LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwbr22 Novembru pp. 1-3
  • Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
  • Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna—2022
  • Sottitli
  • 7-​13 TAʼ NOVEMBRU
  • 14-​20 TA’ NOVEMBRU
  • 28 TA’ NOVEMBRU–4 TAʼ DIĊEMBRU
  • 19-​25 TAʼ DIĊEMBRU
  • 26 TAʼ DIĊEMBRU–1 TAʼ JANNAR
Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna—2022
mwbr22 Novembru pp. 1-3

Referenzi għall-​Fuljett għall-​Istudju tal-​Laqgħa tal-​Ħajja u l-​Ministeru Tagħna

7-​13 TAʼ NOVEMBRU

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | 2 SLATEN 5-​6

“Hemm Iktar Magħna Milli Hemm Magħhom”

it-​1 716 ¶4

Eliżew

Iżrael Jeħlisha mis-​Sirja. Meta s-​Sultan Ġeħoram kien isaltan fuq Iżrael, is-​Sirja ppjanat attakk għal għarrieda fuq Iżrael. Mhux l-​ewwel darba li Eliżew qallu b’kulma kienu se jagħmlu s-​Sirjani. Meta s-​Sirjani ndunaw, huma bagħtu s-​suldati Dotan, u dawruha biż-​żwiemel u l-​karrijiet tal-​gwerra biex jaqbdu lil Eliżew. Il-​qaddej taʼ Eliżew beda jibżaʼ imma Eliżew talab lil Ġeħova biex jiftaħ għajnejn il-​qaddej tiegħu. Hekk kif ġew imdawrin bis-​Sirjani, Eliżew talab għal miraklu differenti, “Jekk jogħġbok, olqot il-​ġens bl-​għama.” Eliżew qal lis-​Sirjani biex imorru warajh imma ma kellux għalfejn jaqbdilhom idejhom biex jiggwidahom. Dan juri li huma għamew b’mod mentali u mhux b’mod fiżiku. Għalkemm ġew biex jattakkaw lil Eliżew, huma m’għarfuhx u lanqas kienu jafu fejn se jiħodhom.—2Sl 6:8-​19.

14-​20 TA’ NOVEMBRU

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | 2 SLATEN 7-​8

“Ġeħova Ġiegħel li Jiġri Dak li Ma Kienx Mistenni”

it-​1 716-​717

Eliżew

Is-​sultan tas-​Sirja Ben-​ħadad II invada u għamel assedju fuq is-​Samarija. L-​assedju tant kien aħrax li ġie rrapportat minn tal-​inqas każ wieħed lis-​sultan fejn qalulu li mara kielet lil binha stess. Is-​Sultan Ġeħoram ħalef li joqtol lil Eliżew. Imma din il-​ħalfa mgħaġġla ma twettqitx. Ġeħoram, li wasal id-​dar tal-​profeta mal-​ajjutant tiegħu, qal li tilef kull tama li Ġeħova kien se jgħinu. Eliżew assigura lis-​sultan li l-​ikel kien se jkun abbundanti l-​ġurnata taʼ wara. L-​ajjutant tas-​sultan daħaq meta semaʼ dan, u b’hekk Eliżew qallu: “Ara, se tarah b’għajnejk, imma ma tikolx minnu.” Ġeħova ġiegħel li jinstemgħu ħsejjes taʼ gwerra u żwiemel fil-​kamp tas-​Sirjani. B’hekk dawn ħasbu li armata kbira kienet ġejja kontrihom, u allura ħarbu u ħallew l-​ikel warajhom fil-​kamp. Meta s-​sultan sar jaf li s-​Sirjani telqu, hu poġġa l-​ajjutant tiegħu għassa maʼ bieb il-​belt tas-​Samarija. Hemmhekk l-​ajjutant ġie mgħaffeġ u nqatel meta l-​folla bil-​ġuħ tal-​Iżraelin telqu jiġru biex jieħdu l-​affarijiet mill-​kamp. Hu ra l-​ikel imma ma kielx minnu.—2Sl 6:24–7:20.

Ġawhar Spiritwali

it-​2 195 ¶7

Musbieħ

Slaten mil-​Linja taʼ David. Alla Ġeħova poġġa lis-​Sultan David fuq it-​tron t’Iżrael u David wera li kien gwida u mexxej għaref taħt id-​direzzjoni t’Alla. Għalhekk, kien jissejjaħ il-​musbieħ t’Iżrael. (2Sa 21:17) Fil-​patt li għamel ma’ David, Ġeħova wiegħdu: “It-​tron tiegħek ikun b’saħħtu għal dejjem.” (2Sa 7:11-​16) Bl-​istess mod, id-​dixxendenti taʼ mexxejja minn David permezz t’ibnu Salamun kienu “musbieħ” għal Iżrael.—1Sl 11:36; 15:4; 2Sl 8:19; 2Kr 21:7.

28 TA’ NOVEMBRU–4 TAʼ DIĊEMBRU

Ġawhar Spiritwali

it-​1 1265-​1266

Ġeħogħas

Is-​sultan żagħżugħ Ġeħogħas mexa ’l quddiem sakemm il-​Qassis il-​Kbir Ġeħojada kien għadu ħaj u aġixxa taʼ missier għalih u taʼ wieħed li jagħtih il-​pariri. Meta kellu 21 sena żżewweġ u kellu żewġ nisa u minnhom kellu bniet u subien. B’dan il-​mod, il-​linja taʼ David li kienet se twassal għall-​Messija u li kienet waslet tant qrib li tispiċċa, saret b’saħħitha għal darb’oħra.—2Sl 12:1-​3; 2Kr 24:1-​3; 25:1.

19-​25 TAʼ DIĊEMBRU

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | 2 SLATEN 18-​19

“Kif Dawk li Jopponuna Jipprovaw Idgħajfuna”

yb74 177 ¶1

It-​2 Parti—Il-​Ġermanja

Huwa interessanti li l-​SS, li spiss użaw il-​makakkerija biex jipprovaw jikkonvinċu lil xi wħud mix-​Xhieda taʼ Ġeħova jiffirmaw id-​dikjarazzjoni, ħafna drabi daru kontrihom wara li ffirmaw u waqqgħuhom għaċ-​ċajt iktar minn qabel. Karl Kirscht jikkonferma dan: “Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kienu l-​iktar nies li waqgħu vittmi taʼ qerq malizzjuż fil-​kampijiet tal-​konċentrament. Kien maħsub li b’dan il-​mod ix-​Xhieda setgħu jiġu perswaduti biex jiffirmaw id-​dikjarazzjoni. B’mod ripetut konna niġu mitlubin nagħmlu dan. Xi wħud iffirmaw imma fil-​biċċa l-​kbira kellhom jistennew biex jinħelsu. Matul dan iż-​żmien, spiss kienu jiġu mgħajrin pubblikament mill-​SS bħala ipokriti u beżżiegħa u kienu mġegħlin jagħmlu ʼl-​mixja tal-​unurʼ quddiem ħuthom qabel ma kienu jitħallew jitilqu mill-​kamp.”

Ġawhar Spiritwali

it-​1 155 ¶4

Arkeoloġija

Ir-​rakkont Bibliku jgħid li s-​Sultan Sennakerib tal-​Assirja nqatel miż-​żewġ uliedu, Adrammelek u Sareser, u warajh laħaq tifel ieħor tiegħu, Esar-​ħaddon. (2Sl 19:36, 37) Fl-​istorja ta’ Babilonja hemm dokumentat li fl-​20 ta’ Tebet, Sennakerib inqatel minn ibnu f’rewwixta. Kemm Berossus, qassis Babiloniż tat-​tielet seklu qabel Kristu (QK), kif ukoll Nabonidus, sultan Babiloniż tas-​sitt seklu QK, jagħtu l-​istess rakkont fejn jgħid li wieħed biss mit-​tfal tiegħu qatlu. Madankollu, f’parti minn dokument li ġie skopert riċentement, Esar-​ħaddon jgħid biċ-​ċar li ħutu (fil-​plural) daru kontra missierhom u qatluh u mbagħad ħarbu. Wieħed kummentatur, Philip Biberfield, jgħid: ‘Nabonid u Berassos kienu żbaljati, ir-​rakkont Bibliku biss huwa korrett. Dan kien ikkonfermat bid-​dettalji kollha fl-​iskrizzjoni t’Esarħaddon u wera li kien iżjed eżatt dwar din il-​ġrajja mis-​sorsi Babiloniżi nfushom. Dan hu fatt importanti ħafna meta nqisu sorsi tal-​istess żmien li ma jaqblux mat-​tradizzjoni Biblika.’

26 TAʼ DIĊEMBRU–1 TAʼ JANNAR

Ġawhar Spiritwali

it-​2 240 ¶1

Invell

Invell jistaʼ jintuża biex il-​bini jitlaʼ sew. Ġeħova qal minn qabel li kien se ‘jifrex fuq Ġerusalemm il-​ħabel tal-​kejl li ntuża għas-​Samarija u l-​istess invell li ntuża għal dar Aħab.’ Alla kien kejjel lis-​Samarija u lid-​dar tas-​Sultan Aħab u sabhom moralment ħżiena, u dan wassal biex jinqerdu. Bl-​istess mod, Alla kien se jiġġudika lil Ġerusalemm u l-​mexxejja tagħha, jikxef il-​ħażen tagħhom, u jġib il-​qerda fuq dik il-​belt. Dawn il-​ġrajjiet ġraw fis-​sena 607 qabel Kristu. (2Sl 21:10-​13; 10:11) Permezz taʼ Isaija dawn id-​diversi mexxejja mill-​agħar f’Ġerusalemm kien intqalilhom dwar id-​diżastru li kien ġej fuqhom u dwar dak li qal Ġeħova: “Se nagħmel il-​ġustizzja l-​ħabel tal-​kejl u s-​sewwa l-​invell.” Il-​livelli tal-​ġustizzja vera u ġenwina kellhom juru min verament kienu l-​qaddejja t’Alla u min le. Dan kellu jwassal jew biex jiġu salvati jew biex jinqerdu.—Is 28:14-​19.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja