LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • yc lezzjoni 7 pp. 16-17
  • Ġieli tħossok waħdek u beżgħan?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġieli tħossok waħdek u beżgħan?
  • Għallem lil Uliedek
  • Materjal Simili
  • Kiseb il-Faraġ Mingħand Alla Tiegħu
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Kiseb il-Faraġ Mingħand Alla Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Se Tkun Int Leali Bħal Elija?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Ġeħova jsaħħaħ lil Elija
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Għallem lil Uliedek
yc lezzjoni 7 pp. 16-17
Daqsxejn taʼ tifel iħossu waħdu u mbeżżaʼ

LEZZJONI 7

Ġieli tħossok waħdek u beżgħan?

Ħares lejn it-​tifel żgħir fl-​istampa. Jidher waħdu u beżgħan, hux veru? Inti ġieli ħassejtek hekk?— Kulħadd iħossu hekk kultant. Il-​Bibbja titkellem dwar ħbieb taʼ Ġeħova li wkoll ħassewhom waħedhom u beżgħanin. Wieħed minnhom kien Elija. Ejja nitgħallmu ftit dwaru.

Ir-Reġina Ġeżabel tgħajjat mimlija rabja

Ġeżabel riedet toqtol lil Elija

Elija kien jgħix f’Iżrael ħafna żmien ilu, qabel ma twieled Ġesù. Aħab, is-​sultan taʼ Iżrael, ma kienx qed iqim lill-​Alla l-​veru, Ġeħova. Aħab u l-​mara tiegħu, Ġeżabel, kienu qed iqimu lill-​alla falz Bagħal. Allura ħafna min-​nies f’Iżrael ukoll bdew iqimu lil Bagħal. Is-​Sultana Ġeżabel kienet kattiva ħafna u riedet toqtol lin-​nies kollha li kienu jqimu lil Ġeħova, inkluż lil Elija! Taf x’għamel Elija?—

Elija ħarab ’il bogħod! Mar fid-​deżert u staħba ġo għar. Għala taħseb li għamel dan?— Iva, għax kien beżgħan. Imma Elija ma kellux għalfejn jibżaʼ. Għala? Għax kien jaf li Ġeħova setaʼ jgħinu. Ġeħova kien diġà wera lil Elija kemm hu b’saħħtu. Darba minnhom, Ġeħova kien wieġeb it-​talba taʼ Elija billi bagħat in-​nar mis-​sema. Allura Ġeħova żgur setaʼ jgħin lil Elija issa!

Ġeħova jwieġeb it-talba t’Eliżew billi jibgħat in-nar mis-sema; Eliżew jinsab f’għar; Eliżew iħossu ferħan wara li jismaʼ l-kliem inkuraġġanti taʼ Ġeħova

Ġeħova kif għen lil Elija?

Waqt li Elija kien fl-​għar, Ġeħova kellmu u staqsieh: ‘X’qed tagħmel hawn?’ Elija wieġeb: ‘Jien biss għadni nqimek. Jien waħdi, u nibżaʼ li se ninqatel.’ Elija ħaseb li dawk kollha li jqimu lil Ġeħova kienu nqatlu. Imma Ġeħova qal lil Elija: ‘Le, mhux veru. Hemm 7,000 persuna oħra li għadhom iqimuni. Agħmel il-​kuraġġ. Għandi iktar xogħol għalik!’ Taħseb li Elija ħa pjaċir jismaʼ dan?—

X’tistaʼ titgħallem minn dak li ġara lil Elija?— Qatt m’għandek għalfejn tħossok waħdek u beżgħan. Għandek ħbieb li jħobbu lil Ġeħova u li jħobbu lilek. Ukoll, Ġeħova hu b’saħħtu ħafna, u dejjem se jgħinek! Ferħan li taf li qatt m’inti verament waħdek?—

AQRA MILL-​BIBBJA TIEGĦEK

  • 1 Slaten 19:3-18

  • Salm 145:18

  • 1 Pietru 5:9

MISTOQSIJIET:

  • Fi żmien Elija, kien hemm ħafna nies iqimu lil Ġeħova? Lil min kienu jqimu?

  • Elija għala ħarab u staħba ġo għar?

  • Ġeħova x’qallu lil Elija?

  • X’nistgħu nitgħallmu minn dak li ġara lil Elija?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja