LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 25
  • Il-Paċi fuq l-Art—Kif Se Tinkiseb?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Paċi fuq l-Art—Kif Se Tinkiseb?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Tmiem Għall-​Gwerer
    Stenbaħ!—1999
  • Min Se Jmexxi lill-Bniedem Lejn il-Paċi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Ħalli “l-Paċi t’Alla” Tgħasses lil Qalbek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Paċi Vera—Minn Liema Sors?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 25
Nies minn gruppi etniċi differenti

Il-Paċi fuq l-Art​—Kif Se Tinkiseb?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-paċi fuq l-art mhux se tinkiseb permezz tal-isforzi tal-bniedem, iżda permezz tas-Saltna t’Alla, gvern fis-sema mmexxi minn Kristu Ġesù. Innota kif il-Bibbja tgħallimna dwar din it-tama meraviljuża.

  1. Alla se “jwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art,” u b’hekk iżomm il-wegħda tiegħu li jġib “paċi fuq l-art fost il-bnedmin taʼ rieda tajba.”—Salm 46:9; Luqa 2:14.

  2. Is-Saltna t’Alla se taħkem mis-sema għal fuq l-art kollha kemm hi. (Danjel 7:14) Bħala gvern dinji, dan se jelimina n-nazzjonaliżmu, li hu l-kaġun taʼ ħafna konflitti.

  3. Ġesù, il-Ħakkiem tas-Saltna t’Alla, jissejjaħ il-“Prinċep tal-Paċi,” u hu se jagħmel ċert li “għall-paċi ma jkun hemm ebda tmiem.”—Isaija 9:6, 7.

  4. In-nies li huma determinati li jibqgħu jiġġieldu mhux se jitħallew jgħixu fis-Saltna, peress li “kulmin iħobb il-vjolenza Ruħu [ruħ Alla] tobogħdu.”—Salm 11:5; Proverbji 2:22.

  5. Alla jgħallem lis-sudditi tiegħu kif jgħixu fil-paċi. Meta tiddeskrivi r-riżultati taʼ din l-istruzzjoni, il-Bibbja tgħid: “Ikollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-moħriet u l-lanez tagħhom fi skieken taż-żabra. Ġens ma jerfax sejf kontra ġens, u ma jitħarrġux iktar għall-gwerra.”—Isaija 2:3, 4.

Miljuni taʼ Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-dinja kollha diġà qed jitgħallmu minn Alla kif ikunu paċifiċi. (Mattew 5:9) Għalkemm ġejjin minn ħafna gruppi etniċi differenti u ngħixu f’iktar minn 230 pajjiż differenti, aħna nirrifjutaw li niġġieldu kontra bnedmin oħrajn.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova qed jitgħallmu kif jiksbu l-paċi llum

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja