LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/11 p. 2
  • Għoti taʼ Xhieda fit-Toroq li Hu Effettiv

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għoti taʼ Xhieda fit-Toroq li Hu Effettiv
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Materjal Simili
  • Insibu Wħud Interessati Billi Nagħtu Xiehda fit-Toroq b’Mod Effettiv
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Xandar L-Aħbar Tajba Kullimkien
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Nagħtu Xiehda b’Mod Effettiv f’Postijiet Pubbliċi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Metodu ġdid u eċċitanti taʼ ppritkar f’postijiet pubbliċi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 6/11 p. 2

Għoti taʼ Xhieda fit-​Toroq li Hu Effettiv

1. Liema hu mod wieħed kif nistgħu nimitaw lil Ġesù?

1 Matul il-​ministeru tiegħu fuq l-​art, Ġesù ma żammx lura milli jitkellem man-​nies li ltaqaʼ magħhom fit-​triq u f’postijiet pubbliċi oħrajn. (Lq. 9:57-​61; Ġw. 4:7) Hu ried jaqsam il-​messaġġ importanti tiegħu maʼ kemm jistaʼ jkun nies. Illum, l-​għoti taʼ xhieda fit-​toroq hu mod eċċellenti kif ngħinu lin-​nies jiksbu l-​għerf divin. (Prov. 1:20) Se jkollna iktar suċċess jekk nieħdu l-​inizjattiva u nużaw id-​dixxerniment.

2. Kif inhi involuta l-​inizjattiva meta nkunu qed nagħtu xhieda fit-​toroq?

2 Ħu l-​Inizjattiva: Ġeneralment ikun aħjar jekk tavviċina lin-​nies minflok ma toqgħod bilwieqfa jew tpoġġi bilqiegħda f’post wieħed tistenna lil dawk għaddejjin biex javviċinawk. Tbissem, agħmel kuntatt bl-​għajnejn, u kun kalm u dħuli. Jekk qed taħdem maʼ pubblikaturi oħrajn, normalment ikun l-​aħjar jekk tavviċinaw lin-​nies separatament. Hemm bżonn l-​inizjattiva wkoll biex issib mod kif terġaʼ tkellem lill-​individwu interessat. Jekk ikun xieraq, fl-​aħħar tal-​konversazzjoni, bil-​ħlewwa staqsi kif tistaʼ terġaʼ tikkuntattja lill-​individwu. Xi pubblikaturi jagħmlu l-​għoti taʼ xhieda fit-​toroq regolarment fl-​istess inħawi, u dan jippermettilhom jitkellmu mal-​istess nies darba wara l-​oħra u jkabbrulhom l-​interess.

3. Kif nistgħu nużaw id-​dixxerniment meta nkunu qed nagħtu xhieda fit-​toroq?

3 Uża d-​Dixxerniment: Uża l-​għaqal meta tiddeċiedi fejn se toqgħod bilwieqfa fit-​triq u lil min se tavviċina. Mhuwiex neċessarju li tagħti xhieda lil kull min jgħaddi. Osserva sew. Pereżempju, jekk l-​individwu jkun mgħaġġel forsi jkun aħjar jekk ma twaqqfux. Meta nkunu qed nagħtu xhieda quddiem xi ħanut, kun diskret biex ma tinkwetax lill-​maniġer bla bżonn. Spiss ikun aħjar jekk tagħti xhieda lin-​nies hekk kif jitilqu mill-​ħanut minflok huma u deħlin. Avviċina lin-​nies b’mod li ma tbeżżagħhomx jew ma taħsadhomx. Ukoll, uża d-​dixxerniment meta toffri xi letteratura. Jekk individwi juru ftit li xejn interess, tistaʼ toffrilhom fuljett minflok ir-​rivisti.

4. L-​għoti taʼ xhieda fit-​toroq, għala hu tip taʼ għoti taʼ xhieda taʼ benefiċċju u pjaċevoli?

4 L-​għoti taʼ xhieda fit-​toroq jippermettilna nxerrdu ħafna żrieragħ tal-​verità f’perijodu qasir taʼ żmien. (Ekk. 11:6) Xi nies li niltaqgħu magħhom jistgħu saħansitra jkunu dawk li ma nistgħux insibuhom id-​dar meta nkunu qed naħdmu minn dar għal dar. Għax ma tagħmilx arranġamenti biex tieħu sehem fl-​għoti taʼ xhieda fit-​toroq, tip taʼ servizz tal-​għalqa pjaċevoli u effettiv?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja