Skeda għall-ġimgħa li tibda fis-27 t’April
ĠIMGĦA LI TIBDA FIS-27 T’APRIL
Għanja 1 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 23 ¶19-23, kaxxa f’p. 239 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: 1 Samwel 26-31 (8 min.)
Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku (20 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
Tema tax-Xahar: Imxi bħal nies għorrief billi ‘tuża l-ħin bl-aħjar mod.’—Efes. 5:15, 16.
7 min: “Stedina diretta.” Mistoqsija u tweġiba. Meta tikkunsidra paragrafu 3, ħejji turija qasira biex turi kif għandu jiġi preżentat l-invit.
10 min: “Tfakkiriet għall-konvenzjoni speċjali.” Diskussjoni mis-segretarju. Itfaʼ l-attenzjoni fuq il-prinċipji Bibliċi li jispikkaw u kif dawn jistgħu jiġu applikati matul il-konvenzjoni speċjali tal-2015. Iddiskuti wkoll punti li japplikaw mill-ittra lill-kongregazzjonijiet kollha bid-data tat-3 t’Awwissu 2013, rigward prekawzjonijiet taʼ sigurtà meta nattendu laqgħat spiritwali.
13 min: “Uża bis-sħiħ il-qawwa tal-Kelma t’Alla fil-ministeru tiegħek.” Diskussjoni. Imbagħad ħejji turija qasira maqsuma f’żewġ partijiet. L-ewwel, pubblikatur għandu jintroduċi l-browxer Aħbar Tajba lill-inkwilin billi jikkwota partijiet mit-2 Timotju 3:16, 17, mingħajr ma jiftaħ il-Bibbja. Imbagħad, il-pubblikatur jerġaʼ jagħmel it-turija, bid-differenza li din id-darba jaqra l-iskrittura direttament mill-Bibbja. Stieden l-udjenza biex jikkummentaw dwar għala t-tieni turija tistaʼ tkun iktar effettiva.
Għanja 124 u Talba