LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 3/8 pp. 8-9
  • Tama Ċerta

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tama Ċerta
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Tama Hemm għar-​Raġel Ħażin?
  • Il-​Ħajja Tistaʼ Tkun Sinjifikanti
  • Wiegħed Ġesù Ħajja fis-Sema lir-Raġel Ħażin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • “Narawkom fil-Ġenna tal-art!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Dwar is-Saltna t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Min Se Jiġi Rxoxtat? Fejn Se Jgħixu?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Stenbaħ!—2000
g00 3/8 pp. 8-9

Tama Ċerta

KWAŻI 2,000 sena ilu, Ġesù, li taʼ spiss jissejjaħ l-​aqwa bniedem li qatt għex, b’mod inġust ġie sentenzjat għall-​mewt. Kif kien imdendel fuq zokk tat-​tortura, raġel ħażin li kien imdendel maġenbu qallu b’żuffjett: “Int m’intix il-​Messija? Salva lilek innifsek u lilna.”

Malli semaʼ dan, raġel ħażin ieħor li wkoll kien qed jingħata esekuzzjoni ċanfar lill-​ewwel raġel: “Anqas minn Alla int ma tibżaʼ, int li qiegħed taħt l-​istess kundanna? Tagħna hija ġusta, tassew, għax qegħdin nieħdu li ħaqqna taʼ kull ma għamilna; imma dan ma għamel xejn ħażin.” Imbagħad dar lejn Ġesù u ssupplikah: “Ġesù ftakar fija meta tidħol fis-​Saltna tiegħek.”

Ġesù wieġbu: “Tassew . . . [“ngħidlek illum,” NW] tkun fil-​Ġenna miegħi.”—Luqa 23:​39-43.

Ġesù kellu tama meraviljuża mpoġġija quddiemu. L-​appostlu Pawlu nnota l-​effett li kellha din it-​tama fuq Ġesù, billi osserva: “Għall-​ferħ imqiegħed quddiemu, sofra . . . [“zokk tat-​tortura,” NW] bla ma qies xejn il-​għajb tiegħu.”—Lhud 12:​2, Saydon.

Inkluż fil-​“ferħ” li tqiegħed quddiem Ġesù kien hemm li jerġaʼ jgħix maʼ Missieru fis-​sema u eventwalment jaqdi bħala Ħakkiem tas-​Saltna t’Alla. Iktar minn hekk, kien se jkollu wkoll il-​ferħ li jilqaʼ fis-​sema segwaċi provati u fdati minn tiegħu li kienu se jaħkmu miegħu bħala slaten għal fuq l-​art. (Ġwann 14:​2, 3; Filippin 2:​7-11; Apokalissi 20:​5, 6) Mela, x’ried jgħid Ġesù meta wiegħed lir-​raġel ħażin li nidem illi kien se jkun fil-​Ġenna?

X’Tama Hemm għar-​Raġel Ħażin?

Dak ir-​raġel ma kkwalifikax biex jaħkem maʼ Ġesù fis-​sema. M’huwiex inkluż fost dawk li Ġesù qalilhom: “Intom dawk li żammejtu sħiħ miegħi fit-​tiġrib kollu li ġie fuqi; u bħalma Missieri ħejja saltna għalija, hekk ukoll jiena nħejji għalikom.” (Luqa 22:​28, 29) Madankollu, Ġesù wiegħed li r-​raġel ħażin kellu jkun fil-​Ġenna miegħu. Kif se titwettaq dik il-​wegħda?

L-ewwel raġel u mara, Adam u Eva, tqegħdu minn Alla Jehovah fil-​Ġenna, ġnien taʼ pjaċir imsejjaħ l-​Għeden. (Ġenesi 2:​8, 15) L-​Għeden kien fuq l-​art, u Alla kellu l-​iskop li l-​art kollha tkun ġenna. Madankollu, Adam u Eva m’obdewx lil Alla u tkeċċew mid-​dar sabiħa li kellhom. (Ġenesi 3:​23, 24) Imma Ġesù wera li l-​Ġenna kellha tiġi restawrata u kellha tinkludi l-​art kollha kemm hi.

Meta l-​appostlu Pietru staqsa lil Ġesù liema premju kienu se jirċievu hu u l-​appostli sħabu talli kienu jsegwuh, Ġesù wegħdu: “Fit-​tiġdid tad-​dinja, meta joqgħod Bin il-​bniedem fuq it-​tron taʼ sebħu, toqogħdu intom ukoll fuq tnax-il tron.” (Korsiv tagħna.) (Mattew 19:​27, 28, Saydon) B’mod sinjifikanti, fir-​rakkont taʼ Luqa taʼ din il-​konversazzjoni, minflok ma qal “fit-​tiġdid tad-​dinja,” Ġesù huwa kwotat li qal “fis-​sistema t’affarijiet li ġejja.”—Luqa 18:​28-30, NW.

B’hekk, meta Ġesù Kristu joqgħod bil-​qegħda fis-​sema fuq it-​tron glorjuż tiegħu, flimkien maʼ dawk li se jaħkmu miegħu, hu se jistabbilixxi sistema t’affarijiet ġdida u taʼ tjieba. (2 Timotju 2:​11, 12; Apokalissi 5:10; 14:​1, 3) Permezz tal-​ħakma taʼ Kristu mis-​sema, l-​iskop oriġinali t’Alla li l-​art kollha tkun ġenna se jitwettaq!

Matul din il-​ħakma tas-​Saltna, Ġesù se jwettaq il-​wegħda tiegħu lill-​kriminal li miet ħdejh. Se jirxoxtah, u dak ir-​raġel se jsir sudditu taʼ Ġesù fuq l-​art. Imbagħad ir-​raġel ħażin se jingħata opportunità li jilħaq il-​ħtiġijiet t’Alla u jgħix għal dejjem taħt il-​ħakma tas-​Saltna. Żgur li nistgħu nifirħu bil-​prospett ibbażat fuq il-​Bibbja taʼ li ngħixu għal dejjem fil-​Ġenna fuq l-​art!

Il-​Ħajja Tistaʼ Tkun Sinjifikanti

Immaġina t-​tifsir li tama grandjuża bħal din kapaċi tagħti lil ħajjitna. Din tistaʼ tgħinna nipproteġu lil imħuħna mir-​riżultati diżastrużi taʼ ħsibijiet negattivi. L-​appostlu Pawlu xebbah din it-​tama maʼ parti vitali mill-​armatura spiritwali. Hu qal li rridu nilbsu “t-​tama tas-​salvazzjoni” bħal “elmu.”—1 Tessalonikin 5:8; Salm 37:29; Apokalissi 21:​3, 4.

Din it-​tama żżommna ħajjin. Fil-​Ġenna li ġejja, is-​solitudni se ċċedi postha għad-​dmugħ taʼ ferħ hekk kif il-​maħbubin għeżież jinġiebu lura għall-​ħajja minn “Alla li jqajjem lill-​mejtin.” (2 Korintin 1:9) Imbagħad il-​frustrazzjoni minn dgħjufijiet fiżiċi, uġigħ, u immobbilità se jintesew, għax ‘iz-​zopp se jaqbeż bħal għażżiela.’ ‘Il-​ġisem’ taʼ dak li jkun se ‘jixxettel bħal meta kien tfajjel u jerġaʼ għaż-​żmien taʼ żgħożitu.’—Isaija 35:6; Ġob 33:25.

F’dak iż-​żmien, meta “ħadd minn min jgħammar hemm ma jgħid: ‘Jien marid,’” id-​disprament minn marda fit-​tul se jkun sempliċement rikordju mċajpar. (Isaija 33:24) Il-​vojt minn dipressjoni kronika se jinbidel f’“ferħ taʼ dejjem.” (Isaija 35:10) In-​nuqqas taʼ tama li ġġib magħha marda fatali se jisparixxi flimkien mal-​mewt infisha, l-​għadu antik taʼ l-​umanità.—1 Korintin 15:26.

[Stampi f’paġna 8, 9]

Żomm sewwa f’moħħok it-​tama meraviljuża tad-​dinja l-​ġdida t’Alla

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja