LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 2/8 p. 30
  • Mill-Qarrejja Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mill-Qarrejja Tagħna
  • Stenbaħ!—2001
  • Materjal Simili
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
  • Mard Kroniku—Tistaʼ Tgħin il-Bibbja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Stenbaħ!—2001
g01 2/8 p. 30

Mill-​Qarrejja Tagħna

Żball fl-​Istampa? Kont qiegħed l-​isptar naqra l-​ħarġa tat-​8 taʼ Jannar, 2000, li kien fiha s-​serje t’artikli “Mediċina u Kirurġija Mingħajr Demm—Ħtieġa li Tkompli Tiżdied,” u f’ħin minnhom daħal kardjologu u tim taʼ studenti. Hu qalli li l-​istrixxa taʼ l-​EKG (elettrokardjogramma) li hemm fuq il-​qoxra taʼ barra qegħda bil-​kontra.

J. T., Ingilterra

L-​istrixxa ntużat biex iżżejjen il-​paġna. Qabel ma ġiet pubblikata r-​rivista, rawha xi ħaddiema involuti fil-​qasam tas-​saħħa; madankollu, minn dak in-​nhar ’l hawn reġgħu rawha nies oħra involuti fil-​mediċina u lkoll qablu li l-​istrixxa tpoġġiet bil-​kontra. Niskużaw ruħna għall-​iżball.—ED.

Kif Tieqaf Tpejjep Sa ftit taż-​żmien ilu, jien kont ivvizzjat bis-​sigaretti, il-​marijuana, ix-​xorb, u l-​kokaina. Ipprovajt ħafna drabi biex naqtagħhom waħdi imma qatt ma rnexxieli. Kien biss meta bdejt nistudja l-​Bibbja maʼ wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah li bdejt inħoss li niswa għal xi ħaġa. Bl-​għajnuna taʼ Jehovah, ilni ma nieħu drogi jew inpejjep minn Jannar. Ħassejt ħafna wġigħ minħabba s-​sintomi taʼ l-​astinenza. Ilni minn Jannar ma norqod lejl tajjeb. Il-​ħarġa tat-​8 t’April, 2000, bis-​serje “Kif Int Tistaʼ Tieqaf Tpejjep” għenitni nara li l-​problema tan-​nuqqas taʼ rqad hija waħda mis-​sintomi taʼ l-​astinenza u indunajt li ma kontx qed niġġennen! Grazzi mill-​qalb.

D. M., Stati Uniti

Meta qrajt dak li ktibtu dwar x’jiġri fil-​perijodu t’astinenza min-​nikotina, ftakart minn xiex għaddejt jien. Għall-​ewwel ma stajt naħseb fuq xejn ħlief fuq is-​sigaretti. Imbagħad bdew għaddejjin il-​ġranet, il-​ġimgħat, u wara x-​xhur mingħajr ma niftakar fis-​sigaretti. Jehovah tassew għenni wara li wegħedt lili nnifsi li ma nerġax inpejjep. Dak kien 20 sena ilu, u fil-​fatt ma rġajtx pejjipt iktar.

D. A., Italja

El Niño Nixtieq nirringrazzjakom taʼ l-​artiklu informattiv “X’Inhu El Niño?” (8 t’April, 2000) Biex ngħidilkom is-​sewwa, fl-​1998 kont smajt lil kulħadd jitkellem dwar dan El Niño, u ma kelli l-​ebda idea x’setaʼ kien. Nistaʼ ngħid li l-​ispjegazzjoni fl-​aħħar waslitli d-​dar tiegħi stess! L-​artiklu tagħkom kien qasir imma informattiv għall-​aħħar.

U. N., Stati Uniti

Anakondi Jien ngħix f’reġjun fejn hemm l-​anakondi. In-​nies taʼ spiss jirrakkontaw stejjer dwar dawn is-​sriep, imma huwa diffiċli biex tiddeċiedi jekk temminhomx jew le. L-​artiklu tagħkom “L-​Anakondi—Qegħdin Dawn Jikxfu Ftit mis-​Sigrieti?” (8 taʼ Ġunju, 2000) għenni biex nagħraf il-​fatti mill-​qlajja’, u weġibli l-​mistoqsijiet kollha li kelli dwar din il-​ħlejqa meraviljuża.

J.S.P., Brażil

Missirijiet li Jaħarbu mir-​Responsabbiltà Tagħhom Jien ilni naqra Stenbaħ! għal 25 sena, u jekk niftakar sew dan is-​suġġett qatt ma kien ġie diskuss qabel. (“Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Jistaʼ Wieħed Jaħrab Għalkollox mir-​Responsabbiltà Tiegħu Bħala Missier?” 8 taʼ Ġunju, 2000) Is-​suġġett taʼ l-​ommijiet waħedhom ġieli ġie diskuss, imma qatt ma ntqal xi ħaġa dwar ir-​responsabbiltà tal-​ġuvintur involuti. Qatt ma stajt nifhem għala jekk tnejn min-​nies jikkommettu ż-​żína, l-​omm u t-​tarbija biss ibatu l-​konsegwenzi. Jien ħriġt tqila taʼ 19-il sena. Il-​ġuvni ma riedx jaf bija. Jekk jogħġobkom ibqgħu għidu liż-​żgħażagħ biex ‘jaħarbu ż-​żína.’—1 Korintin 6:18.

C.C., Spanja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja