Skeda għall-ġimgħa li tibda fis-26 taʼ Jannar
ĠIMGĦA LI TIBDA FIS-26 TAʼ JANNAR
Għanja 99 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 19 ¶9-17 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Imħallfin 5-7 (8 min.)
Nru. 1: Imħallfin 7:12-25 (3 min. jew inqas)
Nru. 2: Elija—Tema: Kun kuraġġuż billi tiffoka fuq Ġeħova—ia kap. 12, ¶7-8 (5 min.)
Nru. 3: Għala għandna bżonn gwida?—fg lezzjoni 11, mistoqsija 1 (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
Tema tax-Xahar: ‘Tjassar għall-Mulej bl-akbar umiltà.’—Atti 20:19.
10 min: L-offerta għal Jannar u Frar. Diskussjoni. Stieden lill-udjenza jirrakkontaw esperjenzi sbieħ li kellhom meta offrew il-browxer Aħbar Tajba. Ħejji turija qasira li fiha jiġi offrut il-browxer. Wara, iddiskuti l-artiklu “Għala għandna nitilqu minnufih?”
10 min: Anzjani li jitjassru għall-Mulej—Il-ħu li jikkonduċi l-Istudju tat-Torri tal-Għassa. Intervista l-ħu li jikkonduċi l-Istudju tat-Torri tal-Għassa billi tuża dawn il-mistoqsijiet: X’inhu involut fl-inkarigu tiegħek? Kif tipprepara għall-Istudju tat-Torri tal-Għassa? Għala ma tkunx tistaʼ tqabbad lil kull min jgħolli jdejh biex iwieġeb? Il-qarrej, dawk li jwieġbu, u l-aħwa li jieħdu ħsieb il-mikrofoni, kif jistgħu jgħinu biex l-Istudju tat-Torri tal-Għassa jkun taʼ benefiċċju u pjaċevoli? L-Iskola tal-Ministeru tas-Saltna kif għenitek tieħu ħsieb aħjar din ir-responsabbiltà importanti?
10 min: “Uża l-Websajt jw.org fil-ministeru tiegħek—‘Sir Ħabib taʼ Ġeħova.’” Diskussjoni. Irrivedi ftit mill-aspetti taʼ din is-sezzjoni tal-Websajt tagħna, u semmaʼ xi ħaġa minnhom lill-udjenza. Stieden lill-udjenza biex jissuġġerixxu modi kif nistgħu nużaw “Sir Ħabib taʼ Ġeħova” meta nkunu qed nagħtu Xhieda minn dar għal dar, f’postijiet pubbliċi, jew b’mod informali.
Għanja 135 u Talba