LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w20 Mejju pp. 8-11
  • Żewġ Slaten li Jiġġieldu Kontra Xulxin fi Żmien it-Tmiem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żewġ Slaten li Jiġġieldu Kontra Xulxin fi Żmien it-Tmiem
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Materjal Simili
  • “Is-Sultan tat-Tramuntana” fi Żmien it-Tmiem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Ġeħova Jirrivela “Dak li Jrid Iseħħ Dalwaqt”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Min Hu “s-Sultan tat-Tramuntana” Llum?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Il-Ktieb tar-Rivelazzjoni X’Jgħid li Se Jiġrilhom l-Għedewwa t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
w20 Mejju pp. 8-11

Żewġ Slaten li Jiġġieldu Kontra Xulxin fi Żmien it-Tmiem

Xi profeziji li huma mniżżlin fiċ-​ċart jiddeskrivu ġrajjiet li seħħew fl-​istess żmien. Kollha kemm huma jagħtu prova li qed ngħixu fi “żmien it-​tmiem.”—Dan. 12:4.

Ċart li turi l-profeziji u min hu s-sultan tat-tramuntana u s-sultan tan-nofsinhar mill-1870 sal-lum.
  • L-​1 ċart minn 4, turi profeziji li daħlu f’xulxin fiż-żmien tat-tmiem minn madwar l-1870 sal-1918. Is-snin mill-1914 ’il quddiem jirrappreżentaw iż-​żmien tat-tmiem. L-​1 profezija: Il-bhima salvaġġa b’sebat irjus tidher qabel l-ewwel data taʼ fuq iċ-ċart. Matul l-​Ewwel Gwerra Dinjija, is-sebaʼ ras tiġi midruba. Mill-1917 ’il quddiem, is-sebaʼ ras tfiq, u l-bhima salvaġġa terġaʼ ssir b’saħħitha. It-2 profezija: Is-sultan tat-tramuntana jintgħaraf fl-1871, u s-sultan tan-nofsinhar jintgħaraf fl-1870. Is-sultan tat-tramuntana jerġaʼ jidher fl-1871 bħala l-Ġermanja. Is-sultan tan-nofsinhar fil-bidu kien il-Gran Brittanja, imma fl-1917 sar il-Qawwa Dinjija Anglo-Amerikana. It-​3 profezija: Mill-1870 ’il quddiem, Charles T. Russell u sħabu huma identifikati bħala “l-messaġġier.” Mill-1881 ’il quddiem, ‘Zion’s Watch Tower’ inkuraġġixxa lill-qarrejja biex jippritkaw l-aħbar tajba. Ir-​4 profezija: Mill-1914 ’il quddiem, beda żmien il-ħsad. Is-sikrana ġiet separata mill-qamħ. Il-​5 profezija: Mill-1917 ’il quddiem, sirna nafu min huma s-saqajn tal-ħadid u t-tafal. Jidhru wkoll: Ġrajjiet li seħħew fid-dinja mill-1914 sal-1918, l-​Ewwel Gwerra Dinjija. Ġrajjiet li affettwaw lin-nies taʼ Ġeħova: Mill-1914 sal-1918, l-Istudenti tal-Bibbja fil-Brittanja u l-Ġermanja ġew mitfugħin il-ħabs. Fl-1918, aħwa mill-kwartieri ġenerali ġew mitfugħin il-ħabs fl-Istati Uniti.
    L-​1 profezija.

    Skrittura(i) Riv. 11:7; 12:13, 17; 13:1-8, 12

    Profezija “Il-​bhima salvaġġa” ħakmet fuq in-​nies tad-​dinja għal iktar minn 3,000 sena. Fi żmien it-​tmiem, is-​sebaʼ ras ġiet midruba. Iktar tard, ir-​ras fieqet u “l-​art kollha marret wara l-​bhima”. Satana juża l-​bhima salvaġġa biex “jiggwerra kontra l-​bqija taʼ nisilha.”

    Twettiq Wara d-​Dulluvju, gvernijiet umani li kienu għedewwa taʼ Ġeħova ħakmu fuq in-​nies. Iktar minn 3,000 sena wara, wieħed minn dawn il-​gvernijiet b’saħħithom, il-​Brittanja, tilef ħafna mill-​qawwa tiegħu matul l-​Ewwel Gwerra Dinjija. Il-​Brittanja reġgħet saret b’saħħitha meta ngħaqdet mal-​Istati Uniti. Matul l-​aħħar żminijiet, Satana qed juża l-​gvernijiet kollha fuq l-​art biex jippersegwita lin-​nies t’Alla.

  • It-​2 profezija.

    Skrittura(i) Dan. 11:25-45

    Profezija Fi żmien it-​tmiem, is-​sultan tat-​tramuntana u s-​sultan tan-​nofsinhar iġġieldu kontra xulxin għall-​poter.

    Twettiq Il-​Ġermanja ġġieldet mal-​Brittanja u l-​Istati Uniti. Fl-​1945, l-​Unjoni Sovjetika u l-​pajjiżi li jappoġġjawha saru s-​sultan tat-​tramuntana. Fl-​1991, l-​Unjoni Sovjetika waqgħet, u iktar tard, ir-​Russja u l-​pajjiżi li jappoġġjawha saru s-​sultan tat-​tramuntana.

  • It-​3 profezija.

    Skrittura(i) Is. 61:1; Mal. 3:1; Lq. 4:18

    Profezija Ġeħova jibgħat “il-​messaġġier” tiegħu biex “iħejji triq” qabel is-​Saltna Messjanika tiġi stabbilità. Dan il-​grupp beda jipprietka l-​“aħbar tajba lill-​ġwejdin.”

    Twettiq Mill-​1870 ’il quddiem, C.  T.  Russell u oħrajn miegħu studjaw ħafna l-​Bibbja biex isibu x’tgħallem verament. Fl-​1881, huma rrealizzaw li hu importanti ħafna li l-​qaddejja t’Alla jippritkaw. Huma ħarġu artikli bħal “Jinħtieġu 1,000 predikatur” u “Midlukin biex nippritkaw.”

  • Ir-​4 profezija.

    Skrittura(i) Mt. 13:24-30, 36-43

    Profezija Raġel żeraʼ żerriegħa tajba f’għalqa. Imbagħad, għadu żeraʼ s-​sikrana fl-​istess għalqa. Is-​sikrana kibret u għattiet il-​qamħ. Fi żmien il-​ħsad, is-​sikrana ġiet separata minn mal-​qamħ.

    Twettiq Mill-​1870 ’il quddiem, id-​differenza bejn il-​Kristjani veri u l-​Kristjani foloz bdiet tidher iktar u iktar ċara. Matul żmien it-​tmiem, il-​Kristjani veri nġabru f’kongregazzjonijiet u ġew separati mill-​Kristjani foloz.

  • Il-​5 profezija.

    Skrittura(i) Dan. 2:31-33, 41-43

    Profezija Is-​saqajn tal-​ħadid u t-​tafal huma taʼ xbieha magħmula minn metall differenti.

    Twettiq It-​tafal jirrappreżenta nies komuni li huma taħt it-​tmexxija tal-​Brittanja u l-​Istati Uniti u li jirribellaw kontra dawn il-​gvernijiet. Minħabba n-​nies, dawn il-​gvernijiet ma jistgħux jużaw il-​qawwa kollha tagħhom.

  • It-​2 ċart minn 4, turi profeziji li seħħew f’xulxin fiż-żmien it-tmiem, minn madwar l-1919 sal-1945. Is-sultan tat-tramuntana kien il-Ġermanja sal-1945. Is-sultan tan-nofsinhar kien l-Anglo-Amerikan. Is-​6 profezija: Fl-1919, il-Kristjani midlukin ġew miġburin f’kongregazzjoni nadifa. Mill-1919 ’il quddiem, l-ippritkar jiżdied u jkompli. Is-​7 profezija: Fl-1920, twaqqfet il-Lega tan-Nazzjonijiet u kompliet sal-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija. Jidhru wkoll: L-​1 profezija, kompliet il-bhima salvaġġa b’sebat irjus. Il-​5 profezija, komplew is-saqajn tal-ħadid u t-tafal. Ġrajjiet fid-dinja mill-1939 sal-1945, it-Tieni Gwerra Dinjija. Ġrajjiet li effettwaw lin-nies taʼ Ġeħova: Fil-Ġermanja mill-1933 sal-1945, iktar minn 11,000 Xhud ġew mitfugħin il-ħabs. Fil-Brittanja mill-1939 sal-1945, kważi 1,600 Xhud ġew mitfugħin il-ħabs. Fl-Istati Uniti mill-1940 sal-1944, iktar minn 2,500 darba x-Xhieda ġew attakkati minn gruppi taʼ nies vjolenti.
    Is-​6 profezija.

    Skrittura(i) Mt. 13:30; 24:14, 45; 28:19, 20

    Profezija “Il-​qamħ” jinġabar “fil-​maħżen” u “l-​ilsir leali u għaqli” jiġi maħtur fuq “il-​qaddejja taʼ daru.” “L-​aħbar tajba tas-​saltna” bdiet tiġi ppritkata “fl-​art abitata kollha.”

    Twettiq Fl-​1919 l-​ilsir leali u għaqli ġie maħtur fuq in-​nies t’Alla. Minn dak iż-​żmien ’l hawn, l-​Istudenti tal-​Bibbja bdew jippritkaw ħafna iktar. Illum, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw f’iktar minn 200 pajjiż u jippubblikaw letteratura bbażata fuq l-​Bibbja b’iktar minn 1,000 lingwa.

  • Is-​7 profezija.

    Skrittura(i) Dan. 12:11; Riv. 13:11, 14, 15

    Profezija Bhima salvaġġa b’żewġt iqrun tgħid lin-​nies biex “jagħmlu xbieha tal-​bhima salvaġġa” b’sebat irjus u din “tagħti n-​nifs lix-​xbieha.”

    Twettiq Il-​Qawwa Dinjija Anglo-​Amerikana bdiet il-​Lega tan-​Nazzjonijiet. Nazzjonijiet oħra ngħaqdu maʼ din l-​organizzazzjoni. Mill-​1926 sal-​1933, is-​sultan tat-​tramuntana kien membru wkoll tal-​Lega tan-​Nazzjonijiet. In-​nies emmnu li l-​Lega setet iġġib il-​paċi fid-​dinja, xi ħaġa li s-​Saltna t’Alla biss tistaʼ tagħmel. In-​nies emmnu wkoll li l-​Ġnus Magħquda setgħet tagħmel dan.

  • It-​3 ċart minn 4, turi profeziji li seħħew f’xulxin fiż-żmien it-tmiem mill-1945 sal-1991. Is-sultan tat-tramuntana kien l-Unjoni Sovjetika u l-pajjiżi li appoġġjawha sal-1991, u wara r-Russja u l-pajjiżi li jappoġġjawha. Is-sultan tan-nofsinhar hu l-Anglo-Amerikan. It-​8 profezija: Sħaba li ġiet minn bomba atomika, sinjal tal-ħsara kbira li ġabet il-Qawwa Dinjija Anglo-Amerikana. Id-​9 profezija: Twaqqfet il-Ġnus Magħquda fl-1945, din ħadet post il-Lega tan-Nazzjonijiet. Jidhru wkoll: L-​1 profezija, kompliet il-​bhima salvaġġa b’sebat irjus. Il-​5 profezija, komplew is-saqajn tal-ħadid u t-tafal. Is-​6 profezija, fl-1945 kien hemm iktar minn 156,000 pubblikatur. Fl-1991, kien hemm iktar minn 4,278,000 pubblikatur. Ġrajjiet li effettwaw lin-nies taʼ Ġeħova: Fl-Unjoni Sovjetika mill-1945 sal-1951, eluf taʼ Xhieda kellhom jitilqu bilfors lejn is-Siberja.
    It-​8 profezija.

    Skrittura(i) Dan. 8:23, 24

    Profezija Sultan li jidher feroċi “b’mod taʼ l-​għaġeb se jikkaġuna rovina.”

    Twettiq Il-​Qawwa Dinjija Anglo-​Amerikana qatlet ħafna nies u għamlet ħafna ħsara. Pereżempju, fit-​Tieni Gwerra Dinjija, l-​Istati Uniti waddbet żewġ bombi atomiċi fuq pajjiż li kien kontra l-​Brittanja u l-​Istati Uniti. Dawn il-​bombi għamlu ħsara enormi li qatt ma kienet saret qabel.

  • Id-​9 profezija.

    Skrittura(i) Dan. 11:31; Riv. 17:3, 7-11

    Profezija Il-​“bhima salvaġġa lewn l-​iskarlat” b’għaxart iqrun telgħet mill-​abbiss u hi t-​tmien sultan. Il-​ktieb taʼ Danjel jirreferi għal dan is-​sultan bħala “l-​ħaġa moqżieża li qed iġġib ħerba.”

    Twettiq Matul it-​Tieni Gwerra Dinjija, il-​Lega tan-​Nazzjonijiet spiċċat. Wara l-​gwerra, twaqqfet il-​Ġnus Magħquda. Bħal-​Lega, il-​Ġnus Magħquda ħadet unur li jixraq lis-​Saltna t’Alla. Il-​Ġnus Magħquda se tattakka lir-​reliġjon.

  • Ir-​4 ċart minn 4, turi profeziji li seħħew f’xulxin minn żmien it-tmiem sal-lum u sa Armageddon. Is-sultan tat-tramuntana hu r-Russja u l-pajjiżi li jappoġġjawha. Is-sultan tan-nofsinhar hu l-Anglo-Amerikan. L-​10 profezija: Il-mexxejja tad-dinja jgħidu ‘paċi u sigurtà.’ Wara, it-tribulazzjoni l-kbira tibda. Il-​11-il profezija: Il-mexxejja jeqirdu l-organizzazzjonijiet reliġjużi. It-​12-il profezija: Il-gvernijiet tad-dinja jattakkaw lin-nies taʼ Alla. Il-midlukin li jkun għad fadal jittieħdu fis-sema. It-​13-il profezija: Armageddon. Il-wieħed riekeb fuq żiemel abjad itemm ir-rebħa tiegħu. Il-Bhima salvaġġa b’sebat irjus tiġi meqruda; is saqajn tal-ħadid u t-tafal tax-xbieha enormi se jiġu meqrudin. Jidhru wkoll: L-​1 profezija, il-bhima salvaġġa b’sebat irjus, din se tkompli sa Armageddon. Il-​5 profezija, is-saqajn tal-ħadid u t-tafal, se jibqgħu sa Armageddon. Is-​6 profezija, illum iktar minn 8,680,000 pubblikatur. Ġrajjiet li effettwaw lin-nies taʼ Ġeħova: Fl-2017, l-awtoritajiet fir-Russja tefgħu xi Xhieda l-ħabs u ħadu l-bini tal-fergħa.
    L-​10 u l-​11-il profezija.

    Skrittura(i) 1 Tess. 5:3; Riv. 17:16

    Profezija Il-​mexxejja tad-​dinja se jgħidu “paċi u sigurtà,” u “l-​għaxart iqrun” u “l-​bhima salvaġġa” tattakka “lill-​prostituta” u jeqirduha. Wara dan, il-​mexxejja tad-​dinja jiġu meqruda.

    Twettiq Il-​mexxejja tad-​dinja se jgħidu li ġabu paċi u sigurtà fid-​dinja. Imbagħad, il-​mexxejja li jagħmlu parti mill-​Ġnus Magħquda se jeqirdu l-​organizzazzjonijiet reliġjużi. Dan se jkun il-​bidu tat-​tribulazzjoni l-​kbira. Din it-​tribulazzjoni se tispiċċa meta Ġesù jeqred għalkollox id-​dinja taʼ Satana.

  • It-​12-il profezija.

    Skrittura(i) Eżek. 38:11, 14-17; Mt. 24:31

    Profezija Gog se jattakka l-​pajjiż t’Alla. Imbagħad, l-​anġli se jiġbru “l-​magħżulin.”

    Twettiq Is-​sultan tat-​tramuntana flimkien mal-​gvernijiet tad-​dinja se jattakkaw lin-​nies t’Alla. Wara li jibda dan l-​attakk, il-​midlukin li jkun għad fadal fuq l-​art, jittieħdu fis-​sema.

  • It-​13-il profezija.

    Skrittura(i) Eżek. 38:18-23; Dan. 2:34, 35, 44, 45; Riv. 6:2; 16:14, 16; 17:14; 19:20

    Profezija Dak “riekeb” fuq “żiemel abjad” itemm “ir-​rebħa tiegħu” billi jeqred lil Gog u l-​armata tiegħu. “Il-​bhima salvaġġa” tiġi mixħuta “fl-​għadira tan-​nar,” u l-​ġebla tfarrak ix-​xbieha enormi.

    Twettiq Ġesù, il-​144,000, u l-​anġli se jeqirdu lill-​grupp taʼ nazzjonijiet li jattakkaw lin-​nies t’Alla. Dan ikun it-​tmiem għad-​dinja taʼ Satana.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja