Kaxxa għall-mistoqsija
◼ Meta jkun xieraq li twaqqaf studju tal-Bibbja?
Jekk il-progress spiritwali taʼ student jieqaf, int forsi jkollok twaqqaf l-istudju tal-Bibbja tiegħu bit-tattika. (Mt. 10:11) Ikkunsidra: Iżomm l-appuntamenti tiegħu tal-istudju? Jipprepara l-lezzjoni tiegħu bil-quddiem? Attenda xi laqgħat tal-kongregazzjoni? Jitkellem m’oħrajn dwar dak li qed jitgħallem? Qed jagħmel bidliet f’ħajtu biex ikun fi qbil mal-prinċipji tal-Bibbja? Ovvjament, ikkunsidra l-età u l-abbiltà tiegħu, billi żżomm f’moħħok li kull persuna tagħmel progress b’rata differenti. Ukoll, jekk twaqqaf l-istudju, informa lill-istudent li int lest li terġaʼ tibda l-istudju fil-futur jekk hu jkun irid.—1 Tim. 2:4.