Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
3-9 t’Awwissu
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 13-14
Ħaffer għal Ġawhar Spiritwali
it-1 1117
Triq Prinċipali, Triq
Minn żminijiet il-qedem toroq prinċipali u toroq oħra, inkluż ħafna toroq importanti li kienu jintużaw min-negozjanti, kienu jwassluk fi bliet u saltniet tal-Palestina. (Nu 20:17-19; 21:21, 22; 22:5, 21-23; Ġoż 2:22; Mħ 21:19; 1Sa 6:9, 12; 13:17, 18) It-triq mill-Eġittu għall-bliet Filistin taʼ Gaża u Askelon kienet meqjusa bħala t-triq prinċipali. Iktar ma timxi, din it-triq kienet tiġbed lejn Megiddo, li tinsab fuq in-naħa tal-Grigal. Imbagħad kienet tibqaʼ sejra Ħasor li kienet fit-Tramuntana tal-Baħar tal-Galilija, u wara kienet tieħdok lejn Damasku. Din it-triq li tgħaddi mill-bliet tal-Filistin kienet l-iqsar waħda mill-Eġittu għall-Art Imwiegħda. Imma b’qalb tajba, Ġeħova mexxa lill-Iżraelin minn triq oħra ħalli ma jaqtgħux qalbhom minn xi attakk tal-Filistin.—Eżo 13:17.
it-1 782 ¶2-3
Eżodu
Fejn inqasam il-Baħar l-Aħmar biex l-Iżraelin ikunu jistgħu jaqsmu?
Taʼ interess hu li meta l-Iżraelin waslu Etam “f’tarf ix-xagħri,” Alla kkmanda lil Mosè biex “iduru lura u jikkampjaw quddiem Piħaħirot . . . ħdejn il-baħar.” Din il-bidla ġiegħlet lill-Fargħun jaħseb li l-Iżraelin kienu “mitlufin.” (Eżo 13:20; 14:1-3) Xi studjużi jaħsbu li l-Iżraelin għaddew minn el Haj. Jgħidu li l-verb Ebrajk għal “iduru lura” ma jfissirx biss li “tgħaddi minn triq oħra,” imma li ddur. Huma tal-fehma li meta waslu fin-naħa taʼ fuq tal-Golf tas-Swejz, l-Iżraelin daru lura lejn il-Lvant taʼ Jebel ʽAtaqah, post li fih il-muntanji u li jmiss mal-Punent tal-Golf. Grupp enormi, bħalma kienu l-Iżraelin, ma kinux se jaħarbu malajr jekk jiġu attakkati mit-Tramuntana, u min-naħa l-oħra kienu se jsibu l-baħar maʼ wiċċhom.
Il-Lhud tal-ewwel seklu jaqblu maʼ dawn l-istudjużi. Imma iktar importanti minn hekk, dan jaqbel mal-Bibbja, filwaqt li hemm ħafna studjużi oħra li ma jaqblux maʼ dan. (Eżo 14:9-16) Milli jidher, il-post minn fejn qasmu bilfors li kien ’il bogħod min-naħa taʼ fuq tal-Golf tas-Swejz (jew il-Baħar l-Aħmar tan-naħa taʼ Piħaħirot). Dan tant kien ’il bogħod li l-Fargħun u l-armata tiegħu ma setgħux sempliċiment imorru għan-naħa l-oħra fejn kienu se jaslu l-Iżraelin.—Eżo 14:22, 23.
10-16 t’Awwissu
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 15-16
“Faħħar lil Ġeħova bil-Kant”
it-2 454 ¶1
Mużika
Ħafna mill-kant li kien isir bħala grupp f’Iżrael jidher li kien isir b’żewġ modi. Mod minnhom kien billi nofs il-kor kien ikanta vers u n-nofs l-ieħor kien iwieġbu lura u mod ieħor kien ikun billi kor sħiħ iwieġeb lil persuna waħda. Milli jidher, il-Bibbja tirreferi għal dan bħala ‘tweġib.’ (Eżo 15:21; 1Sa 18:6, 7) Dan it-tip taʼ kant jidher fis-salmi, bħal Salm 136. Il-mod kif jiġu deskritti ż-żewġ korijiet kbar taʼ żmien Neħemija u l-kant li sar fl-inawgurazzjoni tas-sur taʼ Ġerusalemm juru li kantaw b’dan il-mod ukoll.—Ne 12:31, 38, 40-42.
it-2 698
Profetessa
Fil-Bibbja, Mirjam kienet l-ewwel profetessa. Alla taha messaġġ jew messaġġi biex twassalhom lill-poplu u forsi għamlet dan permezz taʼ kant ispirat. (Eżo 15:20, 21) B’hekk hemm miktub li hi u Aron qalu lil Mosè: “Mhux permezz tagħna wkoll tkellem [Ġeħova]?” (Nu 12:2) Ġeħova stess, permezz tal-profeta Mikea, qal li kien bagħat lil “Mosè, lil Aron, u lil Mirjam” quddiem l-Iżraelin biex joħorġuhom mill-Eġittu. (Mik 6:4) Għalkemm Mirjam kellha privileġġ li tintuża minn Alla, il-ħbiberija li kellha miegħu ma kinitx kbira daqs il-ħbiberija taʼ Mosè maʼ Ġeħova. Meta naqset li żżomm postha, Alla kkastigaha bil-ġdiem.—Nu 12:1-15.
Ħaffer għal Ġawhar Spiritwali
Kont Taf?
Ġeħova għala għażel is-summien biex jitmaʼ lill-Iżraelin fix-xagħri?
Wara li l-Iżraelin ħarġu mill-Eġittu, Alla darbtejn tahom ħafna summien biex jieklu.—Eżodu 16:13; Numri 11:31.
Is-summien huma għasafar żgħar, twal madwar 18-il ċentimetru u jiżnu madwar 100 gramma. Huma jkollhom il-frieħ f’ħafna partijiet fl-Ewropa u fil-Punent tal-Asja. Peress li huma għasafar li jpassu, iqattgħu x-xitwa fl-Afrika taʼ Fuq u f’pajjiżi Għarab. Matul iż-żmien li jpassu, qtajjaʼ t’għasafar jgħaddu minn fuq in-naħa tal-Lvant tal-Baħar Mediterran u minn fuq il-Peniżola tas-Sinaj.
Skont The New Westminster Dictionary of the Bible, is-summien “itir distanzi twal b’veloċità kbira u jieħu vantaġġ mir-riħ. Imma jekk ir-riħ idur jew l-għasafar jegħjew minħabba li jkunu ilhom itiru, il-qatgħa kollha t’għasafar aktarx jaqgħu mal-art u jkunu storduti.” Qabel ma jkomplu jpassu jkollhom bżonn jistrieħu għal ġurnata jew tnejn, b’hekk ikun faċli għall-kaċċaturi biex jaqbduhom. Madwar 100 sena ilu, l-Eġittu kien jesporta madwar 3 miljun summiena għall-ikel kull sena.
Id-darbtejn li l-Iżraelin kielu s-summien kien fir-rebbiegħa. Għalkemm is-summien itir b’mod regulari fuq is-Sinaj matul dak iż-żmien, kien Ġeħova li “qajjem riħ” biex l-għasafar jaqgħu fejn kienu qed jikkampjaw l-Iżraelin.—Numri 11:31.
17-23 t’Awwissu
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 17-18
Ħaffer għal Ġawhar Spiritwali
it-1 406
Il-Kotba tal-Bibbja
Kif naraw fil-Bibbja stess, m’hemm ebda dubju li dawn il-kitbiet taʼ Mosè huma kanoniċi, jiġifieri ġew ispirati mingħand Alla, u gwida taʼ min joqgħod fuqha għall-qima vera. Ma kinitx l-idea taʼ Mosè li jsir il-mexxej u l-kmandant tal-Iżraelin. Fil-fatt, Mosè m’aċċettax dan l-inkarigu mill-ewwel. (Eżo 3:10, 11; 4:10-14) Alla ta lil Mosè l-kuraġġ li kellu bżonn u tah ukoll il-qawwa biex jagħmel il-mirakli li anki l-qassisin tal-Fargħun li kienu jipprattikaw il-maġija kellhom jammettu li l-qawwa taʼ Mosè kienet ġejja mingħand Alla. (Eżo 4:1-9; 8:16-19) Għalhekk ma kinitx il-mira taʼ Mosè li jkun kelliemi u kittieb. Peress li obda l-kmandi t’Alla u kellu l-għajnuna tal-ispirtu qaddis t’Alla, Mosè setaʼ jitkellem u mbagħad jikteb parti mill-Bibbja.—Eżo 17:14.
24-30 t’Awwissu
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 19-20
“L-Għaxar Kmandamenti Kif Jaffettwawk?”
w89 11/15 6 ¶1
Xi Jfissru Għalik l-Għaxar Kmandamenti?
L-ewwel erbaʼ kmandamenti jitkellmu dwar ir-responsabbiltajiet tagħna lejn Ġeħova. (L-1 kmandament) Hu Alla li jridna nqimu lilu biss. (Mattew 4:10) (It-2 kmandament) Ħadd mill-qaddejja t’Alla m’għandu jqim affarijiet bħal statwi. (1 Ġwanni 5:21) (It-3 kmandament) Qatt m’għandna nużaw l-isem t’Alla ħażin, imma għandna nużawh b’mod tajjeb u b’rispett. (Ġwanni 17:26; Rumani 10:13) (Ir-4 kmandament) Il-ħajja tagħna għandha tkun iffokata fuq affarijiet sagri. Meta ngħixu b’dan il-mod, aħna nkunu qed ‘nistrieħu’ bħalma kienu jagħmlu l-Iżraelin fis-Sabat. Dan ifisser li għandna nagħmlu ċert li nobdu dak li Ġeħova jgħidilna li hu tajjeb.—Ebrej 4:9, 10.
w89 11/15 6 ¶2-3
Xi Jfissru Għalik l-Għaxar Kmandamenti?
(Il-5 kmandament) Hu importanti ħafna li t-tfal jobdu lill-ġenituri. B’hekk, ikun hemm familja magħquda u l-barka taʼ Ġeħova. Dan “l-ewwel kmand b’wegħda” jagħtina tama mill-isbaħ. Dan mhux biss ‘biex jaħbatlek tajjeb’ imma wkoll biex ‘iddum żmien twil fuq l-art.’ (Efesin 6:1-3) Meta t-tfal jobdu lil Alla “fl-aħħar jiem” taʼ din is-sistema mill-agħar, huma jkollhom it-tama li jgħixu għal dejjem.—2 Timotju 3:1; Ġwanni 11:26.
L-imħabba lejn dawk taʼ madwarna se żżommna lura milli nweġġgħuhom b’affarijiet ħżiena bħal (Is-6 kmandament) qtil, (Is-7 kmandament) adulterju, (It-8 kmandament) serq, u (Id-9 kmandament) gideb. (1 Ġwanni 3:10-12; Ebrej 13:4; Efesin 4:28; Mattew 5:37; Proverbji 6:16-19) Imma xi ngħidu dwar il-mottivi tagħna? (L-10 kmandament) L-aħħar kmandament jgħid li m’għandniex ngħiru u jfakkarna li Ġeħova jrid li dejjem ikollna intenzjonijiet tajbin.—Proverbji 21:2.
31 t’Awwissu–6 taʼ Settembru
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 21-22
“Uri li Tqis il-Ħajja bħal Ġeħova”
it-1 271
Swat
Lhudi setaʼ jagħti b’bastun lill-qaddej jew qaddejja tiegħu jekk ma kinux jobdu jew kienu ribellużi. Is-sid kellu d-dritt li jikkastiga lill-qaddej għax dan kien “flusu.” Jekk il-qaddej kien imut waqt li kien qed isawtu, sidu kellu jiġi kkastigat. Iżda jekk il-qaddej kien jgħix ġurnata jew tnejn wara, dan aktarx kien juri li s-sid ma kellux l-intenzjoni li joqtlu. X’aktarx li raġel ma kienx ikun irid jeqred xi ħaġa li kienet tiegħu. Ukoll, jekk il-qaddej kien imut wara ġurnata jew iktar, ma kinux ikunu ċerti jekk il-mewt kinitx minħabba s-swat jew xi ħaġa oħra. Jekk il-qaddej kien imut wara ġurnata jew tnejn, is-sid ma kienx jiġi kkastigat.—Eżodu 21:20, 21.
Ħaffer għal Ġawhar Spiritwali
it-1 1143
Qrun
Dak li jgħid Eżodu 21:14 jistaʼ jfisser li anki qassis kellu jiġi maqtul minħabba qtil. Ukoll, qattiel ma kienx se jiġi protett jekk iżomm mal-qrun tal-artal.—Qabbel l-1Sl 2:28-34.