Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
17-23 TAʼ NOVEMBRU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA L-GĦANJA TAʼ SALAMUN 6-8
Kun Sur, Mhux Bieb
yp2 33
Is-Sulamija Hi t’Eżempju Għalina
It-tfajla Sulamija kienet taf li fejn tidħol l-imħabba kellha toqgħod attenta. Hi tgħid lill-ħbieb tagħha: “Jien qed inġegħelkom taħilfu biex ma tipprovawx tqanqlu fija mħabba li ma teżistix.” Is-Sulamija kienet taf li l-emozzjonijiet jistgħu tant ikunu b’saħħithom li ma tibqax tirraġuna. Hi rrealizzat li oħrajn setgħu jagħmlulha pressjoni biex iċċedi għal xi ħadd li mhuwiex tajjeb għaliha. Anki l-emozzjonijiet tagħha stess setgħu jfixkluha milli tagħmel dak li hu sew. Allura s-Sulamija baqgħet soda bħal “sur.”—L-Għanja taʼ Salamun 8:4, 10.
Int matur bħas-Sulamija fejn tidħol l-imħabba? Kapaċi taħseb b’moħħok u mhux tismaʼ biss minn qalbek? (Proverbji 2:10, 11) Xi kultant xi wħud jistgħu jagħmlulek pressjoni biex tidħol f’relazzjoni qabel ma tkun lest għaliha. Jaf ukoll inti stess tagħmel pressjoni fuqek innifsek. Pereżempju, meta tara ġuvni u tfajla mexjin id f’id, tħossok iddisprat biex issib lil xi ħadd? Se tkun lest li toħroġ maʼ xi ħadd avolja ma jaqdix lil Ġeħova bħalek? It-tfajla Sulamija kienet matura fejn tidħol l-imħabba. Inti wkoll tistaʼ tkun matur bħalha!