LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/15 p. 3
  • Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2015
Il-Ministeru tas-Saltna—2015
km 10/15 p. 3

Reviżjoni tal-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku

Il-​mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku matul il-​ġimgħa li tibda fis-​26 t’Ottubru 2015.

  1. Ir-​rakkont tat-​2 Slaten 13:18, 19, kif juri l-​importanza taʼ li naqdu lil Alla b’qalbna kollha u biż-​żelu? [7 taʼ Set., w10 4/15 p. 26 para. 11]

  2. Min kien qed jirrenja fl-​Iżrael waqt li Ġona qeda bħala profeta, u x’nistgħu napprezzaw dwar il-​ministeru taʼ Ġona meta nikkunsidraw ir-​rakkont tat-​2 Slaten 14:23-​25? [7 taʼ Set., ia kap. 13, para. 4]

  3. Aħaż kif wera nuqqas taʼ fiduċja fil-​kelma t’Alla li ntqalet permezz taʼ Isaija, u liema mistoqsija nistgħu nsaqsu lilna nfusna meta nieħdu deċiżjonijiet importanti? (2 Slat. 16:7) [14 taʼ Set., w13 11/15 p. 17 para. 5]

  4. Liema tattika taʼ Rabsake qed jużaw l-​opponenti tan-​nies t’Alla llum, u liema kwalità tistaʼ tgħinna nirrifjutaw l-​irraġunar falz tal-​opponenti? (2 Slat. 18:22, 25) [14 taʼ Set., w10 7/15 p. 13 para. 3-​4]

  5. L-​eżempju taʼ umiltà taʼ Ġosija, kif jistaʼ jgħinna nibbenefikaw iktar bis-​sħiħ mill-​qari u l-​istudju tagħna tal-​Bibbja? (2 Slat. 22:19, 20) [21 taʼ Set., w00 3/1 p. 30 para. 2]

  6. L-​arkeoloġija kif ikkonfermat l-​eżistenza taż-​żewġ slaten li jissemmew fit-​2 Slaten 25:27-​30? [28 taʼ Set., w12 10/1 p. 5 para. 2-​3]

  7. Ġabes liema tliet rikjesti għamel lil Ġeħova, u dan x’jgħallimna dwar it-​talb? (1 Kron. 4:9, 10) [5 taʼ Ott., w11 1/1 p. 23]

  8. Ir-​riżultat tal-​gwerra spjegat fl-​1 Kronaki 5:18-​22, kif jistaʼ jsaħħaħna biex inkomplu fit-​taqbida spiritwali tagħna b’kuraġġ? [12 taʼ Ott., w05 10/1 p. 9 para. 7]

  9. David għala setaʼ jifhem u jirrispetta l-​ispirtu tal-​liġi taʼ Ġeħova dwar il-​qdusija tad-​demm, u l-​eżempju taʼ David x’għandu jqanqalna nagħmlu? (1 Kron. 11:17-​19) [19 taʼ Ott., w12 11/15 pp. 6-​7 para. 12-​14]

  10. David xi ttraskura li jagħmel meta pprova jieħu l-​arka tal-​patt lejn Ġerusalemm, u liema lezzjoni importanti nistgħu nitgħallmu minn dan ir-​rakkont? (1 Kron. 15:13) [26 taʼ Ott., w03 5/1 pp. 10-​11 para. 11-​13]

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja