LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w22 Novembru p. 31
  • Kont Taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont Taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Materjal Simili
  • Iddefendiet lill-Poplu t’Alla
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Mordekaj u Ester
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Iddefendiet lill-Poplu t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Punti minn Ester
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
w22 Novembru p. 31

Kont Taf?

Mordekaj vera eżista?

MORDEKAJ kien Lhudi importanti li jissemma fil-ktieb taʼ Ester. Hu kien wieħed mil-Lhud li ttieħed minn Iżrael u kien jaħdem fil-palazz tar-re tal-Persja. Dan ġara ftit wara s-sena 500 qabel Kristu (QK), “fi żmien [ir-Re] Aħasweru.” (Illum ħafna nies jaħsbu li dan kien ir-Re Serse I.) Mordekaj irnexxielu jwaqqaf lil xi nies milli joqtlu lir-re. Ir-re tant apprezza li rranġa biex ifaħħar lil Mordekaj quddiem kulħadd. Iktar tard, wara li miet Ħaman, l-għadu taʼ Mordekaj u tal-Lhud l-oħra, ir-re għamel lil Mordekaj prim ministru. Bħala prim ministru, Mordekaj ħareġ liġi li salvat lil-Lhud fit-territorju kollu tal-Persja milli jinqatlu.—Ester 1:1; 2:5, 21-23; 8:1, 2; 9:16.

Xi studjużi tal-istorja jgħidu li l-ktieb t’Ester mhuwiex storja vera u li Mordekaj qatt ma eżista. Imma fl-1941, xi arkeoloġi sabu xi affarijiet li jistaʼ jkun li jaqblu maʼ dak li tgħid il-Bibbja dwar Mordekaj. X’sabu?

Xi studjużi sabu ġebla tat-tafal li ssemmi raġel jismu Marduka (bil-Malti Mordekaj). Hu kien supervisor, x’aktarx accountant fil-belt taʼ Susan. Meta nstabet din il-ġebla, espert tal-istorja jismu Arthur Ungnad, kiteb: “Din kienet l-ewwel darba li ssemma Mordekaj barra l-Bibbja.”

Minn meta Ungnad kiteb ir-rapport, l-istudjużi ttraduċew eluf taʼ dokumenti oħra. Fosthom hemm dokumenti tat-tafal li sabu fil-belt taʼ Persepoli. Dawn sabuhom fejn kienu jitfgħu l-affarijiet prezzjużi, viċin is-swar tal-belt. Dawn id-dokumenti ilhom minn żmien ir-Re Serse I. Dawn huma bil-lingwa Għelamija u fihom ħafna ismijiet li hemm fil-ktieb taʼ Ester ukoll.a

L-isem Mordekaj (Marduka) kif jidher fid-dokumenti Persjani

F’xi dokumenti li sabu f’Persepoli kien hemm l-isem Marduka. Hu kien segretarju tar-Re Serse I fil-palazz f’Susan. Wieħed mid-dokumenti ddeskriva lil Marduka bħala traduttur. Dan jaqbel maʼ dak li tgħid il-Bibbja dwar Mordekaj. Hu kien qaddej tar-Re Aħasweru (Serse I) u minn tal-inqas kien jitkellem b’żewġ lingwi. Spiss, Mordekaj kien joqgħod bilqiegħda fil-bieb tal-palazz tar-re f’Susan. (Ester 2:19, 21; 3:3) Dan kien bini fejn kienu jaħdmu l-uffiċjali tal-palazz.

Hemm xi affarijiet interessanti li jaqblu bejn Marduka li jissemma fid-dokumenti u Mordekaj li jissemma fil-Bibbja. Huma għexu fl-istess żmien, fl-istess post, u kienu jaħdmu bħala uffiċjali fl-istess post. Dawn l-affarijiet juru li Marduka u Mordekaj jistaʼ jkun li huma l-istess persuna.

a Fl-1992, il-Professur Edwin M. Yamauchi kiteb artiklu li fih għaxar ismijiet li qegħdin fid-dokumenti tal-belt taʼ Persepoli li jinsabu wkoll fil-ktieb taʼ Ester.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja