Skeda għall-ġimgħa li tibda 22 taʼ Diċembru
ĠIMGĦA LI TIBDA 22 TAʼ DIĊEMBRU
Għanja 15 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 17 ¶17-23, kaxxa f’p. 177 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Ġożwè 9-11 (10 min.)
Nru. 1: Ġożwè 9:16-27 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Il-Kristjani veri jippritkaw dwar is-Saltna t’Alla—fg lezzjoni 10, mistoqsija 3, it-tielet punt (5 min.)
Nru. 3: Għala Dorka kienet maħbuba—w11 10/1 pp. 14-15 (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
Tema tax-Xahar: Oħroġ “affarijiet tajbin” mit-teżor tajjeb li hu fdat lilek.—Mt. 12:35a.
5 min: Bżonnijiet lokali.
25 min: “L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku tal-2015 tgħinna ntejbu t-tagħlim tagħna.” Diskussjoni mill-indokratur tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku. L-indokratur tal-iskola jistaʼ jagħżel ċerti paragrafi biex jinqraw qabel ma jiddiskutihom. Enfasizza t-tibdil li hemm f’Inkarigu Nru. 1, fil-ħin allokat għall-punti prinċipali mill-Bibbja, u fil-parir mill-indokratur tal-iskola. Qabbad lil xi ħadd jaqra paragrafu 7, u wara li tiddiskutih, ħejji turija li turi anzjan jikkonduċi studju tal-familja maʼ martu u ibnu jew bintu billi juża l-materjal f’paġna 14 tal-ktejjeb Introduzzjoni għall-Kelma t’Alla. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu vantaġġ sħiħ mit-taħriġ teokratiku eċċellenti provdut mill-iskola u biex jagħmel użu tajjeb mill-ktieb Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku.
Għanja 117 u Talba