LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 1/1 pp. 3-4
  • Alla Għala Kien u Għadu Daqshekk Paċenzjuż?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Għala Kien u Għadu Daqshekk Paċenzjuż?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Alla Verament Jimportah!
  • Naħla Meta Ma Tkunx Naħla?
    Stenbaħ!—1997
  • It-​Trobbija Tan-​Naħal—Storja “Ħelwa”
    Stenbaħ!—1997
  • Il-Pollen—Periklu jew Meravilja?
    Stenbaħ!—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 1/1 pp. 3-4

Alla Għala Kien u Għadu Daqshekk Paċenzjuż?

ĦARES lejn il-​wiċċ imbikkem taʼ tifel imġewwaħ. Ara surtu niexfa għuda u żaqqu minfuħa. Aħseb dwar il-​ħtieġa ddisprata tiegħu għall-​ikel, u osserva l-​bieqja vojta li jġorr. Forsi ommu qed tħares minn par għajnejn fil-​ħofra, wiċċha stess stampa kerha taʼ mingħajr tama. Imbagħad ipprova żomm lura n-​niket tiegħek—iva, u żomm id-​dmugħ milli jgelgel.

Din ix-​xena hija rripetuta miljuni taʼ drabi fir-​reġjun milqut mill-​ġuħ taʼ madwar 2.3 taʼ miljun mil kwadru magħruf bħala s-​Saħel. Jinfirex iktar minn 3,000 mil mal-​Afrika lejn in-​Nofs in-​Nhar tad-​Deżert Saħara, mis-​Senegal fuq il-​Kosta tal-​Atlantiku sal-​Etjopja fuq il-​Baħar l-​Aħmar. Naturalment, il-​ġuħ ihedded partita nies f’artijiet oħra. Il-​Għaqda Dinjija tas-​Saħħa tirrapporta li 1.1 elf miljun persuna madwar l-​art

huma morda serjament jew m’għandhomx x’jieklu biżżejjed.

Il-ġuħ, naturalment, huwa biss aspett wieħed tat-​tbatija tal-​bnedmin. Il-​bniedem iniġġeż l-​art, u lkoll kemm aħna niġu effettwati. Is-​sistemi politiċi jinkuraġġixxu l-​inġustizzji u l-​gwerer li jġibu niket u mewt fuq ħafna. Alla għala jippermetti affarijiet bħal dawn? Hu jimportah minna?

Alla Verament Jimportah!

Il-​Ħallieq tagħna verament jimportah minna. Hemm wisq provi taʼ dan u tal-​abbiltà tiegħu li jagħmel affarijiet li jaħdmu flimkien għall-​ġid tagħna u għall-​armonija fil-​ħolqien tiegħu kollu. Per eżempju, ħares lejn din l-​istampa taʼ naħla li qiegħda fuq fjura fuq siġra tal-​frott. In-​naħla tiddependi fuq il-​fjura għan-​nektar li tinħtieġ biex tnutri ruħha. Mill-​banda l-​oħra, is-​siġra tiddependi fuq il-​pollen li l-​ġisem tan-​naħla jġorr minn siġra li tixbah lil din. B’dan il-​mod, il-​fjura tiġi mdakkra u l-​frotta tiżżviluppa ruħha. Mhux is-​siġar tal-​frott kollha huma mdakkrin b’dan il-​mod, imma Alla żgur li rranġa għal koperazzjoni mhux tas-​soltu f’dan il-​każ. U t-​tjubija tiegħu tirriżulta fil-​frott li aħna nistgħu nieħdu gost nieklu u nibbenefikaw minnu.

In-naħla nfisha hija parti minn qatgħa organizzata tajjeb taʼ iktar minn 30,000 naħla. Xi wħud igħassu d-​doqqajs, waqt li oħrajn inaddfuh jew jivventilawh. Jerġaʼ oħrajn jaħżnu n-​nektar u l-​pollen, jitimgħu lill-​frieħ, jew igħarrxu għal sorsi ġodda taʼ nektar. Alla nnifsu rranġahom hekk l-​affarijiet sabiex aħna nibbenefikaw meta naħal bieżel bħal dan jipproduċi għasel ħelu u sustanzjuż li jgħaxxaq il-​palat tagħna.

Il-miraklu tal-​koperazzjoni bejn in-​naħal u l-​pjanti u fost l-​insetti nfushom huwa waħda mill-​ħafna provi li l-​Ħallieq huwa kapaċi perfettament li jagħmel l-​affarijiet ħajjin jikkoperaw maʼ xulxin. Għax fil-​fatt, “Alla huwa Alla, mhux tad-​diżordni, imma tal-​paċi.” (1 Korintin 14:33) Għala, allura, ħalla lill-​umanità teżisti b’nuqqas taʼ armonija bħal din, li rriżultat f’miżerja għal tant nies? Jekk Alla jimportah minna, għala dam daqshekk jistenna biex jikkorreġi din is-​sitwazzjoni? Tabilħaqq, Alla għala ħa daqshekk paċenzja?

Il-Kelma t’Alla, il-​Bibbja, twieġeb mistoqsijiet bħal dawn. Dan il-​ktieb tal-​għaġeb igħidilna li Alla Jehovah kien paċenzjuż għal raġuni tajba. X’inhi din ir-​raġuni? U kemm se ddum iktar il-​paċenzja t’Alla?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja