LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 142
  • Min hu jew x’inhu “l-Alfa u l-Omega”?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min hu jew x’inhu “l-Alfa u l-Omega”?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Alla għala jsejjaħ lilu nnifsu “l-​Alfa u l-​Omega”?
  • Min hu “l-​ewwel u l-​aħħar”?
  • L-​iskrittura taʼ Rivelazzjoni 22:13 tagħti prova li Ġesù hu “l-​Alfa u l-​Omega”?
  • Ġeħova Tana Garanzija li Se Jagħmel l-Art Ġenna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Alla Kemm Għandu Ismijiet?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-ktieb tar-Rivelazzjoni—Xi jfisser?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb tar-Rivelazzjoni—I
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 142
L-​alfa u l-​omega, l-​ewwel u l-​aħħar ittri tal-​alfabett Grieg

Min hu jew x’inhu “l-​Alfa u l-​Omega”?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

It-​terminu “l-​Alfa u l-​Omega” jirreferi għal Alla Ġeħova, Dak li Jistaʼ Kollox. Dan it-​terminu jidher tliet darbiet fil-​Bibbja.—Rivelazzjoni 1:8; 21:6; 22:13.a

Alla għala jsejjaħ lilu nnifsu “l-​Alfa u l-​Omega”?

L-​alfa u l-​omega huma l-​ewwel u l-​aħħar ittri tal-​alfabett Grieg, il-​lingwa li nkitbet biha l-​parti tal-​Bibbja li ħafna jsibuha bħalha t-​Testment il-​Ġdid, li tinkludi l-​ktieb taʼ Rivelazzjoni. Il-​pożizzjoni taʼ dawn l-​ittri fl-​alfabett Grieg jintużaw biex jintwera li Ġeħova biss hu l-​bidu u t-​tmiem. (Rivelazzjoni 21:6) Hu kien l-​Alla li Jistaʼ Kollox fil-​passat infinit, u hu se jibqaʼ jkun l-​Alla li Jistaʼ Kollox għal dejjem taʼ dejjem. Hu l-​uniku wieħed li eżista “minn dejjem għal dejjem.”—Salm 90:2.

Min hu “l-​ewwel u l-​aħħar”?

Il-​Bibbja tuża dawn it-​termini kemm għal Alla Ġeħova u kemm għal Ibnu, Ġesù, imma b’tifsir differenti. Ikkunsidra żewġ eżempji.

  • F’​Isaija 44:6, Ġeħova jgħid: “Jien l-​ewwel u jien l-​aħħar, u m’hemm ebda Alla ħliefi.” Hawnhekk Ġeħova qed jenfasizza li hu l-​Alla l-​veru għal dejjem; m’hemm ħadd iktar apparti hu. (Dewteronomju 4:35, 39) Allura f’dan il-​każ, l-​espressjoni “l-​ewwel u l-​aħħar” għandha l-​istess tifsir bħall-​espressjoni “l-​Alfa u l-​Omega.”

  • Apparti minn hekk, it-​terminu “l-​Ewwel [protos, mhux alfa] u l-​Aħħar [eskatos, mhux omega]” jidher f’​Rivelazzjoni 1:17, 18 u 2:8. F’dawn il-​versi, il-​kuntest juri li dan l-​individwu miet u mbagħad reġaʼ ħa l-​ħajja. B’hekk, dawn il-​versi ma jistgħux jirreferu għal Alla għax hu qatt ma miet. (Ħabakkuk 1:12) Però, Ġesù miet u ġie rxoxtat. (Atti 3:13-​15) Hu kien l-​ewwel bniedem li ġie rxoxtat għall-​ħajja bħala spirtu immortali fis-​sema, fejn issa qed jgħix “għal dejjem taʼ dejjem.” (Rivelazzjoni 1:18; Kolossin 1:18) Minn dakinhar ’il quddiem, Ġesù hu dak li beda jagħmel kull irxoxt. (Ġwanni 6:40, 44) Għaldaqstant, hu kien l-​aħħar wieħed li ġie rxoxtat b’mod dirett minn Ġeħova. (Atti 10:40) B’hekk, Ġesù jistaʼ jissejjaħ b’mod xieraq “l-​Ewwel u l-​Aħħar.”

L-​iskrittura taʼ Rivelazzjoni 22:13 tagħti prova li Ġesù hu “l-​Alfa u l-​Omega”?

Le. Mhuwiex ċar min qed jitkellem f’​Rivelazzjoni 22:13, u hemm iktar minn individwu wieħed li qed jitkellem f’dan il-​kapitlu. Meta l-​Professur William Barclay ikkummenta fuq din il-​parti tal-​ktieb taʼ Rivelazzjoni, hu kiteb: “L-​affarijiet mhumiex miktubin b’xi ordni partikolari; . . . u spiss ikun diffiċli ħafna biex tgħid fiċ-​ċert min verament qed jitkellem.” (The Revelation of John, it-​2 Volum, Edizzjoni Riveduta, paġna 223) B’hekk, jistaʼ jingħad li t-​terminu “l-​Alfa u l-​Omega” f’​Rivelazzjoni 22:13 qed jirreferi għall-​istess Individwu li ġie mogħti dan it-​titlu f’postijiet oħra f’​Rivelazzjoni—Alla Ġeħova.

a Ir-​rabaʼ darba jidher f’​Rivelazzjoni 1:11 fil-​Bibbja tal-​King James Version. Però, il-​maġġorparti tat-​traduzzjonijiet moderni ma jittraduċux din il-​biċċa peress li ma tinstabx fl-​eqdem manuskritti Griegi. Imma milli jidher dan it-​terminu kien ġie miżjud iktar tard f’kopji tal-​Iskrittura.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja