LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 2/8 pp. 10-12
  • Kif Tistaʼ Ssir Taf lil Alla b’Ismu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tistaʼ Ssir Taf lil Alla b’Ismu
  • Stenbaħ!—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • M’Hijiex Kwistjoni taʼ Ftit Importanza
  • Alla Jehovah M’Huwiex ’il Bogħod Minnek
  • L-isem t’Alla
    Stenbaħ!—2017
  • Onora l-Isem il-Kbir ta’ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • X’jismu Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Għala Għandna Nużaw l-Isem t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 2/8 pp. 10-12

Kif Tistaʼ Ssir Taf lil Alla b’Ismu

WIEĦED li jikteb f’gazzetta rċieva l-​ittra li ġejja mingħand qarrej: “Ili ħajti kollha nissielet maʼ din il-​mistoqsija, u nittama li tistaʼ tweġibni. X’inhu l-​isem t’Alla? Il-​Lhud jgħidu li l-​isem veru tiegħu ntilef mal-​medda tas-​snin. Il-​Kristjani jsejħulu Ġesù. Il-​Musulmani jsejħulu Allah. . . . Allura, x’inhu?” Il-​gazzetta ppubblikat il-​mistoqsija flimkien maʼ din it-​tweġiba: “Skond it-​tagħlim Ebrajk tal-​qedem, Alla jistaʼ kollox, allura ma jistax jiġi deskritt b’isem wieħed. Madankollu, naċċertak li Hu (jew Hi) se jwieġeb għal kwalunkwe isem li int toħroġ bih bir-​rispett.”

Illum, attitudni superfiċjali bħal din lejn l-​isem t’Alla m’hijiex rari. Għalkemm ħafna jemmnu fil-​Bibbja u jinteressahom fir-​reliġjon, dawn ma tantx jaħsbu dwar l-​isem t’Alla. Imma Alla kif iħossu dwar dan? Hija din kwistjoni taʼ ftit importanza għalih?

M’Hijiex Kwistjoni taʼ Ftit Importanza

Ikkunsidra l-​fatt li l-​Bibbja ssemmi l-​isem persunali t’Alla, Jehovah, jew Jaħweh, għal eluf taʼ drabi. Fin-​New World Translation of the Holy Scriptures, l-​isem divin jidher xi 7,210 darbiet!a Kien Alla stess li nebbaħ lill-​kittieba tal-​Bibbja biex jużaw ismu daqshekk spiss. Wieħed minn dawn il-​kittieba, is-​salmista Asaf, kiteb: “Biex jagħrfu li Jaħweh hu ismek, li int waħdek l-​Għoli fuq l-​art kollha.” (Salm 83:19 [83:​18, NW]) David kiteb ukoll f’salm minnhom: “Aħna f’isem il-​Mulej [“Jehovah,” NW] Alla l-​qawwa tagħna.”—Salm 20:8 [20:​7, NW].

Il-Bibbja turi li Alla Jehovah jeżaminalna qalbna biex jiddetermina kif inħossuna dwar ismu. Is-​salmista qal: “Li kieku nsejna isem Alla tagħna, . . . ma kienx Alla b’dan jintebaħ, hu li jagħraf x’hemm moħbi fil-​qalb?” (Salm 44:​21, 22 [44:​20, 21 NW]) Il-​profeta Isaija kiteb: “Roddu ħajr lill-​Mulej, sejjħu ismu, għarrfu lill-​ġnus bl-​għemejjel tiegħu, xandru li ismu huwa fl-​għoli.”—Isaija 12:4.

Alla nnifsu qal: “U jkunu jafu li ismi hu Jaħweh.” (Ġeremija 16:21) F’okkażjoni oħra hu ddikjara: “Jien inqaddes ismi l-​kbir, mkasbar minnkom fost il-​ġnus, . . . u l-​ġnus ikunu jafu li jiena l-​Mulej [“Jehovah,” NW].” (Eżekjel 36:23) Xi wħud minn dawn l-​istqarrijiet jippontaw lejn żmien meta Jehovah se jaġixxi bir-​rabja maʼ dawk li juru nuqqas taʼ rispett lejn ismu. Din il-​kwistjoni dwar l-​isem persunali tiegħu m’hijiex kwistjoni taʼ ftit importanza għal Alla.

Alla Jehovah M’Huwiex ’il Bogħod Minnek

Kif tistaʼ ssir taf lil Alla b’ismu? Xi jfisser li tkun taf lil Alla b’ismu? Il-​Bibbja twieġeb: “Fik jittama min jagħraf lil ismek.” (Salm 9:11 [9:​10, NW]) Jidher ċar li l-​fatt li tkun taf lil Alla b’ismu jinvolvi iktar milli sempliċement tkun taf x’inhu dak l-​isem. Trid tafda fih. Dan ifisser li ssir taf x’tip taʼ Alla hu u titgħallem dwar il-​kwalitajiet u l-​ħsibijiet tiegħu. Dan se jqanqlek tafda fih.

L-uniku mod kif tistaʼ ssir taf x’tip taʼ Alla hu Jehovah hu billi taqra u tistudja l-​Bibbja bis-​serjetà. Hu jwiegħed li jipproteġi lil dawk li juru li jħobbu lilu u lil ismu. Dwar min jagħmel dan, Alla jgħid: “La tħabbeb miegħi, jien neħilsu; la għaraf ismi, jiena nħarsu. Hu jsejjaħli, u jiena nwieġbu; miegħu nkun fid-​dwejjaq tiegħu, neħilsu u nerfagħlu ġieħu; u b’għomor twil nimlieh, nurih is-​salvazzjoni tiegħi.”—Salm 91:​14-16.

X’relazzjoni meraviljuża għandu Alla Jehovah maʼ dawk li jafuh b’ismu! Int ukoll jistaʼ jkollok relazzjoni bħal din. Fit-​talb mill-​qalb li toffri, qatt toqgħod lura milli ssejjaħlu b’ismu. Hu se jwieġbek għaliex, kif tgħid il-​Bibbja, “hu m’huwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna.”—Atti 17:27.

[Nota taʼ taħt]

a In-New World Translation of the Holy Scriptures, pubblikata mix-​Xhieda taʼ Jehovah, hija traduzzjoni tal-​Bibbja li minflok il-​lingwa tat-​traduzzjonijiet antiki li m’għadhiex tintuża, tpoġġi forom tad-​diskors li jintużaw bħalissa. L-​iktar fattur li jispikka f’din it-​traduzzjoni huwa li l-​isem divin jerġaʼ jitqiegħed fejn suppost fil-​versi Bibliċi. Sa llum, ġew stampati iktar minn 122 miljun kopja, parti minnha jew kollha, b’45 lingwa.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 11]

Alla Jafek b’Ismek

Alla qal lil Mosè: “Jien nafek b’ismek.” (Eżodu 33:12) Ir-​rakkont magħruf tas-​siġra taqbad juri kemm dan hu minnu. Il-​Bibbja tgħid li Alla “sejjaħlu minn qalb l-​għolliq u qallu: ‘Mosè, Mosè!’” (Eżodu 3:4) Dan hu biss eżempju wieħed minn ħafna okkażjonijiet li fihom Alla indirizza lin-​nies bl-​isem persunali tagħhom. Jidher ċar li l-​Ħallieq taʼ l-​univers jinteressah minna bħala individwi.

Il-​Bibbja tgħid li Alla jaf lil kull waħda mill-​biljuni taʼ kwiekeb b’isimha. (Isaija 40:26) Kemm iktar żgur li jimpurtah mill-​bnedmin li jadurawh! L-​appostlu Pawlu kiteb li “l-​Mulej jagħraf dawk li huma tiegħu.” (2 Timotju 2:19) Dan jimplika iktar milli sempliċement jiftakar l-​ismijiet bl-​amment. Alla jaf lill-​aduraturi tiegħu b’mod intimu. Mill-​banda l-​oħra, aħna wkoll għandna nkunu nafu lil Alla b’ismu u nsiru nafu l-​kwalitajiet tiegħu b’mod intimu.

L-aħħar ktieb tal-​Bibbja jiddeskrivi ktieb figurattiv li fih Alla jikteb l-​ismijiet taʼ dawk kollha li tawh qima tul is-​snin. Dan il-​ktieb jissejjaħ “il-​ktieb tal-​ħajja” għaliex Alla Jehovah se jagħti l-​ħajja taʼ dejjem lil dawk li għandhom isimhom miktub fih. (Apokalissi 17:8) Dan hu prospett mill-​isbaħ għal dawk li jafu lil Alla b’ismu.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 12]

Huma Pproklamaw l-​Isem t’Alla

● Meta Alla ġedded il-​wegħda tiegħu taʼ ħelsien lil Mosè: “Jiena Jaħweh.”—Eżodu 6:​2, 3.

● Il-​melodija tas-​salmista Asaf dwar il-​qerda taʼ Midjan fi żmien Gidgħon: “Biex jagħrfu li Jaħweh hu ismek, li int waħdek l-​Għoli fuq l-​art kollha.”—Salm 83:19 [83:​18, NW].

● L-​appostlu Pietru jikkwota l-​Iskrittura Ebrajka waqt taħdita li ta: “U kulmin isejjaħ l-​isem taʼ Jehovah se jkun salvat.”—Atti 2:​21, NW.

● Il-​profeta Isaija: “Jaħweh taʼ l-​eżerċti ismu, il-​Qaddis taʼ Iżrael.”—Isaija 47:4.

● Ġesù Kristu jgħallem lid-​dixxipli tiegħu kif jitolbu: “Mela itolbu hekk: ‘Missierna, li inti fis-​smewwiet, jitqaddes ismek.’”—Mattew 6:​9, 10.

● Ġesù Kristu jitlob lil Alla: “Jiena għarraft ismek.”—Ġwanni 17:6.

● Alla jkellem lill-​poplu tiegħu: “Jiena hu l-​Mulej Alla tiegħek, dak li jqanqal il-​baħar, u jgargru l-​imwieġ tiegħu, Jaħweh taʼ l-​eżerċti jismu.”—Isaija 51:15.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja