LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w20 Marzu p. 30
  • Kont taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Materjal Simili
  • Mid-Dilluvju sal-Ħelsien mill-Eġittu
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Il-Familja Tmur Tgħix l-Eġittu
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Sultan Ħażin Jaħkem l-Eġittu
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
w20 Marzu p. 30
Ġużeppi miexi maʼ grupp Midjanin lejn l-Eġittu.

Kont taf?

Apparti l-​Bibbja, x’hemm iktar li juri li l-​Iżraelin kienu skjavi fl-​Eġittu?

Il-​Bibbja tgħid li wara li l-​Midjanin ħadu lil Ġużeppi l-​Eġittu, missieru Ġakobb u l-​familja tiegħu telqu minn Kangħan biex jgħixu l-​Eġittu. Huma bdew joqogħdu f’reġjun Eġizzjan jismu Gosen, fejn ix-​Xmara Nil tmiss mal-​Baħar Mediterran. (Ġen. 47:1, 6) L-​Iżraelin “komplew joktru u jsiru iktar setgħanin.” Allura l-​Eġizzjani bdew jibżgħu mill-​Iżraelin u għamluhom skjavi.—Eżo. 1:7-​14.

Dan l-​aħħar kien hemm xi kritiċi li rredikolaw dan ir-​rakkont tal-​Bibbja billi qalu li hu ħrafa. Madankollu, hemm x’juri li s-​Semitia għexu bħala skjavi fl-​Eġittu tal-​qedem.

Pereżempju, xi arkeoloġi sabu fdalijiet antiki tas-​Semiti li marru jgħixu n-​naħa taʼ fuq tal-​Eġittu. Fil-​fatt, l-​istudjuż tal-​Bibbja John Bimson irrapporta li minn tal-​inqas hemm 20 ħaġa li turi li s-​Semiti marru joqogħdu fin-​naħa taʼ fuq tal-​Eġittu. Iktar minn hekk, James K. Hoffmeier, studjuż dwar l-​Eġittu tal-​qedem, qal: “Bejn wieħed u ieħor, fil-​perjodu bejn l-​1800 u l-​1540 qabel Kristu (QK), in-​nies li kienu jitkellmu l-​lingwa Semitika min-​naħa tal-​Punent tal-​Asja [minn fejn ġiet il-​familja taʼ Ġakobb] kienu jixtiequ jmorru jgħixu l-​Eġittu.” Hu jżid jgħid: “Dan il-​perjodu jaħbat maż-​żmien li kienu jgħixu Abraham, Iżakk, u Ġakobb, u allura jaqbel mal-​perjodu u ċ-​ċirkustanzi mniżżlin f’​Ġenesi.”

Hemm iktar provi fin-​naħa t’isfel tal-​Eġittu. Fdal taʼ papiru li bejn wieħed u ieħor ilu jeżisti mis-​sena 1800 QK fih ismijiet taʼ skjavi li ħadmu f’dar fin-​naħa t’isfel tal-​Eġittu. Iktar minn 40 isem minnhom kienu Semiti. Dawn l-​iskjavi, jew qaddejja, kienu jsajru, iħitu, u jagħmlu xogħol iebes ieħor. Hoffmeier jinnota: “Ladarba nstabu iktar minn erbgħin Semit li ħadmu f’dar waħda f’Tebajde [in-​naħa t’isfel tal-​Eġittu], aktarx li kien hemm ammont taʼ Semiti mhux ħażin li għexu fl-​Eġittu, speċjalment man-​naħa taʼ fuq tax-​Xmara [Nil].”

L-​arkeologu David Rohl kiteb li xi ftit mill-​ismijiet tal-​iskjavi fuq il-​lista jixbhu lil dawk tal-​Bibbja. Pereżempju, il-​lista fiha ismijiet li huma simili għal Issakar, Aser, u Sifra. (Eżo. 1:3, 4, 15) Rohl jikkonkludi: “Dan juri b’mod ċar li l-​Iżraelin kienu l-​Eġittu bħala skjavi.”

L-​istudjuż Bimson jgħid: “Hemm provi storiċi li, kif tgħid il-​Bibbja, juru li l-​Iżraelin kienu skjavi fl-​Eġittu u mbagħad ħarġu.”

a Il-​kelma Semiti ġejja mill-​isem Sem, wieħed mit-​tliet subien taʼ Noè. Id-​dixxendenti taʼ Sem aktarx jinkludu l-​Għelamin, l-​Assirjani, il-​Kaldin tal-​bidu, il-​Lhud, is-​Sirjani, u tribujiet differenti mill-​Arabja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja