LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w21 Ottubru pp. 29-31
  • 1921—Mitt Sena Ilu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 1921—Mitt Sena Ilu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • AĦWA LI PPRITKAW B’KURAĠĠ
  • STUDJU PERSONALI U STUDJU BĦALA FAMILJA
  • KTIEB ĠDID!
  • IX-​XOGĦOL LI KIEN SE JSIR
  • Il-barkiet jiġu milli nagħmlu dak li jitlob minna Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • 1922—Mitt Sena Ilu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Għażliet li Jwasslu għall-Hena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • 1923​—Mitt Sena Ilu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
w21 Ottubru pp. 29-31

1921 Mitt Sena Ilu

IT-​TORRI TAL-​GĦASSA tal-​1 taʼ Jannar 1921 għamel din il-​mistoqsija lill-​Istudenti tal-​Bibbja: “Għal liema xogħol nistgħu nħarsu ’l quddiem din is-​sena?” Imbagħad kien hemm kwotata l-​iskrittura taʼ Isaija 61:1, 2: “Ġeħova [għażilni] biex ngħid aħbar tajba lill-​ġwejdin . . . , biex inxandar is-​sena t’approvazzjoni min-​naħa taʼ Ġeħova u jum il-​vendetta min-​naħa t’Alla tagħna.” Dan il-​kliem fakkarhom fix-​xogħol tagħhom biex jippritkaw l-​aħbar tajba.

AĦWA LI PPRITKAW B’KURAĠĠ

Biex jagħmlu x-​xogħol tal-​ippritkar, l-​Istudenti tal-​Bibbja kellhom ikunu kuraġġużi. Huma kellhom jippritkaw kemm l-​“aħbar tajba” lin-​nies sewwa kif ukoll “jum il-​vendetta” lin-​nies ħżiena.

Ħuna John Henry Hoskin, li kien jgħix il-​Kanada, ipprietka bil-​kuraġġ minkejja l-​oppożizzjoni. Fl-​1921, hu ltaqaʼ maʼ qassis. Ħuna Hoskin beda jitkellem miegħu u qallu: “Aħna nistgħu nieħdu pjaċir nitkellmu dwar il-​Bibbja, u anki jekk ma naqblux fuq kollox, xorta waħda nistgħu nibqgħu ħbieb.” Imma mhux hekk ġara. Ħuna Hoskin jirrakkonta: “Kulma tkellimna ftit minuti, għax il-​qassis tant ta daqqa kbira mal-​bieb li l-​ħġieġa ħsibtha se tinkiser.”

Il-​qassis bir-​rabja qallu: “Għax ma tmurx titkellem maʼ dawk li mhumiex Kristjani?” Ħuna Hoskin ma wiġbux lura, imma xħin telaq, f’qalbu qal, ‘Int mhux wieħed minnhom?’

L-​għada, waqt li l-​qassis kien qed jgħallem fil-​knisja, beda jigdeb fuq Ħuna Hoskin. Ħuna Hoskin jiftakar: “Il-​qassis qal lin-​nies li jien kont l-​ikbar giddieb li qatt kien hemm fir-​raħal, u għalhekk kelli niġi maqtul.” Imma dan ma waqqafx lil Ħuna Hoskin milli jkompli jipprietka u jitkellem man-​nies. Hu qal: “Vera kont qed nieħu pjaċir nipprietka hemmhekk. Xi nies qaluli li jien kont qed nagħmel ix-​xogħol t’Alla, u anki kienu joffruli xi affarijiet bżonjużi.”

STUDJU PERSONALI U STUDJU BĦALA FAMILJA

Biex jgħinu lin-​nies jifhmu l-​Bibbja aħjar, l-​Istudenti tal-​Bibbja b’mod regulari kienu jagħmlu mistoqsijiet u tweġibiet fir-​rivista li llum tissejjaħ Stenbaħ! F’din ir-​rivista kien ikun hemm mistoqsijiet dwar il-​Bibbja li l-​ġenituri setgħu jiddiskutu mat-​tfal tagħhom. Il-​ġenituri kienu “jistaqsu dawn il-​mistoqsijiet lit-​tfal tagħhom, imbagħad jgħinuhom isibu t-​tweġiba mill-​Bibbja.” Xi mistoqsijiet, bħal pereżempju “Kemm hemm kotba fil-​Bibbja?,” għallmu affarijiet bażiċi dwar il-​Bibbja. Mistoqsijiet oħrajn, bħal “Kull Kristjan se jkun ippersegwitat?,” ippreparaw lill-​uħud żgħar biex jippritkaw bil-​kuraġġ.

Kien hemm ukoll mistoqsijiet u tweġibiet għal dawk in-​nies li kienu jafu iktar dwar il-​Bibbja. It-​tweġibiet setgħu jsibuhom fl-​ewwel ktieb ta’ Studies in the Scriptures. Ħafna nies tgħallmu ħafna affarijiet minn dawn il-​mistoqsijiet. Imma wara, sar avviż li dawn il-​mistoqsijiet ma kinux se jibqgħu jiġu ppubblikati. Għala kienet se ssir din il-​bidla?

KTIEB ĠDID!

Il-ktieb The Harp of God

Kard li fiha kien ikun hemm miktub dak li kellhom jaqraw

Kards bil-mistoqsijiet

L-​aħwa li kienu qegħdin imexxu fehmu li n-​nies għandhom bżonn jitgħallmu dwar il-​Bibbja b’mod iktar organizzat. Għalhekk, f’Novembru tal-​1921 ħarġu l-​ktieb li kien jismu The Harp of God. Dawk l-​uħud interessati li aċċettaw il-​ktieb setgħu jagħmlu wkoll l-​istudju weħidhom. Dan għen lin-​nies jitgħallmu “l-​iskop li għandu Alla għall-​bnedmin biex jgħixu għal dejjem.” Kif kien isir dan l-​istudju?

Meta persuna kienet taċċetta l-​ktieb, kienet tirċievi kard li fuqha kien ikun hemm miktub liema paġni għandha taqra. Il-​ġimgħa taʼ wara kienet tirċievi kard oħra bil-​posta, u fuqha kien ikun hemm mistoqsijiet dwar dak li tkun qrat. Imbagħad, fl-​aħħar tal-​kard kien ikun hemm imniżżel dak li kellha taqra l-​ġimgħa taʼ wara.

L-​istudent kien jirċievi 12-​il kard, waħda kull ġimgħa, u dawn kien jirċivihom bil-​posta mill-​kongregazzjoni viċin tiegħu. Spiss, dawn il-​kards kienu jintbagħtu minn aħwa li kienu kbar fl-​età jew li ma setgħux imorru jippritkaw minn dar għal dar. Pereżempju, Anna K. Gardner, mill-​Istati Uniti, tgħid: “Meta ħareġ il-​ktieb The Harp of God, oħti Thayle, li kienet tbati biex timxi, setgħet tagħmel iktar xogħol billi tibgħat il-​kards kull ġimgħa bil-​mistoqsijiet fuqhom.” Meta l-​persuna kienet tlesti l-​istudju, xi ħadd mill-​kongregazzjoni kien imur iżurha, biex b’hekk jgħinha titgħallem iktar dwar il-​Bibbja.

Thayle Gardner fil-wheelchair

IX-​XOGĦOL LI KIEN SE JSIR

Fl-​aħħar tas-​sena, Ħuna J. F. Rutherford bagħat ittra lill-​kongregazzjonijiet kollha. Fl-​ittra qal li “l-​aħwa rnexxielhom jippritkaw u jkellmu lil iktar nies dwar is-​Saltna mis-​snin taʼ qabel.” Imbagħad, hu kompla jgħid: “Baqaʼ ħafna xogħol xi jsir. Inkuraġġixxu lill-​oħrajn biex jingħaqdu magħna f’dan ix-​xogħol mill-​isbaħ.” Jidher ċar li l-​Istudenti tal-​Bibbja għamlu dak li qal hu. Fl-​1922, huma ppritkaw bil-​kuraġġ dwar is-​Saltna iktar minn qatt qabel.

Ħbieb Kuraġġużi

L-​Istudenti tal-​Bibbja wrew l-​imħabba billi għenu lil xulxin. Kif se naraw fir-​rakkont li ġej, huma kienu ħbieb kuraġġużi ‘mwielda għal meta jkun hemm in-​niket.’—Prov. 17:17.

It-​Tlieta, 31 taʼ Mejju 1921, raġel iswed fil-​belt taʼ Tulsa, Oklahoma, l-​Istati Uniti, ġie mitfugħ il-​ħabs minħabba li kien akkużat li attakka mara bajda. Minħabba dan, iktar minn 1,000 raġel abjad iġġieldu kontra grupp żgħir taʼ rġiel suwed. Il-​ġlied infirex malajr fl-​inħawi taʼ Greenwood, fejn hemmhekk kienu jgħixu ħafna nies suwed. Iktar minn 1,400 dar u ħanut ġew misruqa u maħruqin. Il-​ġurnalisti qalu li mietu 36 persuna, imma jistaʼ jkun li mietu madwar 300 ruħ. Iktar tard, din il-​ġrajja sejħulha Tulsa Race Massacre.

Ħuna Richard J. Hill, li kien ukoll taʼ ġilda sewda u li kien jgħix fi Greenwood, jirrakkonta: “F’dak il-​lejl li kien inqalaʼ l-​inkwiet kellna l-​laqgħa. Meta spiċċat il-​laqgħa, aħna bdejna nisimgħu l-​isparar fiċ-​ċentru taʼ Tulsa. Huma baqgħu jisparaw sa tard billejl.” L-​għada, l-​1 taʼ Ġunju, is-​sitwazzjoni kienet agħar. “Xi nisa u rġiel ġew jgħidulna li jekk irridu nkunu protetti, għandna mmorru fil-​binja tal-​gvern li kien hemm fil-​belt.” Għalhekk, Ħuna Hill, il-​mara tiegħu, u l-​ħamest itfal li kellhom ħarbu lejn din il-​binja. Hemmhekk kien hemm madwar 3,000 raġel u mara sewda li kienu qed jiġu protetti mis-​suldati tal-​gvern, li ntbagħtu biex iwaqqfu l-​ġlied.

Fl-​istess ħin, Ħuna Arthur Claus, li kien abjad, ħa deċiżjoni kuraġġuża. Hu qal, “meta smajt li n-​nies kienu qed jisirqu u jaħarqu d-​djar fi Greenwood, jien iddeċidejt li mmur u nara kif kien jinsab il-​ħabib tiegħi, Ħuna Hill.”

Ħuna Arthur Claus għen lil 14-il tifel u tifla jitgħallmu dwar il-Bibbja billi juża l-ktieb The Harp of God

Meta Ħuna Claus wasal ħdejn id-​dar taʼ Ħuna Hill, hu ra raġel abjad b’senter f’idejh. Dan kien wieħed mill-​ġirien u anki ħabib taʼ Ħuna Hill. Hu ħaseb li Ħuna Claus kien wieħed minn dawk li bdew jipprotestaw. Bir-​rabja qallu: “X’ġejt tagħmel hawnhekk?”

Arthur jgħid: “Kieku m’emminx għala kont qiegħed hemm, hu kien jisparali. Jien għedtlu li kont il-​ħabib taʼ Richard u li spiss kont inkun għandu.” Imbagħad, Arthur u dan ir-​raġel qagħdu għassa mad-​dar taʼ Ħuna Hill.

Iktar tard, Arthur sar jaf li Ħuna Hill u l-​familja tiegħu kienu qegħdin fil-​binja tal-​gvern. Lil Arthur qalulu li n-​nies suwed ma setgħux jitilqu minn hemm jekk ma jkollhomx karta ffirmata mill-​Ġeneral Barrett, l-​uffiċjal li kien qed jieħu ħsieb. Arthur qal: “Kien vera diffiċli biex titkellem maʼ dan il-​ġeneral. Meta għedtlu li jien nixtieq noħroġ lill-​familja mill-​binja tal-​gvern, hu staqsieni: ‘Int se tkun tistaʼ tieħu ħsieb lil din il-​familja u tara xi jkollha bżonn?’ Jien mill-​ewwel għedtlu iva.”

Malli l-​ġeneral tah il-​karta, hu telaq għalihom. Xħin uffiċjal ieħor ra l-​karta, qallu: “Din iffirmata mill-​ġeneral! Taf li int l-​ewwel persuna li se toħroġ lil xi ħadd minn hawn ġew?” Imbagħad, Arthur u l-​uffiċjal marru jfittxu lil Ħuna Hill u l-​familja tiegħu u sabuhom. Il-​familja kollha rikbet fil-​karozza taʼ Arthur u marru d-​dar.

“Ħadd minna, fost il-​poplu t’Alla, ma jaħseb li hu aħjar minn ħaddieħor”

Ħuna Claus ħa ħsieb li Ħuna Hill u l-​familja tiegħu jkunu protetti. Meta oħrajn raw l-​imħabba u l-​kuraġġ taʼ Ħuna Claus, baqgħu impressjonati. Arthur jgħid: “Dak ir-​raġel li qagħad għassa miegħi mad-​dar taʼ Ħuna Hill beda jirrispettahom iktar lix-​Xhieda taʼ Ġeħova. U xi nies bdew jinteressaw ruħhom fil-​verità, għax raw li fil-​poplu t’Alla m’hemmx firda minħabba l-​kulur tal-​ġilda. U ħadd minna, fost il-​poplu t’Alla, ma jaħseb li hu aħjar minn ħaddieħor.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja