LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 11/8 pp. 8-11
  • Kif Teħles mill-Abbuż tal-Bulijiet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Teħles mill-Abbuż tal-Bulijiet
  • Stenbaħ!—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għinhom Ma Jkunux Bulijiet
  • Għajnuna għall-​Vittmi
  • Ġenituri —Ipproteġu lil Uliedkom
  • L-​Abbuż tal-​Bulijiet Se Jispiċċa
  • L-Abbuż tal-Bulijiet—X’Jikkaġunah u X’Effetti Jħalli
    Stenbaħ!—2003
  • Il-bullying—Kif Nistaʼ Nkampa Miegħu?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif nistaʼ nkampa mal-​bullying fl-​iskola?
    Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu
  • L-Abbuż tal-Bulijiet—Problema Madwar id-Dinja
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 11/8 pp. 8-11

Kif Teħles mill-​Abbuż tal-​Bulijiet

‘Wieħed jitgħallem kif isir bùli, u kulma wieħed jitgħallem jistaʼ jerġaʼ jinsieh.’—Dr. C. Sally Murphy.

KEMM il-​bùli u kemm il-​vittma taʼ l-​abbuż tal-​bulijiet għandhom bżonn l-​għajnuna. Il-​bùli jrid jitgħallem imur maʼ l-​oħrajn mingħajr ma jabbuża mill-​poter. U l-​vittma taʼ l-​abbuż tal-​bulijiet għandha bżonn xi mezzi prattiċi biex tkampa mal-​problema.

Spiss, il-​bùli ma jkunx jaf kif imur maʼ l-​oħrajn u ma jirnexxilux jifhem xi jħossu dawk li lilhom jipprova jbeżżaʼ. Għandu bżonn jiġi osservat mill-​qrib u mgħallem kif jikkomunika sew. Il-​ktieb Take Action Against Bullying (Aġixxi Kontra l-​Abbuż tal-​Bulijiet) jgħid: “Jekk ma jitgħallmux iġibu ruħhom b’mod differenti, il-​bulijiet se jibqgħu bulijiet tul ħajjithom kollha. Huma jagħmluha taʼ bùli maʼ sħabhom, maʼ wliedhom, u jistaʼ jkun li anki maʼ dawk li jkunu taħthom fil-​post tax-​xogħol.”

Għinhom Ma Jkunux Bulijiet

Jekk it-​tfal jiġu mħarrġa kif iħossu għal oħrajn minn kmieni, dawn jistgħu ma jitħallewx isiru bulijiet. Dawk li jaħdmu fl-​edukazzjoni f’ċerti pajjiżi qed jaħdmu bi stil taʼ edukazzjoni ġdid li jissejjaħ taħriġ taʼ l-​empatija. L-​objettiv tagħhom hu li jħarrġu lill-​istudenti saħansitra fl-​età żgħira taʼ ħames snin biex jifhmu xi jħossu l-​oħrajn u jittrattaw lin-​nies b’qalb tajba. Għalkemm għalissa hemm ftit informazzjoni bħala statistika fuq l-​effett fit-​tul li dan iħalli, ir-​riżultati tal-​bidu juru li dawk li ħadu dan it-​taħriġ huma inqas aggressivi minn dawk li ma ħaduhx.

Bħala ġenitur, m’għandekx tħalli dan it-​taħriġ isir għalkollox permezz taʼ xi programm taʼ liskola. Jekk ma tridx li wliedek isiru bulijiet, trid tgħallimhom bil-​kliem u bl-​eżempju kif jittrattaw lil oħrajn bir-​rispett u d-​dinjità. X’jistaʼ jgħinek? Wisq probabbli, diġà għandek sors taʼ taħriġ eċċellenti li ma jiġix apprezzat biżżejjed—il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Kif tistaʼ tgħinek?

Biss biss, din tgħallem b’mod ċar kif iħossu Alla dwar l-​abbuż tal-​bulijiet. Ma jaħmlux! Il-​Bibbja tgħid dwar Alla: “Hu jobgħod ’il min iħobb id-​dnewwa.” (Salm 11:5) Barra minn hekk, Alla jara dak kollu li jseħħ. Fil-​Bibbja nsibu mniżżel id-​dispjaċir, jew id-​dwejjaq, li hu ħass għall-​Iżraelin meta batew “minħabba dawk li kienu jaħqruhom u jgħakksuhom.” (Mħallfin 2:18) Ħafna drabi Alla kkastiga lil dawk li abbużaw mill-​poter u li għamluha taʼ bulijiet maʼ dawk li huma dgħajfa u bla difiża.—Eżodu 22:​21-23 [22:​22-24, NW].

Il-Bibbja fiha wkoll dik li tistaʼ tissejjaħ l-​iktar tagħlima magħrufa dwar kif nuru l-​empatija. Ġesù stqarr: “Mela dak kollu li tridu li lbnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom.” (Mattew 7:12) Il-​fatt li tgħallem lil uliedek jaċċettaw din ir-​Regola tad-​Deheb—tgħallimhom iħobbuha u jgħixu biha—m’huwiex faċli; jirrikjedi li jkun hemm eżempju tajjeb, persistenza, u xogħol iebes, partikolarment peress li t-​tfal żgħar normalment ikunu egoisti. Imma taʼ min jagħmlu dan l-​isforz kollu. Jekk uliedek jitgħallmu juru qalb tajba u empatija, il-​ħsieb biss li jagħmluha taʼ bulijiet ukoll se jdejjaqhom.

Għajnuna għall-​Vittmi

Il-​vittmi taʼ l-​abbuż tal-​bulijiet, partikolarment dawk li jkunu żgħar, jiffaċċjaw sfida diffiċli—dik li jżommu stabbli emozzjonalment meta jkunu taħt pressjoni. Meta xi bùli jiffaċċjak, wisq probabbli hu jkun ħerqan biex jipprova jtellfek il-​bilanċ emozzjonali. Hu jkun qed jittama li int titlef it-​tempra għall-​aħħar jew li titwerwer. Jekk tisplodi bir-​rabja jew tinfaqaʼ tibki u turi li int imweġġaʼ jew imbeżżaʼ, il-​bùli se jieħu dak li jrid. Allura għandu mnejn jipprova jġagħlek terġaʼ tirreaġixxi b’dan il-​mod għal darba wara l-​oħra.

X’tistaʼ tagħmel? Ikkunsidra s-​suġġerimenti li ġejjin. Dawn inkitbu primarjament għaż-​żgħar, iżda l-​prinċipji jistgħu japplikaw ukoll għall-​kbar li jiffaċċjaw il-​bulijiet.

◼ Ibqaʼ kalm. Taqbadx tirrabja. Il-​Bibbja tagħti l-​parir għaqli: “Ħallik mill-​korla u la tirrabjax.” (Salm 37:8) Meta ma tikkontrollax ir-​rabja, tkun qed tħalli lill-​bùli jikkontrollak, u x’aktarx li tispiċċa tagħmel xi affarijiet li wara jiddispjaċik li tkun għamilthom.—Proverbji 25:28.

◼ Toqgħodx taħseb biex tpatti. It-​tpattija spiss terġaʼ tiġi lura fuqek. Ikun xi jkun il-​każ, it-​tpattija ma tagħtix sodisfazzjon veru. Waħda tfajla, li qalgħet xebgħa minn ħames żgħażagħ meta kellha 16-il sena, tiftakar: “Iddeċidejt f’qalbi, ‘Issa npattihielhom.’ Allura tlabt l-​għajnuna taʼ xi ħbieb u pattejtha lil tnejn minn dawk li attakkawni.” Ir-​riżultat? “Wara ħassejtni vojta,” tgħid hi. U l-​kondotta tagħha stess marret għall-​agħar wara dan. Ftakar il-​kliem għaqli tal-​Bibbja: “Troddu lil ħadd deni b’deni.”—Rumani 12:17.

◼ Meta jidher li qed tqum ir-​rabja, itlaq ’l hemm malajr. Il-​Bibbja tgħid: “Warrab qabel tibda xi ġlieda.” (Proverbji 17:14) Ġeneralment, ipprova evita lil dawk li għandhom it-​tendenza li jagħmluha taʼ bulijiet. Proverbji 22:3 jgħid: “Min hu bil-​għaqal jara l-​għawġ u jwarrab; min hu moħħu ħafif jidħol fih u jħallas għalih.”

◼ Jekk il-​bùli jibqaʼ jaqbad miegħek, forsi jkollok bżonn tkellmu sew int stess. Sib ħin li fih tkun kalm, ħares f’għajnejn il-​bùli, u tkellem b’leħen sod u tgħollix leħnek. Għidlu li mhux qed tieħu pjaċir b’dak li qed jagħmel—li m’huwiex tad-​daħq u li jweġġaʼ. Taqbadx tinsultah jew tisfidah.—Proverbji 15:1.

◼ Tkellem maʼ xi ħadd kbir u responsabbli dwar l-​abbuż tal-​bùli. Kun speċifiku dwar il-​problema u itlob l-​għajnuna biex tiffaċċjaha. Agħmel l-​istess fit-​talb tiegħek lil Alla u dan jistaʼ jkun sors mill-​aqwa taʼ għajnuna u faraġ.—1 Tessalonikin 5:17.

◼ Ftakar li int prezzjuż bħala individwu. Il-​bùli għandu mnejn iridek taħseb li ma tiswa għal xejn, li jixraqlek tiġi trattat ħażin. Imma hu m’huwiex l-​imħallef tiegħek. Alla hu, u jfittex it-​tajjeb f’kull wieħed minna. Huwa l-​bùli li jwaqqaʼ l-​valur tiegħu meta jġib ruħu b’dan il-​mod.

Ġenituri —Ipproteġu lil Uliedkom

Il-​ġenituri wkoll jistgħu jibdew jippreparaw lil uliedhom minn kmieni biex jitgħallmu kif għandhom jaġixxu bil-​għaqal mal-​bulijiet. Per eżempju, jistgħu jilagħbuha taʼ individwi oħrajn waqt li jirreċtaw bejniethom maʼ wliedhom ħalli juruhom kif irabbu ċerta kunfidenza.

Anki l-​mod kif joqogħdu—b’daharhom dritt—jistaʼ juri ċerta kunfidenza li tistaʼ ġġiegħel lill-​bulijiet ibiddlu fehmithom. Ukoll, jistaʼ jkun t’għajnuna jekk tħares dritt f’għajnejh, iżżomm idejk u dirgħajk rilassati, u titkellem b’mod sod u kontrollat. Il-​ġenituri huma inkuraġġiti biex jgħallmu lil uliedhom jitilqu ’l hemm, jevitaw lill-​bulijiet, u jistaqsu lil xi ħadd kbir li jistgħu jafdawh għall-​għajnuna, bħal xi għalliem taʼ l-​iskola.

L-edukazzjoni tal-​familja hija l-​ewwel pass biex l-​imġiba tal-​bulijiet tiġi eliminata. Il-​ġenituri jagħmlu lilhom infushom disponibbli għal uliedhom, billi jisimgħuhom bil-​paċenzja kollha biex jipprovaw jifhmu x’inhu jinkwetahom. B’dan il-​mod iġagħluhom iħossu li huma kuntenti bihom, li jridu jgħinuhom, u li jħobbuhom. Ħafna professjonisti, li jagħtu l-​pariri lill-​ġenituri dwar it-​trobbija u l-​problemi li jqumu bejn it-​tfal, iħeġġu lill-​ġenituri biex jgħinu lil uliedhom ikollhom ħarsa pożittiva tagħhom infushom. Ħarsa tajba bħal din ma tħallihomx ikunu mira daqshekk faċli għall-​bulijiet.

Iżda dan ma jsirx bil-​kliem biss. Kull membru tal-​familja jrid jitgħallem kif jittratta lill-​oħrajn bir-​rispett u d-​dinjità u jikkultiva l-​empatija. Allura tħalli lil ħadd jagħmilha taʼ bùli f’darek. Id-​dar żommha f’atmosfera taʼ sigurtà, fejn ir-​rispett u l-​imħabba jirrenjaw.

L-​Abbuż tal-​Bulijiet Se Jispiċċa

“Bniedem jaħkem fuq ieħor u jagħmillu lħsara.” (Koħèlet 8:9) Dan hu l-​mod kif il-​Bibbja tiġbor l-​istorja tal-​bnedmin. Tabilħaqq, l-​abbuż tal-​bulijiet ilu jnikket lill-​umanità għal eluf taʼ snin. Kittieb tal-​Bibbja qal: “Dort biex nara l-​moħqrijiet kollha li jsiru taħt ix-​xemx. Rajt il-​maħqurin jibku bla ma għandhom min ifarraġhom; rajt il-​qawwa li biha jaħqruhom u li ma hemmx min ifarraġhom.”—Koħèlet 4:1.

Madankollu, Alla żgur li jara l-​abbuż kollu li jsir mill-​bulijiet madwar id-​dinja, u hu jħoss għal dawk li qed jinħaqru. Imma qatt se jagħmel xi ħaġa dwaru? Iva, se jagħmel! Innota l-​wegħda tiegħu li nsibuha f’Mikea 4:4: “Kull wieħed jinsab taħt id-​dielja tiegħu, u taħt is-​siġra tat-​tin tiegħu; u ma jkunx hemm min iwerwirhom, għax fomm il-​Mulej taʼ l-​eżerċti tkellem.”

Immaġina kif se tkun id-​dinja meta din il-​wegħda titwettaq. Ma se jkun hemm ħadd li se jwerwer lil oħrajn—mhux se jkun hemm bulijiet! Ma jolqtokx dan il-​prospett? Imma Alla mhux biss wiegħed futur bħal dan. Bħalissa għaddej programm effettiv t’edukazzjoni mill-​Bibbja madwar id-​dinja. Qed jaħsad ħafna riżultati pożittivi. Dawk li qed jieħdu sehem fih jiġu mgħallma kif ibiddlu l-​karatteristiċi aggressivi fil-​personalità tagħhom, sabiex iżommu l-​paċi maʼ xulxin, u jittrattaw lil oħrajn bir-​rispett u d-​dinjità. (Efesin 4:​22-24) Dalwaqt l-​effetti taʼ dan it-​tagħlim li m’hawnx aqwa minnu se jinfirxu maʼ l-​art kollha, u l-​problema taʼ l-​abbuż tal-​bulijiet mhix se tibqaʼ teżisti. Il-​wegħdi t’Alla mniżżlin fil-​Bibbja se jsiru realtà. Kulmin ikun ħaj dakinhar se jgawdi dinja mingħajr bulijiet!

[Stampa f’paġna 8]

M’għandekx għalxiex tistħi li titlaq ’l hemm meta jiffaċċjak xi bùli

[Stampa f’paġna 9]

F’atmosfera tajba fil-​familja, it-​tfal jitgħallmu kif ikampaw maʼ kull tip t’abbuż tal-​bulijiet

[Stampi f’paġna 10]

Għallem lil uliedek kif jesprimu kif iħossuhom b’mod sod iżda bit-​tattika

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja