LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g97 1/8 p. 30
  • Il-​faqar L-​‘emerġenza Siektaʼ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-​faqar L-​‘emerġenza Siektaʼ
  • Stenbaħ!—1997
  • Materjal Simili
  • Il-Faqar—Insibu s-Soluzzjoni Dejjiema
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Il-Faqar—Is-Sitwazzjoni Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Mhux Kulħadd Ġie Mistieden għall-​Festa”
    Stenbaħ!—1999
  • Dinja Mingħajr Faqar fil-Qrib
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1997
g97 1/8 p. 30

Il-​faqar L-​‘emerġenza Siektaʼ

“NISIMGĦU ħafna dwar emerġenzi allarmanti tas-​sħana globali u s-​saffi taʼ l-​ożonu u l-​kontaminazzjoni taʼ l-​oċeani,” qal Dr. Mahbub Ul-Haq, konsulent tal-​Ġnus Magħquda, imma żied: “Is-​sħana globali u ħafna emerġenzi oħrajn li jagħmlu ħoss għad iridu joqtlu lil xi ħadd [fil-waqt] li l-​emerġenzi siekta qegħdin jikkaġunaw ħafna mwiet kuljum fil-​pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.” Dr. Ul-Haq ikkummenta dwar wieħed minn dawk l-​emerġenzi siekta. “Il-​faqar,” hu qal, “huwa tassew l-​akbar qattiel.” Dan kif?

Għal ħafna mill-​1.3 biljun ruħ madwar id-​dinja li bil-​kemm jgħaddu b’dollaru jew inqas kuljum, il-​faqar tabilħaqq jinbidel f’diżastru qattiel. Sa 18-il miljun ruħ, tirrapporta r-​rivista UN Chronicle, imutu kull sena minħabba “kawżi relatati mal-​faqar.” Dan in-​numru jwaħħxek! Immaġina t-​titli li jagħmlu ħoss taʼ stejjer fil-​gazzetti kieku, per eżempju, il-​popolazzjoni kollha kemm hi taʼ l-​Awstralja, taʼ madwar 18-il miljun, imutu f’sena! Madankollu, l-​imwiet taʼ dawn il-​miljuni taʼ wħud foqra, ikkummentat xandira fuq ir-​Radju tal-​ĠM, “ma tantx huma msemmijin.” Dan huwa, fil-​fatt, ‘diżastru sieket.’

Biex jiksru s-​silenzju, rappreżentanti minn 117-il pajjiż li attendew l-​ewwel Summit Dinji għall-​Iżvilupp Soċjali li qatt sar tkellmu dwar modi taʼ kif jittrattaw il-​problema tal-​faqar fid-​dinja. “Mija u ħamsin sena ilu d-​dinja introduċiet kruċjata kontra l-​iskjavitù,” fakkar James Gustave Speth, l-​amministratur tal-​Programm għall-​Iżvilupp tal-​Ġnus Magħquda. “Illum irridu nintroduċu kruċjata dinjija kontra l-​faqar tal-​massa.” Għala dan it-​tħassib? Il-​faqar, hu wissa, qiegħed “ikattar id-​disprament u l-​instabilità u [qiegħed] jipperikola d-​dinja tagħna.”

Madankollu, saħansitra fil-​waqt li d-​delegati kienu qegħdin jiddiskutu modi biex itemmu l-​faqar, ‘arloġġ li jkejjel il-​faqar,’ u li jżomm amment tan-​numru taʼ trabi mwelldin kuljum għand familji fqar, wera li s-​sitwazzjoni tal-​faqar globali kienet qiegħda ssir agħar. L-​arloġġ, li kien espost fil-​post tal-​konvenzjoni, indika li matul is-​summit li dam ġimgħa żdiedu kważi 600,000 tarbija ġdida ġew miżjudin mal-​klassi li dejjem qiegħda toktor tal-​fqar. Fi tmiem l-​aħħar ġurnata tas-​summit, l-​arloġġ intefa; imma fir-​realtà, bħalma nnota Speth, “l-​arloġġ ikompli jtektek.” Il-​mistoqsija issa hija, Se jagħtu kas taʼ din il-​problema?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja