LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 12/15 pp. 15-16
  • Uri apprezzament għall-ġenerożità taʼ Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uri apprezzament għall-ġenerożità taʼ Ġeħova
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​AQWA EŻEMPJU TAʼ ĠENEROŻITÀ
  • Ix-Xogħol tax-Xhieda taʼ Ġeħova Kif Jiġi Finanzjat?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Iż-Żejjed Tagħhom Għamel Tajjeb għan-Nieqes
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Kif Nistgħu Ngħinu Biex Nieħdu Ħsieb il-Ħtiġijiet t’Oħrajn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • “Għotja lil Ġeħova”
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 12/15 pp. 15-16
Mara tgħaddi kard tal-bank minn epos

Uri apprezzament għall-​ġenerożità taʼ Ġeħova

ĠEĦOVA hu Alla ġeneruż. (Ġakbu 1:17) Nistgħu naraw il-​ġenerożità tiegħu f’dak kollu li ħalaq. Is-​smewwiet ksiehom bl-​istilel, u l-​art imlieha bi pjanti mill-​isbaħ.—Salm 65:12, 13; 147:7, 8; 148:3, 4.

Il-​kittieb taʼ Salm 104 kien grat ferm għal dak kollu li Ġeħova kien ħalaq, u allura kiteb għanja biex ifaħħru. Meta taqra dan is-​salm, tħossok grat daqs kemm kien is-​salmista? Hu qal: “Jien se nkanta lil Ġeħova tul ħajti kollha; se ngħanni lil Alla tiegħi kemm indum ħaj.” (Salm 104:33) Tixtieq tagħmel bħalu?

L-​AQWA EŻEMPJU TAʼ ĠENEROŻITÀ

Ġeħova jridna nimitaw il-​ġenerożità tiegħu. U jagħtina raġunijiet tajbin għala għandna nkunu ġenerużi. Hu nebbaħ lill-​appostlu Pawlu biex jikteb: “Ordna lill-​għonja f’din is-​sistema biex ma jitkabbrux, u ma jqegħdux it-​tama tagħhom f’rikkezzi li ma tistax torbot fuqhom imma f’Alla, li jagħtina kollox b’mod għani għat-​tgawdija tagħna; biex jagħmlu l-​ġid, ikunu għonja f’għemejjel tajbin, ikunu idhom miftuħa, lesti biex jaqsmu m’oħrajn u, bħala t-​teżor tagħhom, iqiegħdu fis-​sigurtà għalihom infushom pedament tajjeb għall-​futur, sabiex jaqbdu qabda soda mal-​ħajja vera.”—1 Timotju 6:17-​19.

Fit-​tieni ittra tiegħu lill-​Korintin, Pawlu spjega x’għandu jkun il-​mottiv tagħna meta nagħtu xi ħaġa lil oħrajn. Hu qal: “Ħa jagħmel kull wieħed bħalma jkun iddeċieda f’qalbu, mhux kontra qalbu jew bilfors, għax Alla jħobb lil min jagħti bil-​ferħ.” (2 Korintin 9:7) Lil min inkunu qed ngħinu meta nkunu ġenerużi? Pawlu qal li nkunu qed ngħinu lil oħrajn meta nagħtuhom dak li għandhom bżonn, imma wkoll inkunu qed ngħinu lilna nfusna għax Ġeħova se jberikna.—2 Korintin 9:11-​14.

Pawlu mbagħad irrefera għall-​aqwa eżempju tal-​ġenerożità t’Alla meta qal: “Grazzi lil Alla għall-​għotja b’xejn tiegħu li ma tistax tiġi deskritta.” (2 Korintin 9:15) “L-​għotja b’xejn” taʼ Ġeħova tinkludi l-​affarijiet tajbin kollha li jagħtina permezz taʼ Ġesù Kristu. Ma nistgħux niddeskrivu bil-​kliem kemm hi prezzjuża din l-​għotja.

Kif nistgħu nuru li aħna grati għal dak kollu li Ġeħova u Ġesù għamlu u se jagħmlu għalina? Mod wieħed hu billi nkunu ġenerużi meta nagħtu mill-​ħin, l-​enerġija, u l-​affarijiet materjali tagħna biex inqimu lil Ġeħova u ngħinu lil oħrajn jitgħallmu dwaru. Nistgħu nagħmlu dan kemm jekk għandna ħafna materjalment u kemm jekk għandna veru ftit.—1 Kronaki 22:14; 29:3-​5; Luqa 21:1-​4.

Kif xi wħud jagħżlu li jagħtu kontribuzzjonijiet għax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja

Bħall-​Kristjani li għexu fl-​ewwel seklu, ħafna llum iwarrbu xi ħaġa tal-​flus għax-​xogħol li qed isir madwar id-​dinja u jitfgħuhom fil-​kaxxa għall-​kontribuzzjonijiet tal-​kongregazzjoni tagħhom. (1 Korintin 16:2) Kull xahar, il-​kongregazzjonijiet jibagħtu dawn il-​kontribuzzjonijiet lill-​uffiċċju tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’pajjiżhom. Tistaʼ tibgħat ukoll donazzjonijiet direttament lill-​organizzazzjoni legali li x-​Xhieda taʼ Ġeħova jużaw f’pajjiżek. Biex tkun taf l-​isem taʼ din l-​organizzazzjoni, jekk jogħġbok idħol f’jw.org u kkuntattja l-​uffiċċju lokali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Tistaʼ tibgħat dawn id-​donazzjonijiet:

DONAZZJONIJIET

  • Donazzjonijiet permezz taʼ transfer elettroniku mill-​bank, debit kard, jew kredit kard. F’xi pajjiżi tistaʼ saħansitra tagħti donazzjoni minn fuq jw.org jew Websajt oħra.

  • Donazzjonijiet taʼ flus kontanti, ġojjelli, jew oġġetti oħrajn taʼ valur. Inkludi ittra li tispjega li l-​flus kontanti jew l-​oġġetti l-​oħrajn huma donazzjonijiet mingħajr kundizzjonijiet.

DONAZZJONIJIET BIL-​KUNDIZZJONIJIET

  • Donazzjonijiet taʼ flus kontanti bil-​kundizzjoni li jistgħu jingħataw lura jekk id-​donatur ikollu bżonnhom.

  • Inkludi ittra li tgħid li din hi donazzjoni bil-​kundizzjonijiet.

MODI OĦRA KIF TISTAʼ TAGĦTI DONAZZJONI

Hawn taħt se ssib imniżżel modi oħra kif tagħti donazzjoni biex tappoġġa x-​xogħol li qed isir madwar id-​dinja. Qabel ma tagħti donazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja l-​uffiċċju tal-​fergħa li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’pajjiżek biex tara liema donazzjonijiet huma aċċettati fil-​pajjiż tiegħek. Il-​ħtiġijiet legali u l-​liġijiet tat-​taxxa mhumiex l-​istess kullimkien, għalhekk ħu parir taʼ xi ħadd li jifhem dwar il-​liġijiet qabel ma tagħti donazzjoni.

Assikurazzjoni: Donazzjoni li ssir billi tispeċifika waħda mill-​organizzazzjonijiet legali li tintuża mix-​Xhieda taʼ Ġeħova bħala l-​benefiċjarja taʼ polza t’assikurazzjoni fuq il-​ħajja jew taʼ pjan taʼ rtirar mix-​xogħol jew pensjoni.

Kontijiet fil-​bank: Fi qbil mal-​ħtiġijiet tal-​banek lokali, individwu jistaʼ jiftaħ kont fil-​bank, jagħmel ċertifikati taʼ depożitu, jew kont individwali taʼ rtirar mix-​xogħol biex jingħata b’fedekommess. Individwu wkoll jistaʼ jispeċifika liema waħda mill-​organizzazzjonijiet legali li tintuża mix-​Xhieda taʼ Ġeħova se tirċievi l-​flus wara l-​mewt tiegħu.

Ishma u titoli: Individwu jistaʼ jagħti l-​ishma u t-​titoli tiegħu b’donazzjoni lil organizzazzjoni legali użata mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Jistaʼ wkoll iniżżel l-​organizzazzjoni bħala l-​benefiċjarja f’każ taʼ mewt.

Proprjetà: Jekk individwu għandu proprjetà li tistaʼ tinbiegħ, jistaʼ jagħtiha b’donazzjoni lil organizzazzjoni legali użata mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Jekk jgħix fil-​proprjetà, jistaʼ jirranġa li jkompli jgħix fiha sakemm idum ħaj.

Ħlas annwali mill-​għotja: Flus jew titoli taʼ sigurtà li jingħataw lil organizzazzjoni legali użata mix-​Xhieda taʼ Ġeħova b’arranġament li fih dak li jagħti l-​flus jirċievi ħlas speċifiku kull sena matul ħajtu kollha. Jistaʼ jkun li l-​wieħed li jagħti l-​flus titnaqqaslu t-​taxxa tad-​dħul għas-​sena li fiha jagħti din id-​donazzjoni.

Testmenti u fedekommessi: Individwu jistaʼ jirranġa biex jagħti l-​proprjetà jew il-​flus tiegħu bħala donazzjoni wara li jmut. Jistaʼ jagħmel dan permezz taʼ testment effettwat bil-​liġi, jew inkella billi tiġi speċifikata organizzazzjoni legali użata mix-​Xhieda taʼ Ġeħova bħala l-​benefiċjarja. Dan l-​arranġament jistaʼ jipprovdi ċerti vantaġġi mit-​taxxa.

Tistaʼ ssib iktar informazzjoni dwar kif tagħti donazzjonijiet għax-​xogħol tax-​Xhieda taʼ Ġeħova li qed isir madwar id-​dinja fil-​browxer bl-​Ingliż u bl-​Ispanjol intitolat Charitable Planning to Benefit Kingdom Service Worldwide. Il-​browxer jipprovdi informazzjoni rigward il-​modi differenti kif individwu jistaʼ jagħti donazzjoni. L-​informazzjoni li fih il-​browxer tistaʼ ma tapplikax għalkollox fis-​sitwazzjoni tiegħek minħabba liġijiet taʼ taxxa jew liġijiet oħrajn f’pajjiżek. Għalhekk, wara li taqra l-​browxer għandek tieħu parir mingħand il-​konsulent legali jew il-​konsulent tat-​taxxa tiegħek. Billi taw donazzjonijiet b’wieħed minn dawn il-​modi, ħafna setgħu jappoġġaw x-​xogħol tagħna madwar id-​dinja u ħadu l-​benefiċċju massimu mit-​taxxa tagħhom. Jekk il-​browxer hu disponibbli f’pajjiżek, dan jistaʼ jinkiseb billi tistaqsi għal kopja mingħand is-​segretarju tal-​kongregazzjoni lokali.

Għal iktar informazzjoni tistaʼ tikkuntattja l-​uffiċċju lokali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja