LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 27
  • Sultan Ħażin Jaħkem l-Eġittu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Sultan Ħażin Jaħkem l-Eġittu
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Mosè għażel li jqim lil Ġeħova
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Jaqsmu l-Baħar l-Aħmar
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Min Hu Jehovah?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sitt kastigi oħra
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 27

STORJA 27

Sultan Ħażin Jaħkem l-Eġittu

L-​IRĠIEL hawnhekk qed iġiegħlu lin-​nies jaħdmu. Ħares lejn dak ir-​raġel li qed isawwat lil wieħed mill-​ħaddiema bi frosta! Il-​ħaddiema huma mill-​familja taʼ Ġakobb, u jissejħu Iżraelin. U l-​irġiel li qed iġegħluhom jaħdmu huma Eġizzjani. L-​Iżraelin saru l-​ilsiera tal-​Eġizzjani. Dan kif ġara?

Għal ħafna snin, il-​familja kbira taʼ Ġakobb għexu fil-​paċi fl-​Eġittu. Ġużeppi, li kien l-​iktar raġel importanti fl-​Eġittu wara l-​Fargħun, ħa ħsiebhom. Imma mbagħad, Ġużeppi miet. U Fargħun ġdid, li ma kienx iħobb lill-​Iżraelin, sar is-​sultan fl-​Eġittu.

Għalhekk, dan il-​Fargħun ħażin għamel lill-​Iżraelin ilsiera. U poġġa xi rġiel fuqhom li kienu kattivi u bla qalb. Huma ġiegħlu lill-​Iżraelin jaħdmu iebes ħafna ħalli jibnu bliet għall-​Fargħun. Imma xorta baqgħu jiżdiedu l-​Iżraelin. Wara xi żmien, l-​Eġizzjani bdew jibżgħu li l-​Iżraelin kienu se jiżdiedu wisq u jsiru b’saħħithom ħafna.

Allura taf x’għamel il-​Fargħun? Tkellem man-​nisa li kienu jgħinu lill-​ommijiet Iżraelin biex ikollhom it-​trabi, u qalilhom: ‘Tridu toqtlu kull tarbija tifel li jitwieled.’ Imma dawn kienu nisa tajbin, u ma kinux joqtlu lit-​trabi.

Għalhekk, il-​Fargħun ta dan il-​kmand lill-​poplu kollu tiegħu: ‘Ħudu t-​trabi subien tal-​Iżraelin u oqtluhom. Biss, it-​trabi bniet ħalluhom ħajjin.’ Dan kien kmand tassew tal-​biżaʼ, hux veru? Ejja naraw kif wieħed mit-​trabi subien ġie salvat.

Eżodu 1:6-22.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja