Kif tagħti xhieda billi tuża stand tal-letteratura
L-għoti taʼ xhieda permezz taʼ stand jew mejda tal-letteratura qed juri li hu mod effettiv ħafna li permezz tiegħu qed jinġibdu lejn il-verità wħud taʼ qalb onesta. (Ġw. 6:44) Għaldaqstant, l-anzjani ġew inkuraġġiti jorganizzaw l-ippritkar f’postijiet pubbliċi fit-territorju tal-kongregazzjoni fejn jgħaddu ħafna nies. Ladarba dawn l-istands ma jibqgħux f’post wieħed, ġeneralment m’hemmx għalfejn isaqsu għal permess mill-awtoritajiet. Min jikkwalifika biex jieħu sehem? Pubblikaturi li jużaw l-għaqal, li jippreżentaw ruħhom b’mod dinjituż, u li jafu jaqbdu konversazzjoni. Issa ġejja lista taʼ x’għandu jsir u x’m’għandux isir biex tgħin il-pubblikaturi jkollhom iktar suċċess.