LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 106
  • Kif Nistaʼ Ningwalaha mat-Teacher

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nistaʼ Ningwalaha mat-Teacher
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Meta ma taqbilx mat-teacher
  • Suġġerimenti li jgħinuk tkampa
  • Kif għandek tkellem lit-teacher tiegħek
  • if Nistaʼ Ningwalaha mal-Għalliem Tiegħi?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Għalliema Tbiddel il-Ħarsa Tagħha
    Stenbaħ!—2009
  • L-Għalliem il-Kbir Qeda lil Nies Oħrajn
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 106
Teacher tikkoreġi lil studenta quddiem it-tfal tal-klassi.

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Kif Nistaʼ Ningwalaha mat-Teacher?

  • Meta ma taqbilx mat-teacher

  • Suġġerimenti li jgħinuk tkampa

  • Kif għandek tkellem lit-teacher

  • Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Meta ma taqbilx mat-teacher

Kważi kull student għandu teacher li juri l-preferenzi, jistenna ħafna mill-istudenti, jew hu aħrax magħhom.

  • Luis, li għandu 21 sena, jgħid: “Kelli teacher li spiss kienet tgħid kliem ħażin u ma kinitx tittratta lill-istudenti sew. Hi kienet waslet biex tieqaf u għalhekk ma kinitx tibżaʼ li jkeċċuha mill-iskola.”

  • Melanie, li għandha 25 sena, tiftakar li t-teacher tagħha ma kinitx tittrattaha bħalma kienet tittratta lil tfal oħrajn. “L-iskuża tagħha kienet minħabba li kelli reliġjon differenti. Hi qalet li kienet qed tippreparani għal meta nikber.”

Jekk ma taqbilx mat-teacher tiegħek, hemm xi affarijiet li tistaʼ tagħmel biex ma jkollokx sena diffiċli. Prova dawn is-suġġerimenti.

Suġġerimenti li jgħinuk tkampa

  • Adatta ruħek. It-teachers kollha differenti, għalhekk jistennew affarijiet differenti minnek. Ipprova ifhem x’tistenna minnek it-teacher, u agħmel l-almu tiegħek biex tobdiha.

    Prinċipju tal-Bibbja: “Bniedem għaref jismaʼ u jieħu iktar istruzzjoni.”—Proverbji 1:5.

    “Irrealizzajt li kelli naddatta ruħi u għalhekk għamilt dak li stajt biex nagħmel ix-xogħol kif riedet hi. Imbagħad kien iktar faċli għalija biex ningwalaha magħha.”—Christopher.

  • Uri rispett. Kellem lit-teachers tiegħek b’rispett. Tkunx arroganti magħhom, anki jekk taħseb li jkun ħaqqhom. Ftakar li huma ikbar minnek.

    Prinċipju tal-Bibbja: “Ħa jkun kliemkom dejjem kollu ħlewwa, imħawwar bil-melħ, sabiex tkunu tafu kif għandkom twieġbu lil kulħadd.”—Kolossin 4:6.

    “L-istudenti mhux dejjem jirrispettaw lit-teachers, għalhekk jekk tagħmel sforz u turihom rispett jaf jittrattawk aħjar.”—Ciara.

  • Kun Raġonevoli. It-teachers huma nies bħalna. Għalhekk, bħal kulħadd, huma jkunu anzjużi u jiffaċċjaw problemi. Mela tgħidx, ‘It-teacher tiegħi kattiv’ jew ‘It-teacher tiegħi jobgħodni.’

    Prinċipju tal-Bibbja: “Ilkoll nitfixklu.”—Ġakbu 3:2.

    “It-teachers għandhom xogħol diffiċli ħafna. Mhux faċli żżomm lit-tfal kollha kwieti u tgħallimhom. Jien dejjem ħassejt li kelli nobdi lit-teacher ħalli nnaqqsilha l-istress.”—Alexis.

  • Tkellem mal-ġenituri tiegħek. Meta jkollok xi problema, il-ġenituri tiegħek ikunu jixtiequ jgħinuk. Huma jriduk tmur tajjeb fl-iskola u l-pariri tagħhom jistgħu jgħinuk meta jkollok teacher li ma tingwalahiex magħha.

    Prinċipju tal-Bibbja: “Il-pjanijiet jisfrattaw meta ma jkunx hemm diskors kunfidenzjali.”—Proverbji 15:22.

    “Il-ġenituri għandhom iktar esperjenza minnek biex isolvu l-problemi. Għalhekk, ismaʼ mill-parir tagħhom għax dan jistaʼ jgħinek tirnexxi.”—Olivia.

Kif għandek tkellem lit-teacher tiegħek

Kultant, ikollok bżonn titkellem dwar il-problema li qed tiffaċċja mat-teacher tiegħek. Jekk m’għandekx kuraġġ tagħmel dan, ftakar li int sejjer titkellem mhux tiġġieled. Taf tibqaʼ sorpriż bir-riżultat.

Prinċipju tal-Bibbja: ‘Iġri wara l-affarijiet li jġibu l-paċi.’—Rumani 14:19.

“Jekk taħseb li t-teacher hi kattiva miegħek biss, staqsiha jekk għamiltx xi ħaġa li forsi ma ħaditx pjaċir biha. It-tweġiba tagħha tistaʼ tgħinek tara x’tistaʼ tagħmel biex tirranġa s-sitwazzjoni.”—Juliana.

“Ikun aħjar li titkellem mat-teacher dwar il-problema bil-kalma u fil-privat, forsi qabel jew wara l-lezzjoni. X’aktarx li se tifhmek u tirrispetta l-fatt li mort titkellem magħha.”—Benjamin.

ESPERJENZA VERA

“Ma kontx qed inġib marki tajbin, u t-teacher tiegħi ma tantx kienet qed tgħinni. Ma ridtx nibqaʼ mmur skola għax għamlitli ħajti diffiċli.

“Mort għand teacher ieħor biex nieħu parir mingħandu. Hu qalli: ‘Hi ma tafekx u int ma tafhiex. Għax ma tmurx tkellimha? Jekk tagħmel hekk, taf tgħin żgħażagħ oħrajn li għandhom l-istess problema.’

“Jien ma ridtx immur inkellimha. Imma wara li ħsibt dwar dak li qalli, indunajt li kellu raġun. Jekk ridt li l-affarijiet jinbidlu, kelli bżonn nagħmel xi ħaġa.

“Għalhekk, l-għada mort fuqha u għedtilha li vera napprezza l-lezzjonijiet tagħha u li ridt nitgħallem kemm nistaʼ. Imma kont qed insibha diffiċli biex nifhem. Hi tatni xi suġġerimenti u anki offrietli li tgħinni wara l-iskola jew bl-emails.

“Lanqas ridt nemmen! Wara li kellimtha, ir-relazzjoni taʼ bejnietna marret għall-aħjar u bdejt nieħu pjaċir l-iskola.”—Maria.

Maria titkellem mat-teacher tagħha wara l-lezzjoni.

Parir: Jekk qed issibha diffiċli biex tingwalaha mat-teacher, ħudha bħala opportunità li tistaʼ tgħinek meta tikber. Katie, li għandha 22 sena, tgħid: “Wara l-iskola se tħabbat wiċċek maʼ nies t’awtorità li mhux dejjem se jittrattawk sew. Jekk jirnexxilek tkampa mat-teacher tiegħek, fil-futur se jirnexxilek tkampa maʼ nies li jkunu diffiċli wkoll.”

Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Jayza.

“Ġieli kont inħossni mdejqa minħabba dak li kienet tagħmilli t-teacher. Imma ommi kienet tgħinni nipprova nifhem għala t-teacher kienet taġixxi hekk. Dan għenni nkun raġonevoli u ma niħux għalija malajr.”—Jayza.

Victor.

“It-teachers jixirqilhom ir-rispett. Allura anki jekk ma taqbilx mat-teacher tiegħek, jekk turih rispett, hu jistaʼ jgħinek. Dan jistaʼ jġiegħlu jaħseb dwar il-mod kif jittrattak.”—Victor.

Julia.

“Jekk tkun dħuli u edukat, anki jekk it-teacher ma tkunx, turi li int umli u qalbek tajba. Imbagħad it-teacher taf turik iktar rispett u ma tkunx iebsa miegħek.”—Julia.

Reviżjoni: Kif nistaʼ ningwalaha mat-teacher?

  • Adatta ruħek. Ipprova ara xi jrid minnek it-teacher, u agħmel l-almu tiegħek biex tobdih.

  • Uri rispett. Ftakar li int l-istudent, għalhekk tkellem b’rispett u tirrispondix.

  • Kun raġonevoli. Ix-xogħol tat-teachers mhux faċli. Għalhekk kun paċenzjuż.

  • Tkellem mal-ġenituri tiegħek. Il-ġenituri għandhom iktar esperjenza kif imorru man-nies.

  • Kellem lit-teacher tiegħek. Mhux bil-ġlied imma b’rispett itlob l-għajnuna mingħand it-teacher. Urih li tixtieq tmur tajjeb miegħu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja