GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ġeħova Jiftakar ix-Xogħol Iebes Tagħna
Xi kultant, meta naħdmu iebes għal ħaddieħor inħossu li m’aħniex apprezzati u li malajr jinsew dak li għamilna. Xi ngħidu għax-xogħol li nagħmlu għal Ġeħova? Alla tagħna li japprezza qatt ma jinsa l-isforzi mill-qalb tagħna biex naqduh. Anke meta ma nkunux nistgħu nagħmlu daqs qabel minħabba s-saħħa tagħna, hu ma jabbandunaniex.—Eb 6:10.
ARA L-VIDJOW ĠEĦOVA JIFTAKAR, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Ħuna Hibshman kif ħadem iebes għal Ġeħova f’diversi inkarigi taʼ servizz?
Ġeħova kif wera li ftakar f’Ħuna Hibshman wara li mietet martu u sar limitat minħabba l-età avvanzata?
Għala nistgħu ngħidu li l-ħajja fis-servizz full-time taʼ Ħuna Hibshman kienet sinjura spiritwalment?—Pr 10:22