LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/15 p. 2
  • ‘Walk by Faith, Not by Sight’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Walk by Faith, Not by Sight’
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Materjal Simili
  • “Agħtina iktar fidi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Uri fidi fil-​wegħdi taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Imxi Bil-Fidi
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Imxi bil-fidi, Mhux b’Dak li Jaraw Għajnejk!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2015
km 12/15 p. 2

‘Walk by Faith, Not by Sight’

Ftit wara l-​assedju u l-​qerda taʼ Ġerusalemm, l-​appostlu Pawlu kiteb li l-​Kristjani, bħala suldati mill-​aħjar taʼ Kristu, għandhom jistennew li jbatu u li m’għandhomx ikunu moħħhom fil-​kumditajiet u l-​pjaċiri. (2 Tim. 2:3, 4) Minħabba li dalwaqt se jkun hawn gwaj mad-​dinja kollha, li hi mingħajr devozzjoni lejn Alla, għandna bżonn fidi soda biex nibqgħu ffokati fuq affarijiet spiritwali. (2 Kor. 4:18; 5:7) Ara l-​vidjow bl-​Ingliż ‘Walk by Faith, Not by Sight.’ (Mur f’jw.org/en, u kklikkja fuq PUBLICATIONS > VIDEOS.) Innota li Naham u Abital spiċċaw f’nassa qattiela meta ntrabtu wisq mal-​affarijiet materjali. Imbagħad, irrivedi l-​mistoqsijiet li ġejjin.

(1) X’kienet “il-​ħaġa moqżieża” li kienet “wieqfa f’post qaddis” fl-​ewwel seklu, u liema azzjoni minnufih kellhom jieħdu l-​Kristjani li kienu qed jgħixu f’Ġerusalemm? (Mt. 24:15, 16) (2) Għala kien jirrikjedi kuraġġ biex jaħarbu mill-​belt? (3) X’sagrifiċċji kien hemm bżonn jagħmlu biex jaħarbu? (4) Naham u Abital għala ħaduha bil-​lajma biex joħorġu mill-​belt? (Mt. 24:17, 18) (5) Rachel liema prova oħra tal-​fidi kellha meta ġiet biex titlaq minn Ġerusalemm? (Mt. 10:34-​37; Mk. 10:29, 30) (6) Ethan kif ħalla eżempju tajjeb tal-​fidi u l-​fiduċja f’Ġeħova? (7) Il-​Kristjani x’diffikultajiet esperjenzaw f’Pella? (8) Il-​fidi taʼ Naham u Abital kif battiet bil-​mod il-​mod? (9) Ġeħova kif ħa ħsieb lill-​Kristjani li kienu qed jgħixu f’Pella? (Mt. 6:33; 1 Tim. 6:6-​8) (10) Kif nistgħu nimitaw lil Abraham u Sara hekk kif niffaċċjaw it-​tmiem taʼ din is-​sistema? (Ebr. 11:8-​10) (11) Naham u Abital kif ikkonvinċew lilhom infushom biex imorru lura f’Ġerusalemm, u r-​raġunament tagħhom għala ma kienx tajjeb? (Lq. 21:21) (12) X’sabu Naham u Abital meta marru lura f’Ġerusalemm? (13) Għala għandna nsaħħu l-​fidi tagħna issa—qabel ma jiġi t-​tmiem taʼ din is-​sistema?—Lq. 17:31, 32; 21:34-​36.

Meta nimxu bil-​fidi, dan ikun ifisser (1) li nafdaw fid-​direzzjoni taʼ Ġeħova, (2) li nħallu d-​direzzjoni tiegħu tiggwida l-​passi tagħna, u (3) li nuru li napprezzaw il-​valur tal-​affarijiet spiritwali iktar mill-​affarijiet materjali. Jalla nkunu dejjem deċiżi li nimxu bil-​fidi u fiduċjużi li “d-​dinja [se] tgħaddi u x-​xewqa tagħha wkoll, imma min jagħmel ir-​rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.”—1 Ġw. 2:17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja