Mara qed tieħu l-ħin biex tistudja u timmedita fuq il-Bibbja
Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
STENBAĦ!
Mistoqsija: Hi l-Bibbja minn Alla? Jew hi ktieb li fih biss il-ħsibijiet tal-bniedem?
Skrittura: 2Ti 3:16
Offerta: Din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! tikkunsidra tliet modi kif nistgħu nkunu ċerti li l-Bibbja hi minn Alla.
GĦALLEM IL-VERITÀ
Mistoqsija: Kif għandna nqisu r-rigal tal-ħajja?
Skrittura: Ri 4:11
Verità: Ladarba l-ħajja hi rigal mingħand Alla, għandna nittrattawha b’rispett. Aħna konxji li s-sigurtà hi importanti u qatt mhu se nieħdu l-ħajja taʼ xi ħadd apposta. Aħna ngħożżu r-rigal tal-ħajja.
X’INHU S-SIGRIET GĦAL FAMILJA FERĦANA? (T-32)
Mistoqsija: Innota l-mistoqsija li hemm fuq il-faċċata tal-fuljett u x’jistaʼ jkunu xi tweġibiet. Int x’taħseb?
Skrittura: Lq 11:28
Offerta: Dan il-fuljett juri x’jistaʼ jfisser dan għall-familja tiegħek u għala nistgħu nemmnu dak li tgħid il-Bibbja.
AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS
Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.