LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 10/8 pp. 7-9
  • Tmiem Għall-​Gwerer

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tmiem Għall-​Gwerer
  • Stenbaħ!—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Viżjoni Realistika taʼ Paċi Divina
  • Poġġi l-​Fiduċja fil-​Wegħdi t’Alla ​—Għala u kif?
  • Il-Paċi fuq l-Art—Kif Se Tinkiseb?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Is-Saltna t’Alla Taħkem
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Min Se Jmexxi lill-Bniedem Lejn il-Paċi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Saltna “li Ma Tinqered Qatt”
    Qim lill-Uniku Alla Veru
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1999
g99 10/8 pp. 7-9

Tmiem Għall-​Gwerer

IN-​NIES kullimkien ilhom jixxennqu għal dinja mingħajr gwerer. Hija ħolma li għadha ma twettqitx. Bħalma rajna fl-​artiklu taʼ qabel, ħafna jemmnu li l-​paċi globali tistaʼ tiġi biss permezz taʼ gvern dinji, gvern li jirrappreżenta b’mod imparzjali lill-​popli kollha taʼ l-​art. Madankollu, il-​biċċa l-​kbira jirrealizzaw li l-​ħakkiema umani qatt ma se jkunu lesti jċedu s-​sovranità tagħhom lil xi gvern li jirrappreżenta lil kulħadd fuq l-​art. Ifisser dan li hu impossibbli li jkun hawn gvern dinji?

Hekk donnu jidher. Madankollu, il-​profeziji tal-​Bibbja juru li gvern li se jaħkem fuq l-​art kollha dalwaqt se jġib il-​paċi fuq l-​art. Dan mhux se jiġi permezz taʼ xi negozjar uman jew xi qbil internazzjonali. Il-​profeta Danjel kien imnebbaħ biex jikteb: “Alla tas-​sema jqajjem saltna li ma tinqered qatt.” (Korsiv tagħna.)​—Danjel 2:44.

Hija l-​istess Saltna li Ġesù qal lis-​segwaċi tiegħu biex jitolbu għaliha fit-​talba magħrufa minn miljuni taʼ nies bħala t-​Talba tal-​Mulej, jew il-​Missierna. Żgur li int familjari maʼ din it-​talba, misjuba fil-​Bibbja f’Mattew 6:​9, 10. Parti minnha tagħmel dan l-​appell lil Alla: “Tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-​sema, hekkda fl-​art.” Alla se jweġibha din it-​talba. Dalwaqt din is-​Saltna se “tiġi” biex twettaq ir-​rieda t’Alla fuq l-​art. Ir-​rieda t’Alla tinvolvi f’li l-​globu jiġi trasformat f’ġenna taʼ l-​art taʼ paċi.

Viżjoni Realistika taʼ Paċi Divina

Hemm xi raġuni għala tistaʼ temmen li s-​Saltna t’Alla se jkollha iktar suċċess mill-​gvernijiet umani? Ikkunsidra tmien fatturi tas-​Saltna t’Alla li se jassiguraw paċi dejjiema għal dawk kollha taħt id-​dominju tagħha.

1. Is-Saltna se jkollha bħala mexxej maħtur minn Alla lil Ġesù Kristu glorifikat, il-​“Prinċep tas-​sliem.” (Isaija 9:5 [9:6, NW]) Waqt li kien fuq l-​art, Ġesù wera li l-​qaddejja tiegħu ma jarmawx lilhom infushom għal gwerra fiżika. Hu qal lil Pietru: “Erġaʼ daħħal sejfek f’postu għax kull min jaqbad is-​sejf, bis-​sejf jinqered.”​—Mattew 26:52.

2. Is-Saltna se tkun verament gvern dinji. Rigward l-​awtorità mogħtija lil Ġesù, Danjel bassar: “Tawh ħakma, ġieħ, u saltna, biex lilu jaqdi kull ġens, u poplu, u lsien.”​—Danjel 7:14.

3. Is-Saltna se tirrappreżenta lill-​popli kollha. Ġesù se jkollu ħakkiema sħab miegħu li jiġu “minn kull tribù u lsien, minn kull poplu u ġens,” u li dawn “għad isaltnu fuq l-​art.”​—Apokalissi 5:​9, 10.

4. Is-Saltna t’Alla se ġġib fi tmiem il-​gvernijiet umani kollha, li jopponu l-​awtorità tagħha. Is-​saltna se “tfarrak u ttemm is-​saltniet [umani] l-​oħra kollha, waqt li hi tibqaʼ wieqfa għal dejjem.”​—Danjel 2:44.

5. Il-popli taʼ l-​art se jiġu gvernati minn liġi internazzjonali. Isaija profetizza dwar dak iż-​żmien, billi qal: “Minn Sijon joħroġ it-​tagħlim, u l-​kelma tal-​Mulej minn Ġerusalemm. Il-​Mulej jagħmel il-​ħaqq bejn il-​ġnus, u jaqtaʼ s-​sentenza bejn ħafna popli.”​—Isaija 2:​3, 4.

6. Is-sudditi tas-​Saltna se jitgħallmu l-​mogħdijiet tal-​paċi. Isaija kompla: “Jibdlu x-​xwabel tagħhom f’sikek tal-​moħriet, u l-​lanez tagħhom fi mnieġel. Ebda ġens ma jerfaʼ x-​xabla kontra ġens ieħor, u s-​sengħa tal-​gwerra ma jitgħallmuhiex iżjed.”​—Isaija 2:4.

7. Dawk li jħobbu l-​vjolenza se jinqerdu. “Jgħarbel il-​Mulej il-​ġust u l-​ħażin; hu jobgħod ’il min iħobb id-​dnewwa. Xita taʼ ġamar u kubrit jitfaʼ fuq il-​ħżiena; riħ jikwi jkun is-​sehem li ħaqqhom.”​—Salm 11:​5, 6.

8. L-armamenti se jiġu eliminati. “Ejjew, araw x’għamel il-​Mulej, għemejjel taʼ l-​għaġeb fuq l-​art. Iwaqqaf il-​gwerer sa tarf l-​art; l-​ark jaqsam u l-​lanza jkisser, jaħraq it-​tarka bin-​nar.”​—Salm 46:​9, 10 [46:​8, 9, NW].

Poġġi l-​Fiduċja fil-​Wegħdi t’Alla ​—Għala u kif?

Il-​Bibbja tagħti ħafna iktar dettalji dwar is-​Saltna t’Alla. Per eżempju, turi min se jingħaqad maʼ Ġesù Kristu fl-​iggvernar taʼ kwistjonijiet fuq l-​art. Tgħidilna wkoll kif ġew magħżulin u liema kwalifiki għandu jkollhom. Il-​Bibbja tgħid ukoll kif is-​Saltna se tamministra r-​riżorsi taʼ l-​art biex tippromwovi l-​prosperità u l-​hena fost il-​popli kollha taʼ l-​art, billi telimina l-​għira u r-​regħba li taʼ spiss iwasslu għall-​ġlied.

Għandhom jitwemmnu dawn il-​profeziji? Jehovah nnifsu stqarr: “Kelmti . . . toħroġ minn fommi, u ma terġax lura vojta, imma tagħmel dak li jogħġob lili, u ttemm dak li nkun bgħattha tagħmel.” (Isaija 55:11) Din l-​istqarrija hija bil-​wisq iktar minn xi assiguranza li Alla jżomm il-​wegħdi tiegħu. Jehovah hu dak li Jistaʼ Kollox, u għalhekk għandu l-​qawwa li jistabbilixxi paċi globali. M’hemm xejn aqwa mill-​fehma tiegħu; għalhekk, hu għandu l-​għerf biex iżomm il-​paċi. (Isaija 40:​13, 14) Iktar minn hekk, Jehovah hu l-​istess personifikazzjoni taʼ l-​imħabba, u għalhekk ħadd iktar fl-​univers m’għandu xewqa akbar li jġib paċi dinjija.​—1 Ġwann 4:8.

M’għandniex xi ngħidu, jirrikjedi l-​fidi biex temmen fil-​wegħdi t’Alla. Il-​fidi hi bbażata fuq l-​għarfien u tiġi kultivata permezz taʼ l-​istudju tal-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. (Filippin 1:​9, 10) Hekk kif nitgħallmu dwar il-​personalità u l-​iskopijiet t’Alla, ir-​realtà tas-​Saltna t’Alla se ssir evidenti. Iva, il-​gwerer se jitneħħew għalkollox, mhux permezz taʼ l-​isforzi tal-​bnedmin, imma permezz taʼ gvern dinji glorjuż li għandu appoġġ divin, is-​Saltna t’Alla.

[Stampi f’paġna 8, 9]

Taħt is-​Saltna t’Alla, is-​sudditi se jitgħallmu l-​paċi, u l-​armamenti se jiġu eliminati

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja