LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w24 April p. 31
  • Kont Taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont Taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Materjal Simili
  • Imita l-Lealtà taʼ Ittaj
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • “Għallimni Nagħmel ir-Rieda Tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Strieħ fuq l-Ispirtu t’Alla Meta Tiffaċċja Bidliet fil-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Ġeħova—‘Dak li Ħarrab’ fi Żminijiet Bibliċi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
w24 April p. 31

Kont Taf?

Għala kien hemm irġiel mhux Iżraelin fl-armata tar-Re David?

FL-ARMATA taʼ David kien hemm irġiel li ma kinux Iżraelin bħal Selek l-Għammoni, Urija l-Ħitti, u Itma l-Mowabi.a (1 Kron. 11:​39, 41, 46) Kien hemm ukoll Keretin, Peletin u nies minn Gat. (2 Sam. 15:18) Dawn in-nies kienu kollha Filistin.—Eżek. 25:16; Ġoż. 13:​2, 3; 1 Sam. 6:​17, 18.

David għala ħalla l-barranin ikunu fl-armata tiegħu? Hu kien ċert li se jibqgħu leali lejh u lejn Ġeħova. Pereżempju, dwar il-Keretin u l-Peletin, dizzjunarju tal-Bibbja jgħid: “Huma baqgħu leali lejn David, anki meta għadda mill-iktar żmien diffiċli waqt li kien re.” Kif? Meta “l-irġiel kollha t’Iżrael ma baqgħux isegwu lil David biex isegwu lil Xeba,” il-Keretin u l-Peletin baqgħu leali lejn David u għenuh jiġġieled kontra Xeba. (2 Sam. 20:​1, 2, 7) Darb’oħra, Adonija t-tifel tar-Re David, ipprova jsir re minflok missieru. Imma l-Keretin u l-Peletin baqgħu leali lejn David u għenuh jagħmel lil Salamun re, kif xtaq Ġeħova.—1 Slat. 1:​24-27, 38, 39.

Raġel ieħor li ma kienx minn Iżrael imma kien leali lejn David kien Ittaj il-Gitti. Hu u s-600 suldat tiegħu għenu lil David meta t-tifel tiegħu Absalom ipprova jikkonvinċi lin-nies biex jagħmluh re. David qallu li peress li kien barrani ma kellux għalfejn jgħinu. Imma Ittaj qallu: “Naħlef b’Ġeħova l-Alla l-ħaj u bik, sidi r-re, li jien inkun kull fejn tkun int. Jien lest li anki mmut miegħek!”—2 Sam. 15:​6, 18-21.

Ittaj u r-Re David qed jitkellmu.

Ittaj kien leali lejn David, ir-re li għażel Ġeħova

Il-Keretin, il-Peletin u l-Gittin ma kinux Iżraelin. Imma kienu jafu li Ġeħova hu l-Alla l-veru u li David kien il-magħżul tiegħu. David żgur apprezza li kellu dawn il-ħbieb leali jgħinuh!

a Il-Liġi t’Alla li hemm f’​Dewteronomju 23:​3-6 ma ħallietx lill-Għammonin u lill-Mowabin isiru parti mill-kongregazzjoni taʼ Iżrael. Milli jidher din il-liġi kienet tfisser li huma ma setgħux ikollhom l-istess drittijiet bħall-Iżraelin imma setgħu jgħixu u joqogħdu mal-poplu t’Alla. Ara Insight on the Scriptures, Volume 1, p. 95.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja