LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 12/8 pp. 18-19
  • Tistaʼ x-Xjenza Tipprovdi Ħajja taʼ Dejjem?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ x-Xjenza Tipprovdi Ħajja taʼ Dejjem?
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif Ġiet il-​Mewt
  • Kif Jehovah Jipprovdi l-​Ħajja taʼ Dejjem
  • Ġesù Jsalvana—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Il-mewt, l-aħħar għadu, tinġieb fix-xejn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Il-​mewt u l-​irxoxt ta’ Ġesù—X’jistgħu jfissru għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Hija l-Ħajja taʼ Dejjem Tabilħaqq Possibbli?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 12/8 pp. 18-19

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Tistaʼ x-​Xjenza Tipprovdi Ħajja taʼ Dejjem?

SNIN ILU, mistoqsija bħal din kienet tkun bla sens. Issa, iżda, xi nies qed jaħsbuha bis-​serjetà jekk dan huwiex possibbli. Fil-​fatt, ix-​xjenzati diġà wżaw xi metodi li bihom irnexxielhom jirdoppjaw it-​tul taʼ ħajjet id-​dubbien u d-​dud. Xi wħud iħossu li dawn il-​metodi għad ikunu jistgħu jintużaw fuq il-​bnedmin.

L-istudju wera li ċ-​ċelluli normali fil-​bnedmin xi darba jkollhom jispiċċaw, peress li dawn ma jibqgħux jinqasmu f’ċelluli oħra għal żmien indefinit. Dan huwa proċess li ġie mqabbel m’arloġġ ġewwieni li jikkontrolla meta n-​nies jixjieħu u jmutu. Ix-​xjenzati issa qed jaħdmu biex jirranġaw dan l-​arloġġ.

Waħda mit-​teoriji popolari ssostni li spjegazzjoni għal kif isseħħ ix-​xjuħija qegħda fit-​truf taʼ kull strixxa tad-​DNA, il-​parti msejħa telomere. Din it-​telomere ġiet imqabbla mal-​plastik li jkun hemm fit-​tarf taʼ lazz taż-​żarbun, li jagħmluh biex il-​lazz ma jiżżarratx. Ix-​xjenzati nnotaw li kull darba li ċellula tinqasam, it-​telomere tiqsar bħalma jiġrilu l-​ħabel taʼ bomba meta jingħata n-​nar. Eventwalment, mid-​dehra din it-​telomere tiqsar sal-​punt li ċ-​ċellula ma tibqax tinqasam iktar. Madankollu, meta jkun hemm ċerta enzima preżenti, it-​telomere ma tiqsarx. B’hekk, skond it-​teorija, b’din l-​enzima ċ-​ċelluli jkunu jistgħu jibqgħu jinqasmu għal żmien indefinit. Uffiċjal taʼ kumpanija involuta f’dan ix-​xogħol qal: “Din hija l-​ewwel okkażjoni fejn nistgħu naħsbu dwar l-​immortalità umana.” Imma mhux ix-​xjenzati kollha jaqblu.

Kif Ġiet il-​Mewt

M’għandniex xi ngħidu, dawk in-​nies li għandhom fidi fil-​Bibbja ilhom eluf taʼ snin jemmnu li l-​ħajja taʼ dejjem hija possibbli għall-​bnedmin. Il-​fiduċja tagħhom ma jpoġġuhiex fix-​xjenzati umani imma fix-​Xjenzat Prim, Alla Jehovah, il-​wieħed li ħalaq kull ħaġa ħajja.—Salm 104:24, 25.

Il-Bibbja turi li ma kienx parti mill-​iskop tal-​Ħallieq li l-​bnedmin imutu. L-​ewwel żewġ bnedmin ġew maħluqa fuq ix-​xbieha t’Alla u tpoġġew fi ġnien bħal ġenna taʼ l-​art. Huma kienu perfetti, mingħajr difetti fil-​moħħ jew fil-​ġisem. Kif kienu, huma kellhom il-​prospett li jgħixu għal dejjem fuq l-​art. Din kienet ix-​xewqa t’Alla. Hu qalilhom biex iwelldu t-​tfal u bil-​mod il-​mod ibiddlu l-​art kollha f’Ġenna.—Ġenesi 1:27, 28; 2:8, 9, 15.

Kif muri f’Ġenesi kapitlu 3, Adam irribella kontra Alla, avolja kien jaf li l-​kastig taʼ dan kien il-​mewt. Iktar minn hekk, billi aġixxa b’mod diżubbidjenti, hu ġab id-​dnub u l-​mewt fuq in-​nisel kollu tiegħu li kellu jitwieled. L-​appostlu Pawlu spjegaha b’dan il-​mod: “Permezz taʼ bniedem wieħed li fid-​dinja daħal id-​dnub, u permezz tad-​dnub il-​mewt, u hekk il-​mewt laħqet il-​bnedmin kollha, għax kollha dinbu.” (Rumani 5:12) Fi kliem ieħor, ġisem Adam ma baqax iktar perfett ladarba kien dineb. Maż-​żmien hu xjaħ u miet. In-​nisel tiegħu wiret dak id-​difett.

B’hekk, il-​mewt fuq il-​bnedmin ġiet b’riżultat taʼ l-​irvell t’Adam u l-​ġudizzju li għamel Alla wara. Il-​bnedmin mhux se jirnexxilhom ireġġgħu lura dan il-​ġudizzju. Għalkemm ix-​xjenza mxiet ħafna ’l quddiem fil-​mediċina, il-​kliem ispirat li kiteb Mosè 3,500 sena ilu, għadu jgħodd sal-​lum: “Żmien ħajjitna hu b’kollox sebgħin sena; l-​iżjed tmenin, jekk inkunu f’saħħitna; u l-​biċċa l-​kbira taħbit u niket; malajr jgħaddu, u aħna mmorru magħhom.”—Salm 90:10.

Kif Jehovah Jipprovdi l-​Ħajja taʼ Dejjem

B’ferħ, hemm tama! Għalkemm fil-​preżent il-​bnedmin kollha maż-​żmien imutu, m’huwiex l-​iskop taʼ Jehovah li din is-​sitwazzjoni tibqaʼ sejra għal dejjem. Filwaqt li Adam u Eva kien jistħoqqilhom imutu, Alla kien jaf li kien se jkun hemm ħafna mit-​tfal li kellhom jitwildulhom li kienu se japprezzaw l-​indokrr t’Alla bl-​imħabba. Għal nies bħal dawn, Alla ra kif jipprovdi ħajja bla tmiem fuq l-​art. Is-​salmista kiteb: “Il-​ġusti jirtu l-​art, u jgħammru fiha għal dejjem.” (Salm 37:29) Imma din il-​ħaġa kif se sseħħ?

Dan ma kellux iseħħ bil-​ħila taʼ bnedmin li jirnexxilhom jifhmu l-​misteri li hemm fid-​DNA. Minflok, il-​ħajja taʼ dejjem hija għotja li Jehovah se jagħti lil dawk li jeżerċitaw fidi fih. Peress li ra li wlied Adam u Eva kellhom bżonn li jiġu salvati, hu pprovdielhom mod kif jiksbu l-​ħajja taʼ dejjem—is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù Kristu bħala fidwa. Ġesù rrefera għal dan il-​provvediment meta qal: “Alla hekk ħabb lid-​dinja li ta lil Ibnu l-​waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.”—Ġwann 3:16.

Bħal Adam, Ġesù kien bniedem perfett. Imma kuntrarju għal Adam, Ġesù wera ubbidjenza perfetta lejn Alla. B’hekk hu setaʼ jissagrifika l-​ħajja umana u perfetta tiegħu biex iħallas għad-​dnub t’Adam. Permezz taʼ dan l-​att taʼ mħabba, il-​miżien tal-​ġustizzja ġie ndaqs, u t-​tfal taʼ Adam setgħu jinħelsu mill-​kundanna tal-​mewt. Għaldaqstant, dawk kollha li jeżerċitaw fidi f’Ġesù se jirċievu l-​għotja taʼ ħajja taʼ dejjem mingħand Alla.—Rumani 5:18, 19; 1 Timotju 2:5, 6.

Li kieku l-​bnedmin kellhom il-​ħila jegħlbu l-​imperfezzjoni u jiksbu l-​ħajja taʼ dejjem, ma kienx ikun hemm il-​bżonn tal-​fidwa. Il-​Bibbja tagħti dan il-​parir għaqli: “La tittamawx fil-​kbarat, għax il-​bniedem ma jsalvakomx. Malli toħroġ ruħu, lejn l-​art jerġaʼ jmur; jintemmu dakinhar ħsibijietu. Hieni min f’Alla taʼ Ġakobb isib l-​għajnuna tiegħu, min għandu t-​tama fil-​Mulej, Alla tiegħu, li għamel is-​sema, l-​art u l-​baħar, u kull ma jinsab fihom; hu li jżomm kelmtu għal dejjem.”—Salm 146:3-6.

Il-ħajja taʼ dejjem se tiġi mingħand Jehovah, u mhux permezz taʼ l-​istudju xjentifiku. Alla jistaʼ jwettaq dak kollu li jridu jseħħ, u hekk se jagħmel. “Għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir.”—Luqa 1:37.

[Sors tal-​istampa f’paġna 18]

© Charles Orrico/SuperStock, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja