Skeda għall-ġimgħa li tibda fl-17 taʼ Novembru
ĠIMGĦA LI TIBDA FL-17 TAʼ NOVEMBRU
Għanja 26 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 16 ¶1-9 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Dewteronomju 23-27 (10 min.)
Nru. 1: Dewteronomju 25:17–26:10 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Ġenituri, uliedkom kif jistgħu jsibu l-hena?—fg lezzjoni 9, mistoqsija 5 (5 min.)
Nru. 3: David—Aċċetta l-korrezzjoni u kun approvat minn Alla—w04 4/1 pp. 17-18 ¶10-14 (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
10 min: What’s a Real Friend? Diskussjoni bbażata fuq il-lezzjoni minn fuq il-whiteboard “What’s a Real Friend?” (Mur f’jw.org/mt, u kklikkja fuq TAGĦLIM TAL-BIBBJA > ŻGĦAŻAGĦ.) Ibda billi turi l-vidjow lill-udjenza. Wara, uża dawn il-mistoqsijiet bħala bażi għad-diskussjoni: (1) X’inhu ħabib veru? (2) Liema kwalitajiet għandek tfittex f’xi ħadd qabel ma ssir ħabib tiegħu? (3) Kif tistaʼ ssib ħabib tajjeb? (4) Liema tip taʼ sforz għandek bżonn tagħmel sabiex il-ħbiberiji tiegħek jikbru?
10 min: L-imħabba tidentifikana. (Ġw. 13:35) Diskussjoni bbażata fuq it-2014 Yearbook, paġna 48, paragrafu 1, sa paġna 49, paragrafu 3; u paġna 69, paragrafu 1, sa paġna 70, paragrafu 2. Stieden lill-udjenza biex jikkummentaw dwar x’lezzjonijiet tgħallmu.
10 min: “Metodu ġdid u eċċitanti taʼ ppritkar f’postijiet pubbliċi.” Mistoqsija u tweġiba. Jekk il-kongregazzjoni għandha nħawi fit-territorju tagħha fejn jgħaddu ħafna nies, intervista lill-indokratur tas-servizz dwar l-arranġamenti lokali li hemm għall-ippritkar f’postijiet pubbliċi, u stieden lill-udjenza jirrakkontaw esperjenzi li kellhom.
Għanja 92 u Talba