LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwwd artiklu 1
  • Il-manuvri li tagħmel id-dubbiena tal-frott

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-manuvri li tagħmel id-dubbiena tal-frott
  • Ġie Disinjat?
  • Materjal Simili
  • Id-Dinja Affaxxinanti taʼ l-Insetti
    Stenbaħ!—2000
  • Tibżgħux minnhom!
    Kanta mill-qalb lil Ġeħova
  • Tibżgħux Minnhom!
    Għannu lil Ġeħova
  • X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
Ara Iżjed
Ġie Disinjat?
ijwwd artiklu 1
Dubbiena tal-frott

ĠIE DISINJAT?

Il-manuvri li tagħmel id-dubbiena tal-frott

Jekk xi darba provajt toqtol dubbiena, taf kemm tistaʼ tkun ħaġa diffiċli. Minħabba li dawn l-insetti jirreaġixxu malajr immens, jagħmluha diffiċli ħafna biex taqbadhom.

Ix-xjenzjati skoprew li tip taʼ dubbiena, id-dubbiena tal-frott, kapaċi tagħmel manuvri fl-arja simili għal dawk t’ajruplani żgħar tal-gwerra, imma f’inqas minn sekonda. Meta din tkun għadha kif faqqset, “diġà tkun esperta fil-mod kif ittir,” jgħid il-Professur Michael Dickinson. “Hu bħallikieku tpoġġi tarbija tat-twelid f’ajruplan ikkomplikat u din tkun taf kif issuqu.”

Xi riċerkaturi ffilmjaw il-manuvri tad-dubbiena u sabu li din iċċaqlaq ġwinħajha 200 darba kull sekonda. Però, f’moviment sħiħ wieħed tal-ġwienaħ kapaċi tbiddel id-direzzjoni tagħha biex taħrab.

U kemm iddum biex tirreaġixxi? Riċerkaturi sabu li meta dawn l-insetti jħossu l-periklu, jirreaġixxu 50 darba iktar malajr minn teptipa tal-għajnejn. Dickinson jispjega li “biex din id-dubbiena tkun taf fejn hu l-periklu u f’liema direzzjoni l-aħjar li taħrab, għandha mod sofistikat ħafna kif tikkalkula f’ħin qasir immens.”

Ir-riċerkaturi għadhom iridu jiskopru l-mod kif il-moħħ żgħir tad-dubbiena tal-frott hu ddisinjat u magħmul biex ikun kapaċi jagħmel dan.

Dubbiena tal-frott tbiddel id-direzzjoni waqt li ttir

Id-dubbiena tal-frott taħrab mill-periklu billi tbiddel id-direzzjoni tagħha f’inqas minn sekonda

Int x’taħseb? Ġew b’evoluzzjoni l-manuvri tad-dubbiena tal-frott? Jew ġew disinjati?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja