LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 10/15 pp. 9-14
  • “Agħtina iktar fidi”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Agħtina iktar fidi”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ALLA JIEĦU PJAĊIR META NIBNU L-​FIDI TAGĦNA
  • X’NISTGĦU NAGĦMLU BIEX NIBNU L-​FIDI?
  • KIF NISTGĦU NURU L-​FIDI TAGĦNA?
  • ALLA JWIĠIBNA META NITOLBU GĦALL-​FIDI
  • Uri fidi fil-​wegħdi taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Tassew Għandek Fidi fl-Aħbar Tajba?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Il-fidi—Kwalità li ssaħħaħna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Eżerċita Fidi Bbażata Fuq Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 10/15 pp. 9-14
Fi nħawi fejn ix-xogħol hu limitat, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jagħmlu l-laqgħat f’kamra taħt l-art fid-dlam

“Agħtina iktar fidi”

“Għinni fejn neħtieġ il-​fidi!”—MARKU 9:24.

GĦANJIET: 81, 135

INT KIF TWIEĠEB?

  • Għala hu importanti ħafna li nsaħħu l-​fidi tagħna?

  • Kif nistgħu nibnu l-​fidi tagħna?

  • Kif nistgħu nuru li għandna fidi b’saħħitha?

1. Kemm hi importanti l-​fidi? (Ara l-​ewwel stampa.)

QATT saqsejt lilek innifsek, ‘Ġeħova se jkun irid isalvani matul it-​tribulazzjoni l-​kbira?’ L-​appostlu Pawlu qal li kwalità importanti ħafna li għandna bżonn biex insalvaw hi l-​fidi. Hu qal: “Mingħajr fidi impossibbli li togħġbu sew” lil Alla. (Ebrej 11:6) Dan forsi jinstemaʼ bħala xi ħaġa sempliċi, imma r-​realtà hi li “mhux kulħadd għandu l-​fidi.” (2 Tessalonikin 3:2) Dawn iż-​żewġ skritturi jgħinuna nifhmu kemm hu importanti li nsaħħu l-​fidi tagħna.

2, 3. (a) X’nitgħallmu minn Pietru dwar l-​importanza tal-​fidi? (b) Liema mistoqsijiet se nwieġbu issa?

2 L-​appostlu Pietru tkellem dwar fidi li “tgħaddi mill-​provi.” (Aqra l-​1 Pietru 1:7.) It-​tribulazzjoni l-​kbira tinsab fil-​qrib ferm, u aħna rridu nkunu “t-​tip [taʼ nies] li għandna l-​fidi biex inżommu ruħna ħajja.” (Ebrej 10:39) Għalhekk, għandna naħdmu iebes biex insaħħu l-​fidi tagħna. Irridu nkunu fost dawk li se jiġu premjati meta jiġi rrivelat Ġesù Kristu, is-​Sultan tagħna. Għaldaqstant, bħal dak ir-​raġel li talab bil-​ħeġġa lil Ġesù għal iktar fidi, aħna wkoll nistgħu ngħidu: “Għinni fejn neħtieġ il-​fidi!” (Marku 9:24) Jew, bħall-​appostli, forsi ngħidu wkoll: “Agħtina iktar fidi.”—Luqa 17:5.

3 F’dan l-​artiklu, se nwieġbu l-​mistoqsijiet li ġejjin: Kif nistgħu nibnu l-​fidi tagħna? Kif nistgħu nuru li l-​fidi tagħna hi b’saħħitha? U għala nistgħu nkunu ċerti li Alla se jwiġibna meta nitolbu għal iktar fidi?

ALLA JIEĦU PJAĊIR META NIBNU L-​FIDI TAGĦNA

4. L-​eżempju taʼ min jistaʼ jqanqalna nsaħħu l-​fidi tagħna?

4 Peress li l-​fidi hi tant importanti, fil-​Bibbja, Ġeħova tana ħafna eżempji taʼ wħud li wrew il-​fidi. Dawn ‘inkitbu għall-​istruzzjoni tagħna.’ (Rumani 15:4) L-​eżempju t’Abraham, Sara, Iżakk, Ġakobb, Mosè, Raħab, Gidegħon, Barak u ħafna oħrajn jistaʼ jqanqalna nsaħħu l-​fidi tagħna stess. (Ebrej 11:32-​35) Minbarra dawn l-​eżempji mill-​imgħoddi, għandna wkoll eżempji eċċellenti tal-​fidi minn fost ħutna rġiel u nisa llum.a (Ara n-​nota taʼ taħt.)

Għandna eżempji eċċellenti taʼ fidi fost ħutna rġiel u nisa llum

5. Elija kif wera li kellu fidi b’saħħitha f’Ġeħova, u x’għandna nsaqsu lilna nfusna?

5 Eżempju mill-​Bibbja hu dak tal-​profeta Elija. Hekk kif timmedita fuq l-​eżempju tiegħu, innota ħames sitwazzjonijiet li fihom wera fiduċja soda f’Ġeħova. (1) Meta Elija qal lis-​Sultan Aħab li Ġeħova kien se jġib nixfa, hu b’fiduċja sħiħa ddikjara: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova l-​Alla taʼ Israel li ninsab wieqaf quddiemu, matul dawn is-​snin la jkun hawn nida u lanqas xita.” (1 Slaten 17:1) (2) Elija emmen li Ġeħova kien se jagħti lilu u lil oħrajn dak li kellhom bżonn matul in-​nixfa. (1 Slaten 17:4, 5, 13, 14) (3) Ukoll, Elija kien ċert li Ġeħova setaʼ jirxoxta l-​iben t’armla. (1 Slaten 17:21) (4) Ma kellu lanqas l-​iċken dubju li Ġeħova kien se jibgħat in-​nar biex jaħraq is-​sagrifiċċju tiegħu fuq il-​Muntanja Karmel. (1 Slaten 18:24, 37) (5) Anki qabel ma kienet qabdet nieżla x-​xita, Elija b’wiċċu minn quddiem qal lil Aħab: “Itlaʼ, kul u ixrob; għax jinstemaʼ jidwi l-​ħoss taʼ xita bil-​qliel.” (1 Slaten 18:41) Allura wara li kkunsidrajna dawn l-​esperjenzi, nistgħu nsaqsu lilna nfusna, ‘Il-​fidi tiegħi hi b’saħħitha daqs taʼ Elija?’

X’NISTGĦU NAGĦMLU BIEX NIBNU L-​FIDI?

6. X’għandna bżonn mingħand Ġeħova biex nibnu l-​fidi tagħna?

6 Ladarba ma nistgħux nibnu l-​fidi bil-​ħila tagħna stess, għandna nitolbu lil Alla għall-​ispirtu qaddis. Għala? Għax il-​fidi hi parti mill-​frott tal-​ispirtu. (Galatin 5:22) Aħna nkunu għaqlin meta nisimgħu mill-​parir taʼ Ġesù biex nitolbu għal iktar spirtu qaddis. Ġesù wiegħed li Ġeħova se “jagħti l-​ispirtu qaddis lil dawk li jitolbuh.”—Luqa 11:13.

Aħna nkunu għaqlin meta nisimgħu mill-​parir taʼ Ġesù biex nitolbu għal iktar spirtu qaddis

7. Iddeskrivi kif nistgħu nżommu l-​fidi tagħna b’saħħitha.

7 Mhux biss irid ikollna fidi b’saħħitha f’Alla, imma rridu wkoll inżommuha b’saħħitha. Nistgħu nqabblu l-​fidi man-​nar. Meta nqabbdu n-​nar, il-​fjammi jistgħu jkunu jaħarqu ħafna. Però, jekk ma nkomplux nitfgħu l-​ħatab, in-​nar eventwalment se jintefa u jibqaʼ biss irmied. Imma jekk regolarment nitfgħu l-​ħatab, nistgħu nżommu n-​nar imkebbes. Hu l-​istess fejn tidħol il-​fidi tagħna. Jekk inkomplu naqraw u nistudjaw il-​Kelma t’Alla kuljum, l-​imħabba tagħna għall-​Bibbja u għal Ġeħova se tikber. B’hekk, se nżommu u nsaħħu l-​fidi tagħna.

8. X’se jgħinek tibni u żżomm il-​fidi tiegħek?

8 M’għandekx tkun sodisfatt biss bl-​affarijiet li tgħallimt qabel ma tgħammidt. (Ebrej 6:1, 2) Pereżempju, jekk tistudja l-​profeziji tal-​Bibbja li ġa twettqu, dan se jgħinek tibni u żżomm il-​fidi tiegħek. Ukoll, tistaʼ tuża l-​Kelma t’Alla biex tara jekk il-​fidi tiegħek hix b’saħħitha ħafna.—Aqra Ġakbu 1:25; 2:24, 26.

9, 10. Il-​fidi tagħna kif tissaħħaħ permezz (a) taʼ ħbieb tajbin? (b) tal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni? (ċ) tal-​ippritkar?

9 L-​appostlu Pawlu qal li l-​Kristjani jistgħu ‘jinkuraġġixxu lil xulxin bil-​fidi tagħhom.’ (Rumani 1:12) Dan xi jfisser? Meta nqattgħu l-​ħin maʼ ħutna rġiel u nisa, nistgħu nsaħħu l-​fidi taʼ xulxin. Dan hu speċjalment minnu meta nqattgħu l-​ħin maʼ dawk li għandhom fidi li ‘għaddiet mill-​provi.’ (Ġakbu 1:3) Ħbieb ħżiena jeqirdu l-​fidi tagħna, imma ħbieb tajbin jibnuhielna. (1 Korintin 15:33) Hu għalhekk li ningħataw il-​parir biex nattendu l-​laqgħat b’mod regolari. Hemmhekk, nistgħu nibqgħu “ninkuraġġixxu lil xulxin.” (Aqra Ebrej 10:24, 25.) Iżjed minn hekk, l-​istruzzjoni li nirċievu fil-​laqgħat issaħħaħ il-​fidi tagħna. Il-​Bibbja tgħid li “l-​fidi tiġi minn dak li nstemaʼ.” (Rumani 10:17) Allura saqsi lilek innifsek, ‘Huma l-​laqgħat Kristjani parti regulari minn ħajti?’

10 Nistgħu nsaħħu l-​fidi tagħna wkoll meta nippritkaw u ngħallmu l-​aħbar tajba tal-​Bibbja lil ħaddieħor. Bħall-​Kristjani tal-​bidu, aħna nitgħallmu kif nafdaw f’Ġeħova u nitkellmu bil-​qlubija fi kwalunkwe ċirkustanza.—Atti 4:17-​20; 13:46.

11. Kaleb u Ġożwè għala kellhom fidi b’saħħitha, u kif nistgħu nkunu bħalhom?

11 Il-​fidi tagħna f’Ġeħova tikber hekk kif naraw kif jgħinna u kif iwieġeb it-​talb tagħna. Hekk ġralhom lil Kaleb u Ġożwè. Huma wrew fidi f’Ġeħova meta tkixxfu l-​Art Imwiegħda. Hekk kif għadda ż-​żmien, il-​fidi tagħhom kompliet tissaħħaħ kull darba li raw kif Ġeħova għenhom. Ġożwè b’wiċċu minn quddiem setaʼ jgħid lill-​Iżraelin: “Lanqas kelma waħda mill-​kliem tajjeb kollu li Ġeħova Alla tagħkom qalilkom ma naqset.” Iktar tard qal: “Ibżgħu minn Ġeħova u aqduh mingħajr nuqqas u bil-​verità.” Imbagħad żied: “Ngħid għalija u għan-​nies taʼ dari, aħna se naqdu lil Ġeħova.” (Ġożwè 23:14; 24:14, 15) Meta nafdaw f’Ġeħova u naraw kif jgħinna persunalment, il-​fidi tagħna se tissaħħaħ.—Salm 34:8.

KIF NISTGĦU NURU L-​FIDI TAGĦNA?

12. Kif nuru li għandna fidi b’saħħitha?

12 Kif nuru li għandna fidi b’saħħitha? Id-​dixxiplu Ġakbu wieġeb din il-​mistoqsija meta qal: “Jien nurik il-​fidi tiegħi bl-​għemejjel tiegħi.” (Ġakbu 2:18) Mela nuru li għandna fidi b’saħħitha permezz tal-​azzjonijiet tagħna. Ejja naraw kif.

Familja Kristjana: 1. tistudja l-Bibbja, 2. tieħu sehem fil-ministeru Kristjan, 3. tieħu pjaċir fir-rikreazzjoni

Dawk li jagħmlu kulma jistgħu fil-ministeru juru l-fidi b’saħħitha tagħhom (Ara paragrafu 13)

13. Kif nuru l-​fidi tagħna meta nippritkaw?

13 L-​ippritkar hu mod eċċellenti kif nuru l-​fidi. Għala? Għax meta nippritkaw, nuru li nemmnu li t-​tmiem hu fil-​qrib u li ‘mhux se jkun tard.’ (Ħabakkuk 2:3) Biex inkunu nafu jekk il-​fidi tagħna hix b’saħħitha jew le, nistgħu nsaqsu lilna nfusna: ‘Kemm hu importanti għalija l-​ippritkar? Qed nagħmel kulma nistaʼ biex ngħid lil oħrajn dwar Alla? Infittex għal modi kif nagħmel iktar fis-​servizz tiegħi lil Ġeħova?’ (2 Korintin 13:5) Ejja nuru kemm hi b’saħħitha l-​fidi tagħna billi ‘bil-​fomm nistqarru pubblikament għas-​salvazzjoni,’ jiġifieri, nippritkaw l-​aħbar tajba.—Aqra Rumani 10:10.

14, 15. (a) Kif nistgħu nuru l-​fidi fil-​ħajja tagħna taʼ kuljum? (b) Aqsam esperjenza li turi fidi soda fl-​azzjoni.

14 Ukoll, nuru l-​fidi tagħna f’Ġeħova hekk kif inkampaw mal-​isfidi tal-​ħajja f’din id-​dinja. Meta nkunu morda, skuraġġiti, dipressi, foqra, jew inkunu għaddejjin minn problemi oħra, irid ikollna l-​fidi li Ġeħova u Ġesù se jagħtuna “l-​għajnuna f’waqtha.” (Ebrej 4:16) Nuru l-​fidi f’Ġeħova meta nitolbuh jgħinna. Ġesù qal li nistgħu nitolbu lil Ġeħova biex jagħtina “ħobżna għal dan il-​jum skond il-​bżonn taʼ dan il-​jum.” (Luqa 11:3) Rakkonti fil-​Bibbja juru b’mod ċar li Ġeħova jistaʼ jagħtina kwalunkwe ħaġa li jkollna bżonn. Pereżempju, matul nixfa kiefra fl-​Iżrael, Ġeħova pprovda ikel u ilma għal Elija. Il-​Bibbja tgħid li “ċ-​ċawluni bdew iġibulu l-​ħobż u l-​laħam fil-​għodu u l-​ħobż u l-​laħam fil-​għaxija, u kien jixrob mill-​wied.” (1 Slaten 17:3-​6) Aħna għandna l-​fidi li Ġeħova jistaʼ jagħti lilna wkoll dak li għandna bżonn.

Oħt: 1. titlob maġenb is-sodda tat-tarbija tagħha, 2. titmaʼ t-tarbija tagħha, 3. timbotta l-puxċer li fih hemm it-tarbija tagħha

Aħna nuru l-fidi meta nissaportu l-isfidi tal-ħajja f’din id-dinja (Ara paragrafu 14)

15 Aħna ċerti li meta napplikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja, se nkunu nistgħu nieħdu ħsieb il-​bżonnijiet tal-​familja. Rebecca, oħt miżżewġa fl-​Asja, tispjega kif hi u l-​familja tagħha applikaw il-​prinċipji li hemm f’​Mattew 6:33 u Proverbji 10:4. Hi tgħid li r-​raġel tagħha ħass li x-​xogħol tiegħu kien qed ifixkel ir-​relazzjoni tagħhom maʼ Ġeħova. Għalhekk, telaq mix-​xogħol. Imma kellhom erbat itfal x’jieħdu ħsieb, u allura bdew jagħmlu l-​ħelu biex ibigħuh. Grazzi għax-​xogħol iebes tagħhom, dejjem kellhom biżżejjed flus biex jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet tal-​familja. Hi tgħid: “Aħna ħassejna li Ġeħova qatt ma abbandunana. Qatt ma spiċċajna mingħajr ikel.” Kellek esperjenza simili li saħħitlek il-​fidi?

Aħna ċerti li meta napplikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja, se nkunu nistgħu nieħdu ħsieb il-​bżonnijiet tal-​familja

16. X’se jiġri jekk nafdaw f’Alla?

16 Qatt m’għandna niddubitaw li Ġeħova se jgħinna jekk insegwu d-​direzzjoni tiegħu. Pawlu kkwota l-​kliem taʼ Ħabakkuk meta qal: “Il-​ġust jgħix permezz tal-​fidi.” (Galatin 3:11; Ħabakkuk 2:4) Hu għalhekk li jrid ikollna fidi b’saħħitha f’Dak li verament jistaʼ jgħinna. Pawlu jfakkarna li Alla hu “dak li, skond il-​qawwa tiegħu li qed taħdem fina, jistaʼ jagħmel bil-​wisq iżjed minn dak kollu li nitolbu jew naħsbu.” (Efesin 3:20) Il-​qaddejja taʼ Ġeħova jagħmlu kulma jistgħu biex jagħmlu r-​rieda t’Alla, imma jafu wkoll li għandhom il-​limitazzjonijiet. Aħna tassew grati li Alla hu magħna u li qed ibierek l-​isforzi kollha tagħna.

ALLA JWIĠIBNA META NITOLBU GĦALL-​FIDI

17. (a) Ġesù kif wieġeb lill-​appostli? (b) Għala nistgħu nistennew li Ġeħova se jwiġibna meta nitolbu għal iktar fidi?

17 Minn dak li kkunsidrajna, forsi nħossuna bħalma ħassewhom l-​appostli meta talbu lil Ġesù: “Agħtina iktar fidi.” (Luqa 17:5) Ġesù wieġeb lill-​appostli b’mod speċjali f’Pentekoste tas-​sena 33 wara Kristu (WK), meta rċivew l-​ispirtu qaddis u rnexxielhom jiksbu fehma aħjar tal-​iskop t’Alla. Dan saħħilhom il-​fidi. U dan għal xiex wassal? Wassal biex tibda l-​akbar kampanja taʼ ppritkar li qatt kien hemm sa dak iż-​żmien. (Kolossin 1:23) Nistgħu aħna nistennew li Alla jwiġibna meta nitolbu għal iktar fidi? Ġeħova jwegħedna li nistgħu nistennew dan meta “nitolbuh skond ir-​rieda tiegħu.”—1 Ġwanni 5:14.

18. Ġeħova kif ibierek lil dawk li jibnu l-​fidi tagħhom?

18 Meta jkollna fiduċja sħiħa f’Ġeħova, hu se jieħu pjaċir bina. Hu se jwieġeb it-​talb tagħna għal iktar fidi, il-​fidi tagħna se tissaħħaħ, u se nitqiesu “denji tas-​saltna t’Alla.”—2 Tessalonikin 1:3, 5.

a Għal xi eżempji, ara l-​bijografiji taʼ Andrej Hanák (Stenbaħ! tat-​8 taʼ Mejju 2002), Soledad Castillo (It-​Torri tal-​Għassa tal-​1 taʼ Jannar 2009), u Josephine Elias (Stenbaħ! t’Ottubru 2009).

XI ESPRESSJONIJIET SPJEGATI

  • Aħna nibnu, jew insaħħu, il-​fidi tagħna billi nitolbu għall-​ispirtu qaddis, nistudjaw il-​Bibbja kuljum, nattendu l-​laqgħat, inqattgħu l-​ħin maʼ ħutna rġiel u nisa, u nippritkaw l-​aħbar tajba

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja