LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g97 10/8 p. 31
  • Naħla Meta Ma Tkunx Naħla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Naħla Meta Ma Tkunx Naħla?
  • Stenbaħ!—1997
  • Materjal Simili
  • Alla Għala Kien u Għadu Daqshekk Paċenzjuż?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • It-​Trobbija Tan-​Naħal—Storja “Ħelwa”
    Stenbaħ!—1997
  • Il-Pollen—Periklu jew Meravilja?
    Stenbaħ!—2003
Stenbaħ!—1997
g97 10/8 p. 31

Naħla Meta Ma Tkunx Naħla?

In-​naħal dejjem ikollhom ħafna x’jagħmlu għax kuljum iżuru mijiet taʼ fjuri u jġorru n-​nektar lura lejn id-​doqqajs. Meta tasal ir-​rebbiegħa, in-​naħal irġiel ifittxu sieħba. Għal dan, huma jistrieħu fuq il-​vista u x-​xamm. Madankollu, l-​orkidea, ammiratriċi mhux tas-​soltu, tipprova tiġbed l-​attenzjoni tan-​naħla raġel li ma tantx jara fil-​bogħod.

Fl-Ewropa taʼ Isfel, hemm diversi orkidej salvaġġi li l-​fertilizzazzjoni tagħhom tiddependi milli jimitaw lin-​naħal nisa. Dawn l-​orkidej ikollhom bżonn jibagħtu “pakketti” taʼ trab tad-​dakkir lil orkidej sħabhom. In-​naħal huma t-​trasportaturi ideali. Imma ladarba l-​orkidej m’għandhom l-​ebda nektar li jtiegħem tajjeb biex jiġbdu lin-​naħal lejhom, l-​orkidej ikollhom bħallikieku jużaw il-​makakkerija. U t-​trikk hija li l-​fjura tant tixbah lin-​naħla mara u tinxtamm bħalha, li n-​naħla raġel jipprova jitgħammar magħha! Kull speċi taʼ dawn l-​orkidej għandha l-​apparenza qarrieqa u l-​aroma partikulari tagħha.

Sa ma n-​naħla raġel jirrealizza li jkun ħa żball, l-​orkidea tkun iddepożitat pakkett taʼ trab tad-​dakkir li jwaħħal maʼ ġismu. In-​naħla raġel imbagħad itir ’l hemm, u jerġaʼ jitqarraq minn orkidea oħra, li tirċievi dan it-​trab tad-​dakkir. Wara li jkun xabaʼ jiġi mqarraq b’dan il-​mod, in-​naħla raġel jirrealizza li dawn l-​orkidej mhux taʼ min jafdahom. Sa dak il-​ħin, x’aktarx li jkun laħaq dakkar xi ftit mill-​fjuri.

Dawn l-​orkidej, li m’għandhomx moħħ biex jaħsbu, kif kisbu r-​riħa u l-​apparenza eżatti biex iqarrqu bin-​naħal? Mekkaniżmi rimarkevoli bħal dawn jixhdu li hemm Disinjatur intelliġenti, li l-​ħolqien tiegħu qatt ma jonqos li jissorprendi u jaffaxxina.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja