LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 6/8 pp. 8-11
  • Meta Ħadd Iktar Ma Se Jerġaʼ Jħossu Waħdu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta Ħadd Iktar Ma Se Jerġaʼ Jħossu Waħdu
  • Stenbaħ!—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Jehovah Jgħin lil Dawk li Jħossuhom Waħedhom
  • Raġel li Ħass Ħafna għal Oħrajn u Għadirhom
  • Il-​Kelma taʼ Jehovah Tistaʼ Tgħinna Negħlbu s-​Solitudni
  • Meta Ħadd Ma Se Jgħid, “Inħossni Waħdi”
  • Ġieli tħossok waħdek u beżgħan?
    Għallem lil Uliedek
  • Kif tkampa bis-solitudni
    Stenbaħ!—2015
  • Ġeħova Dejjem Miegħek, M’Intix Waħdek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Ħafna Għala Jħossuhom Waħedhom?
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 6/8 pp. 8-11

Meta Ħadd Iktar Ma Se Jerġaʼ Jħossu Waħdu

IR-​RAKKONT f’Ġenesi 2:18 jgħid li meta nħoloq l-​ewwel bniedem, “il-​Mulej Alla qal: ‘M’hux sewwa li l-​bniedem jibqaʼ waħdu. Ħa nagħmillu għajnuna tgħodd għalih.’” Il-​bnedmin inħolqu biex ikunu m’oħrajn u jiddependu minnhom.

L-​aqwa Ħabib li jistaʼ jkollna huwa Alla Jehovah. L-​appostlu Pawlu jammetti li Jehovah hu “Missier il-​ħniena u Alla taʼ kull faraġ. Hu jfarraġna fl-​hemm kollu tagħna.” (2 Korintin 1:​3, 4) Jehovah innifsu jesprimi diqa meta jara lill-​qaddejja tiegħu jbatu. Huwa Alla t’empatija. “Hu jaf kif aħna magħġuna, jiftakar li aħna trab.” (Salm 103:14) Ma tħossokx tinġibed lejn Alla Jehovah u ma tħossokx grat li bi mħabba u qalb tajba jieħu ħsiebna u jifhimna daqshekk?

Jehovah Jgħin lil Dawk li Jħossuhom Waħedhom

Fil-​passat ħafna mill-​qaddejja t’Alla għaddew minn ċirkustanzi li fihom ħassewhom waħedhom. Jehovah kien sors t’appoġġ u faraġ għalihom. Per eżempju, ħu lil Ġeremija, li ssejjaħ biex ikun profeta meta kien żgħir. Mill-​40 kittieb taʼ l-​Iskrittura, Ġeremija probabbilment kien l-​iktar wieħed li esprima s-​sentimenti persunali tiegħu. Beżaʼ u ħass li ma kienx kapaċi biżżejjed meta rċieva l-​ewwel inkarigu tiegħu mingħand Alla. (Ġeremija 1:6) Biex iwettaq dan l-​inkarigu kellu jistrieħ totalment fuq Jehovah. Iva, Jehovah kien miegħu “bħal raġel qalbieni.”​—Ġeremija 1:​18, 19; 20:11.

Xi 300 sena qabel Ġeremija, meta s-​Sultana Ġeżabel semgħet bil-​mewt tal-​profeti tagħha taʼ Bagħal, ħalfet li toqtol lil Elija. Elija ħarab lejn Ħoreb fil-​Peniżola tas-​Sinaj, xi 450 kilometru ’l bogħod minfejn kien. Meta wasal, hu daħal f’għar u qattaʼ l-​lejl hemmhekk, u Alla Jehovah għamillu din il-​mistoqsija: “Hawn x’inti tagħmel, Elija?” Elija spjega li ħass li kien l-​uniku qaddej taʼ Jehovah f’Iżrael kollu, l-​uniku profeta li kellu qalbu tħeġġeġ għas-​servizz t’Alla. Jehovah żgurah li ma kienx waħdu. Jehovah kien miegħu, u 7,000 minn sħabu l-​Iżraelin kienu m’Elija wkoll, avolja hu ma kienx jaf. Jehovah farraġ u serraħ lil Elija u ssoda l-​fidi tiegħu. Hu qanqal qalb Elija, billi inkuraġġixxa lill-​profeta biex ma jaqtax qalbu fl-​inkarigu tiegħu. (1 Slaten 19:​4, 9-12, 15-18) Jekk bħal Elija aħna xi darba nħossuna waħedna jew li ma niswew għal xejn, aħna wkoll nistgħu nitolbu lil Jehovah biex isaħħaħna. Ukoll, billi jużaw l-​għaqal, l-​anzjani Kristjani jistgħu jitkellmu maʼ wħud leali biex ifarrġuhom, u jgħinuhom jaraw is-​sehem li għandhom fit-​twettiq taʼ l-​iskop t’Alla.​—1 Tessalonikin 5:14.

Minn dawn l-​eżempji u oħrajn, nistgħu nifhmu li Jehovah huwa lest li jappoġġa u jfarraġ bi mħabba lil dawk li jħossuhom waħedhom. Iva, “ikun il-​Mulej kenn għal min hu mgħakkes, kenn għalih fi żmien id-​dwejjaq.”​—Salm 9:10 (9:​9, NW ); 46:2 (46:​1, NW ); Naħum 1:7.

Raġel li Ħass Ħafna għal Oħrajn u Għadirhom

Ġesù Kristu huwa eżempju taʼ xi ħadd taʼ min jammirah għall-​emozzjonijiet bilanċjati b’mod perfett għaliex hu imita lil Jehovah. Luqa jiddeskrivi kif irreaġixxa Ġesù meta ltaqaʼ maʼ funeral li kien għaddej fil-​belt taʼ Najn: “Kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu . . . Kif raha l-​Mulej tħassarha. ‘Tibkix,’ qalilha. Resaq, u mess it-​tebut. Dawk li kienu qegħdin jerfgħuh waqfu. U hu qal: ‘Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum!’ U l-​mejjet qam bilqiegħda u beda jitkellem. U Ġesù tah lil ommu.” (Luqa 7:​12-15) Ġesù ħass għafsa taʼ qalb. Kien bniedem li jagħder. L-​armla kienet qed tħossha waħedha. Immaġina kemm ferraħha Ġesù meta qajmilha lil binha! Issa ma baqgħetx tħossha waħedha.

Nistgħu nkunu ċerti li Ġesù huwa wieħed li jistaʼ “jagħder id-​dgħufija tagħna.” Hu żgur li jagħder lil uħud retti li jħossuhom waħedhom. Iva, permezz tiegħu nistgħu “naqilgħu ħniena u nsibu f’waqtha l-​grazzja li neħtieġu.” (Lhud 4:​15, 16) Billi nimitaw lil Ġesù, nistgħu niżviluppaw mogħdrija għal dawk li jġarrbu niket u wġigħ, u jħossuhom waħedhom. Billi ngħinu lil oħrajn, inqas hemm ċans li nħossuna waħedna. Imma jerġaʼ hemm mod ieħor kif nistgħu niġu megħjunin negħlbu s-​sentimenti negattivi tas-​solitudni.

Il-​Kelma taʼ Jehovah Tistaʼ Tgħinna Negħlbu s-​Solitudni

Ħafna sabu li “bil-​faraġ li tagħtina lIskrittura, aħna jkollna t-​tama.” Il-​Kelma t’Alla mimlija pariri prattiċi li jistgħu jgħinuna negħlbu s-​solitudni. (Rumani 15:4; Salm 32:8) Per eżempju, il-​Kelma t’Alla tħeġġiġna biex ‘ma nippretendux li aħna xi ħaġa aktar milli aħna kif għandu jkun.’ (Rumani 12:3) Biex napplikaw dan il-​parir, forsi jkollna bżonn nirranġaw il-​mod kif naħsbu. L-​umiltà u l-​modestja​—li jkollna ħarsa realistika tal-​limitazzjonijiet tagħna​—żgur li se jgħinuna nippretendu affarijiet bilanċjati u raġunevoli minna nfusna. Il-​Kelma t’Alla tagħtina l-​parir ukoll biex niżviluppaw interess ġenwin f’oħrajn. (Filippin 2:4) Din hi xi ħaġa reċiproka. Hekk kif int tagħti lil oħrajn, oħrajn se jagħtu lilek. Din is-​sħubija tajba tgħin biex isserraħ is-​sentimenti taʼ vojt u tagħti skop f’ħajjitna.

Il-Bibbja tinkuraġġina biex bħala Kristjani “ma ninqatgħux mil-​laqgħat tagħna flimkien.” (Lhud 10:​24, 25) Għalhekk, ħu sehem f’attivitajiet pożittivi, bħal li tattendi l-​laqgħat tax-​Xhieda taʼ Jehovah regolarment. Bla dubju, il-​laqgħat Kristjani jistgħu jikkontribwixxu għas-​saħħa spiritwali, emozzjonali, u fiżika tagħna. Mod sabiħ kif nimlew ħajjitna b’attività bnina hu billi nitkellmu m’oħrajn dwar l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. Dan iżommna ffokati fid-​direzzjoni t-​tajba, isaħħilna l-​fidi tagħna, u jipproteġi t-​tama li għandna.​—Efesin 6:​14-17.

Ersaq qrib lejn Jehovah bit-​talb. David ħeġġeġ: “Qiegħed it-​tagħbija tiegħek fuq il-​Mulej, u hu jgħinek.” (Salm 55:​22, Karm Żammit) Billi tistudja l-​Kelma t’Alla, se tħossok ferħan. (Salm 1:​1-3) Jekk tibda tħossok maħkum mis-​solitudni, immedita fuq l-​imħabba taʼ Jehovah kif tidher fil-​Kelma tiegħu. Is-​salmista kiteb: “Mixħuta fit-​trab hi ruħi; aħjini int skond kelmtek.”​—Salm 119:25.

Meta Ħadd Ma Se Jgħid, “Inħossni Waħdi”

Alla Jehovah wegħedna dinja ġdida ħielsa mill-​ansjetajiet, il-​frustrazzjonijiet, u ssentimenti negattivi. Il-​Bibbja tgħid: “Hu jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom: ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajat jew tbatija ma jkun hemm iżjed, għax għabu l-​ħwejjeġ taʼ qabel.” (Apokalissi 21:4) Iva, fost dawk il-​ħwejjeġ taʼ qabel li se jgħibu hemm l-​uġigħ fiżiku, mentali, u emozzjonali li nġarrbu llum.

L-art se tkun mimlija b’nies dħulin li se jsebbħulna ħajjitna. Permezz tas-​Saltna tiegħu tas-​sema f’idejn Ġesù Kristu, Jehovah se jfejjaqna għal dejjem mis-​solitudni tagħna. Hu se jagħtina affarijiet ġodda u taʼ l-​għaġeb x’nagħmlu f’ġenna taʼ l-​art. Għad jasal il-​jum meta qatt iktar ma ngħidu, “Inħossni waħdi.”

[Stampa f’paġna 8, 9]

Bl-​appoġġ taʼ Jehovah m’aħniex se nħossuna waħedna, anki meta nkunu waħedna

[Stampi f’paġna 10]

X’jgħallmuna r-​rakkonti Bibliċi taʼ Ġeremija u Elija?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja