Justin Paget/Stone via Getty Images
Jiżdied l-Ammont taʼ Nies li Qed Iħossuhom Waħedhom—Kif Tistaʼ Tkampa?
“Kważi nofs l-adulti Amerikani jgħidu li qed jesperjenzaw is-solitudni, u fost l-aktar li jesperjenzawha huma adulti taʼ bejn it-18 u l-25 sena.”—Our Epidemic of Loneliness and Isolation: The U.S. Surgeon General’s Advisory on the Healing Effects of Social Connection and Community, 2023.
“[L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa] inkarigat Kummissjoni għal Relazzjonijiet Soċjali, biex tieħu ħsieb il-problema urġenti tas-solitudni, biex tinkuraġġixxi li r-relazzjonijiet soċjali jingħataw prijorità, u biex jinstabu iktar modi effettivi kif tiġi trattata s-solitudni f’kull pajjiż, kemm jekk fqir u kemm jekk le.”—L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 15 taʼ Novembru, 2023.
Il-Bibbja tagħti pariri prattiċi dwar kif niżviluppaw relazzjonijiet tajbin m’oħrajn biex ma nħossuniex waħedna.
Prinċipji tal-Bibbja li jistgħu jgħinuk
Naqqas l-attivitajiet li jiżolawk minn oħrajn. Dan jinkludi attivitajiet bħall-użu eċċessiv tas-social media. Minflok, fittex okkażjonijiet biex tkun m’oħrajn fiżikament u biex tagħmel ħbieb veri.
Prinċipju tal-Bibbja: “Ħabib veru juri mħabba l-ħin kollu. Hu bħal ħu li tistaʼ tistrieħ fuqu meta tħossok imdejjaq.”—Proverbji 17:17.
Fittex opportunitajiet biex tgħin lill-oħrajn. Meta nuru qalb tajba lill-oħrajn mhux biss se nsaħħu l-ħbiberija tagħna magħhom, imma wkoll inħossuna iktar kuntenti.
Prinċipju tal-Bibbja: “Se tkunu iktar ferħanin meta tagħtu milli meta tirċievu.”—Atti 20:35.
Idħol fil-website tagħna għal iktar informazzjoni t’għajnuna mill-Bibbja dwar kif ikollok ħbiberiji tajbin.