LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 9/8 pp. 26-27
  • Talb li Hu Mismugħ minn Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Talb li Hu Mismugħ minn Alla
  • Stenbaħ!—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li Jwiegħed Alla
  • Meta Niffaċċjaw Problemi Persunali
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Kif Tikseb Għajnuna Permezz Tat-Talb
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • It-Talb Taʼ Min Jinstemaʼ?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Il-privileġġ tat-talb
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 9/8 pp. 26-27

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Talb li Hu Mismugħ minn Alla

“Itolbu u jingħatalkom, fittxu u ssibu, ħabbtu u jiftħulkom. Għax min jitlob, jaqlaʼ; min ifittex, isib; u min iħabbat, jiftħulu.”​—Luqa 11:​9, 10.

WAQT li juru fiduċja sħiħa fil-​kliem taʼ Ġesù Kristu li hu kwotat hawn fuq, ħafna Kristjani jersqu lejn Alla bit-​talb dwar il-​problemi u l-​ansjetajiet tagħhom, peress li jafu li hu jħobbhom u jimpurtah minnhom. Madankollu, xi wħud iħossuhom ansjużi waqt li jistennew li t-​talb tagħhom jitwieġeb. Int hekk tħossok, li t-​talb tiegħek m’huwiex effettiv? Alla jagħtik widen meta titlob?

Anki jekk donnu li t-​talb tagħna ma jinstemax, dan ma jfissirx li Alla ma semgħux. Il-​Bibbja tassigurana: “Għajnejn il-​Mulej huma fuq il-​ġusti u widnejh miftuħa għat-​talb tagħhom.” (1 Pietru 3:12) Mela Alla Jehovah jisimgħu t-​talb tal-​ġusti, kemm jekk jitlissen u kemm jekk ma jitlissinx. (Ġeremija 17:10) Jehovah jeżamina wkoll dak li jkun hemm wara kull talba, il-​ħsibijiet u s-​sentimenti li saħansitra dak li jkun qed jitlob la jkun jafhom għalkollox u lanqas ikun konxju tagħhom.—Rumani 8:​26, 27.

Madankollu, it-​talb irid jissodisfa ċerti ħtiġijiet jekk irid ikun aċċettabbli għal Alla. L-​ewwelnett, irid jingħad lil Alla biss—mhux lil Ġesù, lil xi “qaddis,” jew lil xi idolu. (Eżodu 20:4 5) Ukoll, it-​talb irid jiġi offrut f’isem l-​Iben t’Alla, Ġesù Kristu. (Ġwann 14:6) Ifisser dan li t-​talb tagħna l-​ewwel jinstemaʼ minn Ġesù u mbagħad hu jgħaddi l-​messaġġ lil Alla? Le. Ifisser li, billi nitolbu lil Jehovah f’isem Ġesù, inkunu qed nidentifikaw ruħna bħala dixxipli taʼ Kristu u nirrikonoxxu li huwa biss permezz tal-​fidwa tiegħu li aħna nistgħu nersqu lejn Alla.—Lhud 4:​14-16.

It-​talb irid jiġi offrut bil-​fidi. Dan huwa muri mill-​appostlu Pawlu meta qal: “Mingħajr il-​fidi ma jistax ikun li wieħed jogħġob lil Alla. Għax kull min jersaq lejn Alla jeħtieġlu jemmen li Alla jeżisti u li hu jagħti l-​ħlas xieraq lil dawk li jfittxuh.” (Lhud 11:6) Kif ikun jaf individwu li għandu dan it-​tip taʼ fidi? Ġakbu, kittieb Bibliku, iwieġeb: “Jien nurik il-​fidi tiegħi mill-​għemil tiegħi.” (Ġakbu 2:18) Iva, il-​fidi ġġib l-​għemejjel, u dawn, mill-​banda l-​oħra, juru li aħna nħobbu ’l Alla u qed nipprovaw nogħġbuh.

L-aduraturi t’Alla jridu jkunu persistenti meta jitolbu. Ġesù dan urieh biċ-​ċar f’Luqa 11:​9, 10, li hu kwotat fil-​bidu. Fuq kollox, meta individwu jitlob dwar xi ħaġa darba biss, ma jkunx qed jindika dan li hu m’huwiex tassew serju dwar it-​talba tiegħu?

Dak li Jwiegħed Alla

Isir kemm isir taʼ spiss u bil-​ħerqa t-​talb tagħna, aħna xorta qed ngħixu fi “żmien iebes.” (2 Timotju 3:1) Għalkemm huwa minnu li Ġesù qal li s-​segwaċi tiegħu kienu se jkunu henjin, hu ma qalx li l-​ħajja tagħhom se tkun ħielsa mill-​problemi. (Mattew 5:​3-11) Madankollu, hu qal li d-​dixxipli tiegħu setgħu jkunu henjin minkejja n-​niket, il-​ġuħ, l-​għatx, jew il-​persekuzzjoni.

L-hena li tkellem dwaru Ġesù ma jiddependix milli jkollna ċirkustanzi ideali. Pjuttost, dan huwa kuntentizza ġewwinija li għandna minħabba li naqdu ’l Alla. Għalhekk, nistgħu niksbu ċertu ammont taʼ hena anki meta nkunu għaddejjin mill-​inkwiet.—2 Korintin 12:​7-10.

Meta Niffaċċjaw Problemi Persunali

Huwa għalxejn, allura, li titlob lil Alla dwar affarijiet persunali bħal li ssib sieħba jew sieħeb addattat għaż-​żwieġ, jew li tiffaċċja problemi taʼ saħħa, tal-​familja, jew tax-​xogħol? Le, għax għalkemm Alla ma jwigħedx li se jbiddel iċ-​ċirkustanzi taʼ ħajjitna b’mod mirakoluż, hu se jagħtina l-​għerf biex jirnexxilna nkampaw magħhom. Ġakbu kiteb hekk dwar il-​provi: “Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-​għerf, għandu jitlob lil Alla, li jagħti lil kulħadd b’id miftuħa u bla ma jċanfar lil ħadd, u jagħtihulu.” (Ġakbu 1:5) Mela Jehovah se jiggwidana permezz taʼ l-​ispirtu qaddis tiegħu. Dan se jgħinna nifhmu u napplikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja kulmeta nieħdu xi deċiżjoni.

M’għandniex xi ngħidu, l-​ispirtu t’Alla mhux se jieħu d-​deċiżjonijiet għalina. Għall-​kuntrarju, hemm bżonn li kulħadd jagħmel sforz. Per eżempju, jekk għandna problema, għamilna riċerki dwarha u eżaminajna d-​diversi aspetti u elementi tas-​sitwazzjoni? Jekk nagħmlu dan inkunu qed nuru ’l Alla li għandna l-​fidi. (Ġakbu 2:18) Konna persistenti sabiex nipprovaw insolvu l-​problema li għandna, filwaqt li nitolbu l-​ħin kollu għall-​gwida t’Alla? (Mattew 7:​7, 8) Eżaminajna bir-​reqqa l-​prinċipji Bibliċi li japplikaw għas-​sitwazzjoni tagħna? Il-​Kelma t’Alla tistaʼ tagħmilna ‘perfetti, mħejjijin għal kull ħidma tajba.’—2 Timotju 3:​16, 17.

Waqt li huwa minnu li Alla jistaʼ jidħol għall-​bnedmin u jneħħilna l-​problemi kollha, hu ħalliena b’rieda ħielsa. B’dispjaċir, ħafna jużaw ir-​rieda ħielsa tagħhom biex jagħmlu ħsara lil ħaddieħor. B’hekk, xi problemi li nitolbu dwarhom jibqgħu jeffettwawna sakemm tiġi d-​dinja l-​ġdida t’Alla. (Atti 17:​30, 31) Tistaʼ tkun xi sitwazzjoni li teżisti fil-​post fejn noqogħdu, bħall-​kriminalità jew il-​ġlied sfaċċat; jew ikollna bżonn nissaportu tbatija li jġibu fuqna dawk li jopponuna. (1 Pietru 4:4) Irridu nirrikonoxxu li f’din id-​dinja li tiċħad ’l Alla, xi sitwazzjonijiet mhux se jitjiebu.

Minkejja dan, Alla jħobbhom lill-​aduraturi tiegħu u jrid jgħinhom. Meta s-​Saltna tiegħu ssir l-​unika waħda li taħkem fuq l-​art, hu se jneħħi għalkollox il-​problemi koroh ferm taʼ din id-​dinja. (Apokalissi 21:​3, 4) Sakemm jasal dak iż-​żmien għandna nkunu persistenti fit-​talb tagħna għall-​gwida tiegħu meta niffaċċjaw il-​problemi tal-​ħajja. Jekk nagħmlu hekk, nistgħu nkunu ċerti li Jehovah se jwettaq il-​wegħda tiegħu mniżżla fil-​Bibbja f’Isaija 41:10: “La tibżax, għax miegħek jien! La titħassibx, għax Alla tiegħek jien! Jiena nwettqek, jien ngħinek; nwieżnek bil-​leminija rebbieħa tiegħi!”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja