LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp21 Nru. 1 pp. 3-4
  • X’Jgħidu n-Nies Dwar it-Talb?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Jgħidu n-Nies Dwar it-Talb?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • Materjal Simili
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Jagħmel Xi Ġid it-Talb?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Kif Tikseb Għajnuna Permezz Tat-Talb
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Il-privileġġ tat-talb
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
wp21 Nru. 1 pp. 3-4
Xi nies minn madwar id-dinja jitolbu u jfittxu lil Alla għal gwida.

X’Jgħidu n-Nies Dwar it-Talb?

“Meta nitlob inħoss li Alla qiegħed maġenbi, iżommli idi u jiggwidani meta nħossni mitlufa.”—MARÍA.

“Il-​mara tiegħi mietet wara 13-​il sena tiġġieled mal-​kanser. Niftakar li kont nitlob lil Alla kuljum u nħoss li vera kien jifhem l-​uġigħ li kont għaddej minnu. Ħassejtni fil-​paċi.”—RAÚL.

“It-​talb hu rigal sabiħ mingħand Alla għall-​bnedmin.”—ARNE.

Għal María, Raúl, Arne, u ħafna oħrajn, it-​talb hu rigal speċjali. Huma jħossu li permezz tat-​talb jistgħu jitkellmu m’Alla, jirringrazzjawh, u jfittxuh għall-​għajnuna. Huma ċerti li dak li tgħid il-​Bibbja dwar li nitolbu lil Alla hu veru: “Din hi l-​fiduċja li għandna fih, li, kulma nitolbuh skond ir-​rieda tiegħu, hu jismagħna.”—1 Ġwanni 5:14.

Min-​naħa l-​oħra, ħafna nies isibuha diffiċli biex jemmnu dak li tgħid il-​Bibbja dwar it-​talb. Steve jgħid kif kien iħossu dwar it-​talb: “Meta għalaqt 17, tlieta minn ħbiebi mietu f’żewġ aċċidenti differenti. Wieħed miet f’ħabta bil-​karozza u t-​tnejn l-​oħra għerqu fil-​baħar.” X’għamel Steve? “Tlabt lil Alla jagħtini tweġiba għal dak kollu li ġara, imma bqajt bla risposta. Allura saqsejt lili nnifsi, ‘Għalfejn nitlob?’” Ħafna jħossu li t-​talb tagħhom ma jiġix imwieġeb, allura ma jarawx għalfejn għandhom jibqgħu jitolbu.

Hemm min għandu raġunijiet oħra għala jaħseb li m’għandux għalfejn jitlob. Xi wħud jgħidu li peress li Alla jaf kollox, hu diġà jaf x’għandna bżonn u xi problemi għandna, għalhekk m’għandniex bżonn ngħidulu bihom.

Oħrajn jemmnu li Alla ma jridx jismaʼ t-​talb tagħhom minħabba l-​iżbalji li għamlu fil-​passat. Jenny tgħid: “L-​ikbar problema tiegħi hi li nħossni ma niswa għal xejn. Għamilt affarijiet li jiddispjaċini li għamilthom, u għalhekk ngħid lili nnifsi li ma ħaqqnix li Alla jismagħni.”

Mara qiegħda fi knisja titlob u tħares ’il fuq waqt li oħrajn jitolbu b’rashom baxxuta.

Kif tħossok int dwar it-​talb? Jekk qatt kellek ħsibijiet jew dubji simili dwar it-​talb, int tistaʼ tħossok aħjar bit-​tweġibiet sodisfaċenti li tagħti l-​Bibbja. Aħna nistgħu nafdaw x’tgħid il-​Bibbja dwar it-​talb.a Tistaʼ tgħinek issib tweġibiet għal mistoqsijiet bħal:

  • Alla vera jismaʼ t-​talb tagħna?

  • Għala xi talb ma jiġix imwieġeb?

  • Kif tistaʼ titlob b’mod li Alla jisimgħek?

  • It-​talb kif jistaʼ jgħinek?

a Il-​Bibbja tinkludi ħafna talb tal-​qaddejja t’Alla, inkluż dak taʼ Ġesù Kristu. L-​Iskrittura Ebrajka, magħrufa wkoll bħala t-​Testment il-​Qadim, fiha iżjed minn 150 talba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja