LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwfq artiklu 41
  • X’inhi l-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’inhi l-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova?
  • Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Min huma l-​membri tal-​Ġemgħa li Tiggverna?
  • Il-​Ġemgħa li Tiggverna kif inhi organizzata?
  • Min huma dawk li jgħinu lill-​Ġemgħa li Tiggverna?
  • “Ibqgħu għożżuhom”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kif Hija Organizzata l-Ġemgħa li Tiggverna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Kif Taħdem il-Ġemgħa li Tiggverna Llum?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Nikkoperaw mal-Ġemgha li Tiggverna Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
ijwfq artiklu 41
Kumitat b’membri tal-Ġemgħa li Tiggverna u l-ajjutanti waqt laqgħa.

X’inhi l-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova?

Il-​Ġemgħa li Tiggverna huma grupp żgħir taʼ Kristjani maturi li jipprovdu direzzjoni għax-​Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-​dinja. Ix-​xogħol tagħhom għandu żewġ skopijiet:

  • Huma jieħdu ħsieb il-​preparazzjoni tat-​tagħlim ibbażat fuq il-​Bibbja li jkun hemm fil-​pubblikazzjonijiet, il-​laqgħat, u l-​iskejjel tax-​Xhieda taʼ Ġeħova.—Luqa 12:42.

  • Huma jmexxu x-​xogħol taʼ madwar id-​dinja tax-​Xhieda taʼ Ġeħova billi jidderieġu l-​ministeru pubbliku tagħna u jieħdu ħsieb il-​kontribuzzjonijiet li jingħataw.

Il-​Ġemgħa li Tiggverna jsegwu l-​mudell li ħallew “l-​appostli u l-​anzjani f’Ġerusalemm” fl-​ewwel seklu, li ħadu deċiżjonijiet importanti f’isem il-​kongregazzjoni Kristjana kollha kemm hi. (Atti 15:2) Bħal dawk l-​irġiel leali, il-​membri tal-​Ġemgħa li Tiggverna mhumiex il-​mexxejja tal-​organizzazzjoni tagħna. Huma jfittxu fil-​Bibbja għall-​gwida, għax jirrikonoxxu li Alla Ġeħova ħatar lil Ġesù Kristu bħala l-​Kap tal-​kongregazzjoni.—1 Korintin 11:3; Efesin 5:23.

Min huma l-​membri tal-​Ġemgħa li Tiggverna?

Il-membri tal-Ġemgħa li Tiggverna huma Kenneth Cook, Jr., Gage Fleegle, Samuel Herd, Geoffrey Jackson, Jody Jedele, Stephen Lett, Gerrit Lösch, Jacob Rumph, Mark Sanderson, David Splane u Jeffrey Winder. Huma jaqdu fil-kwartieri ġenerali tagħna f’Warwick, New York, l-Istati Uniti tal-Amerka.

Il-​Ġemgħa li Tiggverna kif inhi organizzata?

Il-​Ġemgħa li Tiggverna stabbiliet sitt kumitati biex tieħu ħsieb diversi aspetti tax-​xogħol tagħna, u kull membru jaqdi f’wieħed minn dawn il-​kumitati jew f’aktar.

  • Il-​Kumitat tal-​Koordinaturi: L-​aħwa li jaqdu f’dan il-​kumitat jieħdu ħsieb kwistjonijiet legali u każi li fihom il-​Xhieda taʼ Ġeħova jiġu persegwitati minħabba t-​twemmin reliġjuż tagħhom. Ukoll, jorganizzaw l-​għajnuna meta jkun hemm xi diżastru jew emerġenza li teffettwa lix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

  • Il-​Kumitat tal-​Personell: Jieħu ħsieb il-​membri tal-​familja taʼ Betel.

  • Il-​Kumitat tal-​Ippubblikar: Dawk li jaqdu f’dan il-​kumitat jieħdu ħsieb li l-​letteratura Biblika tiġi stampata u ppubblikata u li tintbagħat madwar id-​dinja. Kif ukoll jieħdu ħsieb il-​kostruzzjoni tal-​postijiet fejn niltaqgħu, l-​uffiċċji tat-​traduzzjoni, u l-​faċilitajiet tal-​fergħa.

  • Il-​Kumitat tas-​Servizz: Jieħu ħsieb ix-​xogħol tagħna tal-​ippritkar tal-​“aħbar tajba tas-​saltna.”—Mattew 24:14.

  • Il-​Kumitat tat-​Tagħlim: Jieħu ħsieb it-​tħejjija tat-​tagħlim spiritwali li jiġi provdut fil-​laqgħat, fl-​iskejjel, u fil-​programmi bl-​awdjo u bil-​vidjow.

  • Il-​Kumitat tal-​Kitba: Għandu r-​responsabbiltà li jieħu ħsieb li jiġi mħejji t-​tagħlim spiritwali stampat u fuq il-​Websajt u jieħu ħsieb ix-​xogħol tat-​traduzzjoni.

Minbarra x-​xogħol li tagħmel f’dawn il-​kumitati, il-​Ġemgħa li Tiggverna tiltaqaʼ kull ġimgħa biex tikkunsidra l-​bżonnijiet tal-​organizzazzjoni. F’dawn il-​laqgħat, il-​membri jiddiskutu dak li tgħid l-​Iskrittura u jsegwu d-​direzzjoni tal-​ispirtu qaddis t’Alla. Huma dejjem iħabirku biex id-​deċiżjonijiet ikunu unanimi.—Atti 15:25.

Min huma dawk li jgħinu lill-​Ġemgħa li Tiggverna?

Dawn huma Kristjani taʼ min jafdahom li jgħinu lill-​kumitati tal-​Ġemgħa li Tiggverna. (1 Korintin 4:2) Huma għandhom l-​abbiltà u l-​esperjenza fix-​xogħol li jieħu ħsieb il-​kumitat li huma inkarigati fih, u jattendu l-​laqgħa li jkollu dan il-​kumitat kull ġimgħa. Għalkemm m’għandhomx sehem f’li jieħdu d-​deċiżjonijiet, dawn jagħtu pariri taʼ valur u jagħtu informazzjoni fuq dak li jkun qed jiġi diskuss. Huma wkoll jaraw li jitwettqu d-​deċiżjonijiet tal-​kumitat u regolarment jiċċekkjaw ir-​riżultati taʼ dawn id-​deċiżjonijiet. Jistgħu wkoll jiġu inkarigati mill-​Ġemgħa li Tiggverna biex iżuru lill-​aħwa f’diversi postijiet madwar id-​dinja jew biex jagħtu xi taħdita f’okkażjonijiet speċjali bħal fil-​laqgħat annwali jew il-​gradwazzjoni taʼ Gilegħad.

LISTA TAʼ DAWK LI JGĦINU

Kumitat

Isem

Il-​Koordinaturi

  • Ekrann, John

  • Gillies, Paul

  • Snyder, Troy

Il-​Personell

  • Grizzle, Gerald

  • LaFranca, Patrick

  • Molchan, Daniel

  • Scott, Mark

  • Walls, Ralph

L-​Ippubblikar

  • Butler, Robert

  • Corkern, Harold

  • Glockentin, Gajus

  • Gordon, Donald

  • Luccioni, Robert

  • Price, Peter, III

  • Reinmueller, Alex

  • Sinclair, David

Is-​Servizz

  • Breaux, Gary

  • Dellinger, Joel

  • Georges, Betty

  • Griffin, Anthony

  • Hyatt, Seth

  • Mavor, Christopher

  • Perla, Baltasar, Jr.

  • Smith, Jonathan

  • Turner, William, Jr.

  • Weaver, Leon, Jr.

It-​Tagħlim

  • Banks, Michael

  • Curzan, Ronald

  • Flodin, Kenneth

  • Malenfant, William

  • Noumair, Mark

  • Schafer, David

Il-​Kitba

  • Ahladis, Nicholas

  • Christensen, Per

  • Ciranko, Robert

  • Godburn, Kenneth

  • Mantz, James

  • Marais, Izak

  • Martin, Clive

  • Myers, Leonard

  • Smalley, Gene

  • van Selm, Hermanus

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja