tal-15 taʼ Marzu 2012, paġni 15-16, paragrafi 3-6, u paġna 18, paragrafi 14-18. Enfasizza kif se niġu megħjunin nippritkaw b’sens t’urġenza jekk napplikaw id-direzzjoni li nsibu fis-serje t’artikli tal-Ministeru tas-Saltna bit-titlu “Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru.” Fakkar lill-indokraturi tal-gruppi biex jipprintjaw it-tabella “Il-ħolma taʼ Nebukadnessar dwar is-siġra—Kif inhi marbuta mas-Saltna t’Alla?” għal dawk kollha fil-grupp tagħhom. It-tabella hi disponibbli fis-sezzjoni Documents/Forms f’jw.org u se tiġi kkunsidrata l-ġimgħa d-dieħla.
15 min: “Aħtaf l-opportunitajiet li għandek int biex ixxandar il-messaġġ tas-Saltna!” Mistoqsija u tweġiba. Meta tkun qed tikkunsidra paragrafu 3, stieden lill-udjenza biex jirrakkontaw esperjenzi li kellhom meta taw xhieda informali. Ikkonkludi billi ssemmi t-tema tax-xahar u turi kif inhi marbuta mal-artiklu. Fakkar lil dawk kollha fl-udjenza biex jippreparaw għad-diskussjoni tal-ġimgħa d-dieħla dwar il-Proġetti għall-Qima tal-Familja f’jw.org/mt.
Għanja 97 u Talba