Il-Kelma t’Alla għandha qawwa fil-ħajja taʼ kuljum tiegħek?
Il-qari tal-Bibbja taʼ kuljum jistaʼ jgħinna ‘nagħmlu l-għeruq’ u ‘nissodaw fil-fidi.’ (Kol. 2:6, 7) Madankollu, biex il-Kelma t’Alla teffettwalna ħajjitna, għandna nimmeditaw dwar il-prinċipji tagħha u napplikawhom. (Ebr. 4:12; Ġak. 1:22-25) Ġożwè 1:8 u n-nota taʼ taħt jitkellmu dwar tliet passi effettivi li għandna nieħdu meta naqraw: (1) Aqra l-Kelma t’Alla “lejl u nhar.” (2) Aqra “minn taħt l-ilsien,” li jagħti x’tifhem li għandek taqra b’pass li jippermettilek timmedita u timmaġina s-sitwazzjoni u ċ-ċirkustanzi. (3) B’ħeġġa applika “kulma hemm miktub.” Meta napplikaw dawn is-suġġerimenti, ‘se nirnexxu fi triqitna’ u ‘naġixxu bl-għerf’ fil-ħajja taʼ kuljum.