LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 114
  • Jeżistu “s-sebaʼ dnubiet mejta”?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jeżistu “s-sebaʼ dnubiet mejta”?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • X’inhu d-dnub?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Alla li hu ‘lest biex jaħfer’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Huwa l-Qrar Meħtieġ Minn Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Jehovah, Alla li ‘Lest Biex Jaħfer’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 114
Raġel qalbu sewda

Jeżistu “s-​sebaʼ dnubiet mejta”?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Il-​Bibbja ma tagħtix b’mod speċifiku lista taʼ “sebaʼ dnubiet mejta.” Madankollu, tgħallem li l-​ipprattikar taʼ dnubiet serji se jżomm persuna milli tikseb salvazzjoni. Pereżempju, il-​Bibbja tirreferi għad-​dnubiet serji bħall-​immoralità sesswali, l-​idolatrija, l-​ispiritiżmu, l-​għadab, u s-​sokor bħala “l-​għemejjel tal-​laħam.” Imbagħad tgħid: “Min jipprattika dawn l-​affarijiet ma jiritx is-​saltna t’Alla.”—Galatin 5:19-​21.a

Il-​Bibbja ma tgħidx li sebgħa huma l-​affarijiet li l-​Mulej ma jaħmilx?

Iva, hekk tgħid. Skont Il-​Bibbja tal-​Għaqda Biblika Maltija, Proverbji 6:16 jgħid: “Sitt ħwejjeġ jobgħod il-​Mulej, sebgħa huma li ma jaħmilhomx.” Minkejja dan, il-​lista taʼ dnubiet li tiġi wara fi Proverbji 6:17-​19 ma tinkludix kollox. Minflok, tiddeskrivi kategoriji bażiċi li jirrappreżentaw kull tip taʼ att ħażin, inkluż dak tal-​ħsieb, tal-​kliem, u tal-​għemil.b

X’nifhmu bl-​espressjoni “dnub mejjet”?

Xi traduzzjonijiet jużaw din l-​espressjoni fl-​1 Ġwanni 5:16. Pereżempju, The New American Bible tgħid: “Hemm xi ħaġa li tissejjaħ dnub mejjet.” L-​espressjoni “dnub mejjet” tistaʼ tiġi tradotta wkoll ‘dnub li jwassal għall-​mewt.’ X’differenza hemm bejn ‘dnub li jwassal għall-​mewt’ u “dnub li ma jwassalx għall-​mewt”?—1 Ġwanni 5:16, Il-​Bibbja, GħBM.

Il-​Bibbja tagħmilha ċara li d-​dnubiet kollha jwasslu għall-​mewt. Madankollu, nistgħu niġu salvati mid-​dnub u l-​mewt permezz tas-​sagrifiċċju tal-​fidwa taʼ Ġesù Kristu. (Rumani 5:12; 6:23) Iżda ‘dnub li jwassal għall-​mewt’ hu wieħed li mhux mifdi bil-​fidwa taʼ Kristu. Persuna li tagħmel dan it-​tip taʼ dnub hija tant determinata li ssegwi korsa midinba li qatt mhu se tbiddel l-​attitudni jew il-​kondotta tagħha. Ukoll, il-​Bibbja tirreferi għal dnub bħal dan bħala wieħed li “ma jinħafirx.”—Mattew 12:31; Luqa 12:10.

Minn fejn ġiet il-​lista tas-​sebaʼ dnubiet mejta?

“Is-​sebaʼ dnubiet mejta” oriġinarjament kienu bbażati fuq lista taʼ tmien vizzji prinċipali. Il-​lista saret fir-​rabaʼ seklu wara Kristu (WK) mill-​mistiku Evagrius Ponticus, li xogħlu nebbaħ il-​kitbiet tal-​patri John Cassian, li għex ħajja taʼ ċaħda. Fis-​sitt seklu, Papa Gregorju I biddel din il-​lista taʼ Cassian taʼ tmien vizzji f’lista taʼ sebaʼ dnubiet mejta, jew kardinali, dnubiet tat-​teoloġija Kattolika Rumana: il-​kburija, ir-​regħba, il-​kilba sesswali, l-​għira, il-​gula, ir-​rabja, u l-​għażż. Gregorju qieshom bħala l-​ikbar dnubiet, jew dnubiet prinċipali, li minnhom ħarġu ħafna dnubiet oħra.

a Il-​lista taʼ ħmistax-​il eżempju taʼ dnubiet serji li tinsab f’​Galatin 5:19-​21 ma tiġborx kollox, għax wara li jissemmew, il-​Bibbja żżid il-​kliem “u affarijiet bħal dawn.” Għalhekk, il-​qarrej hu inkuraġġit biex juża d-​dixxerniment ħalli jidentifika affarijiet li jistgħu ma jkunux imniżżlin imma li huma “bħal dawn.”

b Proverbji 6:16 fih eżempju taʼ idjoma Ebrajka li tenfasizza t-​tieni numru billi tpoġġih f’kuntrast mal-​ewwel wieħed. Din it-​tip taʼ espressjoni tidher spiss fl-​Iskrittura.—Ġob 5:19; Proverbji 30:15, 18, 21.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja