Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-27 t’April 2015. Ġiet imniżżla d-data meta kull punt se jiġi diskuss fl-iskola. B’hekk, kull ġimgħa tkun tistaʼ tagħmel riċerka fuq dan il-punt waqt il-preparazzjoni tiegħek għall-iskola.
X’tip taʼ mħabba hi l-imħabba leali, u f’liema oqsma tal-ħajja hija l-iktar bżonjuża? (Rut 1:16, 17) [2 taʼ Mar., ia kap. 4, para. 19]
Rut kif kisbet ir-reputazzjoni taʼ “mara mill-aħjar”? (Rut 3:11) [2 taʼ Mar., ia kap. 5, para. 21]
Meta jkollna l-problemi, b’liema mod nistgħu nibbenefikaw mill-eżempju taʼ Ħanna? (1 Sam. 1:16-18) [9 taʼ Mar., w07 3/15 p. 16 para. 4, 5]
Meta t-tfajjel Samwel kien qed “jikber quddiem Ġeħova,” x’kien li pproteġieh mill-eżempju ħażin taʼ wlied Għeli? (1 Sam. 2:21) [9 taʼ Mar., ia kap. 7, para. 16, 17]
Kif nistgħu nibbenefikaw minn kif Sawl irrifjuta li jaġixxi b’nuqqas t’għaqal meta “rġiel li ma kienu tajbin għal xejn” m’aċċettawhx bħala sultan fuqhom? (1 Sam. 10:22, 27) [23 taʼ Mar., w05 3/15 p. 23 para. 1]
Sawl qies b’mod żbaljat li sagrifiċċju setaʼ jpatti għad-diżubbidjenza lejn Ġeħova. X’lezzjoni nitgħallmu minn dan? (1 Sam. 15:22, 23) [30 taʼ Mar., w07 6/15 p. 26 para. 3, 4]
Għala hu taʼ serħan il-moħħ li nkunu nafu li Ġeħova “jara l-qalb” tagħna? (1 Sam. 16:7) [6 t’Apr., w04 11/15 p. 20 para. 2]
Skont Proverbji 1:4, x’għandna li Ġeħova jistenna li nużaw meta niffaċċjaw sitwazzjonijiet diffiċli? (1 Sam. 21:12, 13) [13 t’Apr., w05 3/15 p. 24 para. 4]
Jistaʼ jingħad li Abigajl kienet qed tirribella kontra d-dritt li żewġha jkun il-kap tal-familja meta tat l-affarijiet lil David u lil dawk li kienu miegħu? (1 Sam. 25:10, 11, 18, 19) [20 t’Apr., ia kap. 9, para. 16]
Abigajl skużat ruħha għal xi ħaġa li m’għamlitx. Kif nistgħu nibbenefikaw mill-eżempju tagħha? (1 Sam. 25:24) [20 t’Apr., w02 11/1 p. 5 para. 1, 4]