LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 155
  • X’tgħid il-Bibbja dwar li tagħti?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’tgħid il-Bibbja dwar li tagħti?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Li wieħed jagħti meta jagħmel lil Alla ferħan?
  • Li wieħed jagħti meta ma jagħmilx lil Alla ferħan?
  • “Alla Jħobb lil Min Jagħti bil-Ferħ”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Jehovah Iħobb lil Donaturi Ferriħin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Gawdi l-​benefiċċji taʼ li tkun ġeneruż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 155
Raġel iżomm rigal f’idu

X’tgħid il-Bibbja dwar li wieħed jagħti?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-Bibbja tinkuraġġixxi li nagħtu għax verament nixtiequ u biex nagħmlu dan bil-mottiv it-tajjeb. Turi wkoll li meta wieħed jagħti, mhux dak li jirċievi biss se jibbenefika imma wkoll dak li jkun ta. (Proverbji 11:25; Luqa 6:38) Ġesù qal: “Hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.”—Atti 20:35.

  • Li wieħed jagħti meta jagħmel lil Alla ferħan?

  • Li wieħed jagħti meta ma jagħmilx lil Alla ferħan?

  • Versi tal-Bibbja dwar li tagħti

Li wieħed jagħti meta jagħmel lil Alla ferħan?

Li wieħed jagħti b’mod volontarju hu taʼ benefiċċju. Il-Bibbja tgħid: “Ħa jagħmel kull wieħed bħalma jkun iddeċieda f’qalbu, mhux kontra qalbu jew bilfors, għax Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ.”—2 Korintin 9:7.

Li nagħtu mill-qalb hu parti mill-“qima” li Alla japprova. (Ġakbu 1:27) Persuna li b’mod ġeneruż tgħin lil dawk fil-bżonn tkun qed taħdem spalla maʼ spalla m’Alla, li jqis ġenerożità bħal din bħallikieku qed tingħata lilu. (Proverbji 19:17) Il-Bibbja tgħallem li Alla nnifsu se jbierek lil min jagħti.—Luqa 14:12-14.

Li wieħed jagħti meta ma jagħmilx lil Alla ferħan?

Jekk jagħmel dan b’mottivi egoistiċi. Eżempji taʼ dan jinkludu:

  • Biex jimpressjona lil oħrajn.—Mattew 6:2.

  • Biex jirċievi xi ħaġa lura.—Luqa 14:12-14.

  • Biex jipprova jixtri s-salvazzjoni.—Salm 49:6, 7.

Jekk l-għotja tintuża għal affarijiet li Alla jikkundanna. Pereżempju, ikun ħażin jekk tagħti l-flus lil xi ħadd biex jilgħabhom, għad-droga, jew biex jabbuża mill-alkoħol. (1 Korintin 6:9, 10; 2 Korintin 7:1) Bl-istess mod, ma jkunx xieraq li tagħti lil xi ħadd li jistaʼ jmantni lilu nnifsu finanzjarjament imma jirrifjuta li jagħmel dan.—2 Tessalonikin 3:10.

Jekk iżżommna milli nwettqu bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet li tana Alla. Il-Bibbja tgħallem li l-kapijiet tal-familja għandhom jipprovdu għall-bżonnijiet taʼ darhom. (1 Timotju 5:8) Ma jkunx sew jekk kap tal-familja jagħti tant lil oħrajn li tispiċċa tbati l-familja tiegħu stess. B’mod simili, Ġesù kkundanna lil dawk li rrifjutaw li jipprovdu għall-ġenituri mdaħħlin fiż-żmien billi qalu li dak kollu li kellhom kien “għotja dedikata lil Alla.”—Marku 7:9-13.

Versi tal-Bibbja dwar li tagħti

Proverbji 11:25: “Ir-ruħ ġeneruża titqawwa, u min isaqqi bix-xabaʼ lil oħrajn jissaqqa bix-xabaʼ hu wkoll.”

Tifsira: Mhux dak li jirċievi biss se jibbenefika imma wkoll dak li jkun ta.

Proverbji 19:17: “Min iħenn għall-batut ikun qed jislef lil Ġeħova, u Hu se jħallsu lura għal kif ittrattah.”

Tifsira: Alla jqis lil dawk li jgħinu lil uħud fil-bżonn bħallikieku qed jgħinu lilu stess, u hu jwiegħed li se jbierek ġenerożità bħal din.

Mattew 6:2: “Meta tagħti għotjiet taʼ ħniena, toqgħodx iddoqq it-trombi, bħalma jagħmlu l-ipokriti . . . sabiex ifaħħruhom in-nies.”

Tifsira: M’għandniex nagħtu sempliċiment biex niġbdu l-attenzjoni lejna nfusna.

Atti 20:35: “Hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.”

Tifsira: Li tagħti b’mod ġeneruż u mill-qalb se jagħmlek ferħan.

2 Korintin 9:7: “Ħa jagħmel kull wieħed bħalma jkun iddeċieda f’qalbu, mhux kontra qalbu jew bilfors, għax Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ.”

Tifsira: Li tagħti b’mod volontarju jogħġob lil Alla.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja