LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 47 p. 114-p. 115 para. 3
  • Ġeħova jsaħħaħ lil Elija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġeħova jsaħħaħ lil Elija
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Kiseb il-Faraġ Mingħand Alla Tiegħu
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Kiseb il-Faraġ Mingħand Alla Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Ġieli tħossok waħdek u beżgħan?
    Għallem lil Uliedek
  • Se Tkun Int Leali Bħal Elija?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 47 p. 114-p. 115 para. 3
Elija wieqaf quddiem għar fuq il-Muntanja Ħoreb u qed jismaʼ lill-anġlu t’Alla jkellmu

LEZZJONI 47

Ġeħova jsaħħaħ lil Elija

Ġeżabel, xħin semgħet xi ġralhom il-​profeti taʼ Bagħal, irrabjat ħafna. Hi bagħtet messaġġ lil Elija: ‘Għada, int se tmut bħall-​profeti taʼ Bagħal.’ Elija beda jibżaʼ u telaq jiġri fid-​deżert. Hu beda jitlob: ‘Ġeħova, ma niflaħx nissaporti iżjed. Ħallini mmut.’ Elija ħassu għajjien ħafna u għalhekk raqad taħt siġra.

Anġlu qajmu u bil-​ħlewwa qallu: ‘Qum u kul.’ Elija ra ftira fuq ġebel sħun u buqar bl-​ilma. Hu kiel u xorob u reġaʼ mar jorqod. L-​anġlu reġaʼ qajmu u qallu: ‘Kul. Għandek bżonn li tkun f’saħħtek biex tivvjaġġa.’ Allura Elija kiel ftit ieħor. Imbagħad, hu vvjaġġa 40 ġurnata u 40 lejl, sakemm wasal ħdejn il-​Muntanja Ħoreb. Hemmhekk, Elija ra għar u daħal ġo fih biex jorqod. Imma Ġeħova kellmu u qallu: ‘X’qed tagħmel hawn, Elija?’ Hu wieġbu: ‘L-​Iżraelin ma żammewx il-​wegħda li għamlu miegħek. Huma kissru l-​artali tiegħek u qatlu lill-​profeti tiegħek. Issa qed jipprovaw joqtlu lili wkoll.’

Ġeħova qallu: ‘Oħroġ mill-​għar u ibqaʼ wieqaf hemm, fuq il-​muntanja.’ L-​ewwel, għadda riħ qawwi ħafna minn quddiem l-​għar. Imbagħad, kien hemm terremot u wara kien hemm nar. Fl-​aħħar, Elija semaʼ leħen kalm u fil-​baxx. Hu għatta wiċċu bil-​libsa tiegħu u baqaʼ hemm, quddiem l-​għar. Imbagħad, Ġeħova staqsieh għala kien ħarab. Elija wieġbu: ‘Jien biss għadni naqdi lilek.’ Imma Ġeħova qallu: ‘Int m’intix waħdek. Hemm 7,000 Iżraeli ieħor li għadu jqim lili. Mur u agħmel lil Eliżew profeta minflokok.’ Minnufih, Elija telaq biex jagħmel dak li kien qallu Ġeħova. Taħseb li Ġeħova se jgħin anke lilek meta tagħmel dak li jgħidlek hu? Iva, hu żgur li jgħinek. Ejja nitgħallmu dwar xi ħaġa li ġrat fiż-​żmien meta ma kinitx qed tagħmel xita.

“Tkunu ansjużi fuq xejn, imma f’kollox b’talb u b’suppliki [jew, talb bil-​ħerqa] flimkien maʼ radd il-​ħajr ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu.”—Filippin 4:6

Mistoqsijiet: Elija għala ħarab? Ġeħova x’qallu lil Elija?

1 Slaten 19:1-18; Rumani 11:2-4

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja