LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 12/8 pp. 12-13
  • Kif Tistaʼ Tirreżisti Xewqat Ħżiena?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tistaʼ Tirreżisti Xewqat Ħżiena?
  • Stenbaħ!—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Imħabba​—Il-​Fattur Importanti biex Nirreżistu Xewqat Ħżiena
  • X’Għajnuna Nistgħu Nirċievu?
  • Ix-​Xewqat Ħżiena Se Jiġu Mirbuħin
  • Kif Tirbaħ il-Ġlieda Kontra Xewqat Ħżiena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Nistgħu nibqgħu safjin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Il-Ġlieda Biex Tagħmel Dak Li Huwa Sewwa
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Żomm ix-Xewqat Tiegħek Taħt Kontroll
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 12/8 pp. 12-13

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Kif Tistaʼ Tirreżisti Xewqat Ħżiena?

“Meta rrid nagħmel it-​tajjeb, ifeġġ quddiemi l-​ħażin.”—Rumani 7:​21.

X’AKTARX iktar minn kull appostlu ieħor, Pawlu stinka biex jinkuraġġixxi lil nies oħrajn jimxu fuq il-​prinċipji għoljin tal-​Kristjanità. (1 Korintin 15:​9, 10) Madankollu, hu kien onest u għamel din l-​istqarrija t’hawn fuq. Kellu taqbida kontinwa bejn moħħu u x-​xewqat ħżiena tiegħu. Qatt ħassejtek kif ħassu l-​appostlu Pawlu? Tabilħaqq, bħala ħlejjaq imperfetti, min minna qatt ma ġarrab din it-​taqbida ġewwinija?

Għal ħafna wħud, il-​ġlieda biex jegħlbu x-​xewqat ħżiena hija kbira immens. Xi wħud jissieltu kontra xenqiet għal sodisfazzjon sesswali immorali. Oħrajn ma jistgħux jeħilsu mill-​vizzju tal-​logħob tal-​flus, tas-​sigaretti, tad-​drogi illegali, jew tax-​xorb. Meta niġu turmentati b’xewqat maħmuġin u li jagħmlu l-​ħsara, kif nistgħu nirreżistuhom? X’għajnuna nistgħu nirċievu? Qatt se tispiċċa l-​ġlieda kontra x-​xewqat ħżiena?

L-​Imħabba​—Il-​Fattur Importanti biex Nirreżistu Xewqat Ħżiena

Ġesù enfasizza l-​akbar żewġ kmandamenti fil-​Liġi Mosajka. L-​ewwel wieħed kien dan: “Ħobb lill-​Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.” (Mattew 22:37) Jekk aħna nħobbu lil Alla kif Ġesù qal li rridu nagħmlu, mhux li nogħġbu Lilu għandha tkun l-​akbar xewqa tagħna? Jekk inhu hekk, din ix-​xewqa ġusta tistaʼ tgħinna niġġieldu anki kontra l-​iktar xewqat ħżiena u diffiċli biex negħlbuhom! Din m’hijiex xi idea fit-​teorija biss. Miljuni taʼ Kristjani jirnexxilhom jiġġieldu kontra xewqat ħżiena kull ġurnata li tgħaddi. Kif tistaʼ trawwem ġibda daqshekk qawwija lejn Alla? Billi timmedita bi gratitudni fuq it-​tjubija tiegħu bħalma narawha fil-​ħolqien tiegħu, fil-​Bibbja, u bil-​mod kif jimxi maʼ kull wieħed u waħda minna.​—Salm 116:​12, 14; 119:​7, 9; Rumani 1:​20.

It-tieni l-​akbar kmandament li semma Ġesù kien: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” (Mattew 22:39) L-​appostlu Pawlu qal li l-​imħabba “ma tagħmilx dak li m’hux xieraq” u “ma tfittixx dak li hu tagħha.” Imħabba bla egoiżmu bħal din tistaʼ b’hekk tgħinna nevitaw kull kondotta li tweġġaʼ lil ħaddieħor. (1 Korintin 13:​4-8) Kif nistgħu rrawmuha din l-​imħabba? Billi npoġġu lilna nfusna fiż-​żarbun taʼ ħaddieħor u b’mod sinċier nuru li jimpurtana minn kif iħossuhom u li nixtiqulhom dejjem il-​ġid.​—Filippin 2:4.

X’Għajnuna Nistgħu Nirċievu?

Ladarba Alla jifhem kemm huwa diffiċli għalina li nagħmlu dak li hu tajjeb, hu pprovda għajnuna b’diversi modi. Permezz tal-​Kelma miktuba tiegħu, il-​Bibbja, jgħallimna nobogħdu l-​ħażin u niżviluppaw rispett xieraq lejh. (Salm 86:11; 97:10) Fil-​Bibbja nsibu rakkonti taʼ veru li juru x’riżultat diżastruż ikun hemm meta wieħed iċedi għal xewqat ħżiena. Flimkien maʼ dan, Ġesù qal li jekk nitolbu għalih, Alla se jagħtina l-​ispirtu qaddis Tiegħu, l-​akbar forza fl-​univers. (Luqa 11:13) Dan jistaʼ jsaħħaħ id-​determinazzjoni tagħna biex nagħmlu dak li hu tajjeb. Provvediment ieħor huwa l-​appoġġ u l-​inkuraġġiment reċiproku li nistgħu nirċievu mingħand Kristjani oħrajn li wkoll qed jirreżistu xewqat ħżiena. (Lhud 10:​24, 25) Hekk kif dawn l-​influwenzi pożittivi jieħdu post dawk negattivi, nirċievu għajnuna fit-​taqbida tagħna biex nagħmlu t-​tajjeb. (Filippin 4:8) Jaħdem verament dan il-​metodu?

Ejja nieħdu lil Fidel, li fil-​komunità tiegħu kien magħruf bħala sakranazz. Waqt li kien ikun taħt l-​effett tax-​xorb, hu kien ipejjep, jilgħabhom, u jiġġieled m’oħrajn. L-​istudju tiegħu tal-​Bibbja u s-​sħubija max-​Xhieda taʼ Jehovah għenuh jegħleb dawn il-​vizzji. Issa qed igawdi ħajja ħafna aħjar flimkien maʼ martu u ż-​żewġt itfal tiegħu.

Xi ħadd jistaʼ jistaqsi, ‘Imma x’jiġri jekk nerġaʼ naqaʼ?’ L-​appostlu Ġwanni ddiskuta din il-​possibbiltà. Hu kiteb: “Uliedi, dan qiegħed niktibhulkom biex ma tidinbux; imma jekk xi ħadd jidneb, aħna għandna Difensur quddiem il-​Missier, lil Ġesù Kristu, il-​ġust. U hu jħallas għal dnubietna, mhux għal tagħna biss, iżda wkoll għal dawk tad-​dinja kollha.” (1 Ġwanni 2:​1, 2) Iva, is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù jgħatti l-​iżbalji taʼ persuna li tindem u li b’mod sinċier tistinka biex tinbidel sabiex togħġob lil Alla. Meta nqisu dan il-​provvediment, x’raġuni valida jibqagħlu xi ħadd biex jaqtaʼ qalbu fil-​ġlieda ħalli jagħmel it-​tajjeb?

Ix-​Xewqat Ħżiena Se Jiġu Mirbuħin

Jekk niżviluppaw imħabbitna għal Alla u għal għajrna u nieħdu vantaġġ mill-​għajnuna t’Alla, nistgħu nirnexxu saħansitra issa fit-​taqbida tagħna kontra x-​xewqat ħżiena. Barra minn hekk, il-​Kelma t’Alla tiżgurana li din it-​taqbida mhix se tibqaʼ sejra għal dejjem. Fil-​futur qarib, dawk li jieħdu vantaġġ mill-​provvedimenti spiritwali t’Alla se jfiqu għalkollox, kemm fiżikament u kemm spiritwalment. (Apokalissi 21:​3-5; 22:​1, 2) Se jinħelsu mill-​piż tad-​dnub u l-​mewt li jġib miegħu. Mill-​banda l-​oħra, dawk li jwebbsu rashom u jaġixxu skond xewqat maħmuġin u taʼ ħsara m’humiex se jibbenefikaw minn dawn il-​barkiet.​—Apokalissi 22:15.

X’faraġ inħossu għall-​fatt li nafu li mhux se nibqgħu niġġieldu kontra x-​xewqat ħżiena għal min jaf kemm żmien. Dawn se jitneħħew għalkollox u darba għal dejjem. X’serħan se jkun dan!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja