LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 9/8 p. 19
  • Il-Verità tal-Bibbja Titwassal Għand il-Pigmej

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Verità tal-Bibbja Titwassal Għand il-Pigmej
  • Stenbaħ!—2004
  • Materjal Simili
  • Ġeħova Jippremja lil Dawk li Jmorru Lura f’Pajjiżhom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Imħabba Kristjana Kontra Vulkan
    Stenbaħ!—2000
  • It-Tbatijiet taʼ Żmien il-Gwerra Ppreparawni għall-Ħajja
    Stenbaħ!—2004
  • “Tgħallimt Ħafna Minn Oħrajn!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 9/8 p. 19

Il-​Verità tal-​Bibbja Titwassal Għand il-​Pigmej

MINN KITTIEB GĦAL STENBAĦ! FIL-​KAMERUN

F’iktar minn 230 pajjiż madwar id-​dinja, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jipprovaw iwasslu l-​messaġġ tas-​Saltna t’Alla lill-​“bnedmin kollha.” (1 Timotju 2:4; Mattew 24:14) Fost dawn hemm il-​Pigmej Afrikani, nies taʼ statura żgħira li huma twal biss bejn 1.2 u 1.4 metru. Dawn jgħixu prinċipalment fil-​qalba tal-​foresti tar-​Repubblika Afrikana Ċentrali, fir-​reġjun tal-​Kongo, u fix-​xlokk tal-​Kamerun.

L-ewwel evidenza bil-​miktub li l-​Pigmej iltaqgħu mal-​viżitaturi kienet meta l-​Fargħun Eġizzjan Neferirkare bagħat spedizzjoni biex issib is-​sors tax-​Xmara Nil. L-​ispedizzjoni rrapportat li ltaqgħet maʼ nies taʼ statura żgħira fil-​qalba tal-​foresti Afrikani. Iktar tard, kemm il-​kittieb Omeru u kemm il-​filosfu Aristotele, li kienu Griegi, semmew lill-​Pigmej. L-​Ewropej iltaqgħu maʼ dawn in-​nies fis-​seklu 16 u 17.

Fiż-​żminijiet moderni x-​Xhieda taʼ Jehovah ilhom jippridkaw fil-​foresti taʼ l-​Afrika. Għalkemm il-​Pigmej wieġbu għall-​messaġġ tas-​Saltna, l-​isforzi li saru biex l-​interess tagħhom jikber iktar fosthom ma tantx irnexxew. Dan huwa minħabba t-​tip taʼ ħajja li jgħixu l-​Pigmej—kull tant xhur jiċċaqalqu minn post għal ieħor.

Il-Pigmej huma magħrufin bħala nies paċifiċi u mistħija. Bejn wieħed u ieħor il-​popolazzjoni tagħhom fl-​Afrika hi taʼ madwar 150,000 u 300,000 ruħ. Kien hemm gvernijiet, organizzazzjonijiet internazzjonali, u knejjes li bnew skejjel apposta għall-​Pigmej, kif ukoll djar żgħar biex ikunu jistgħu jgħixu komdi fl-​istil taʼ ħajja tagħhom. Madankollu, għalkemm saru sforzi biex iħajru lill-​Pigmej joqogħdu f’post wieħed, dan ma tantx irnexxa.

Eċċezzjoni taʼ l-​għaġeb hi fil-​Kamerun, dik taʼ Janvier Mbaki, l-​uniku Pigmew li huwa magħruf li sar Xhud f’dan il-​post. Hu aċċetta l-​messaġġ tal-​Bibbja wara li qara l-​ktieb mimli stampi Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem fil-​Ġenna Fuq l-​Art, kif ukoll pubblikazzjonijiet oħrajn.a Janvier tgħammed fis-​sena 2002 u issa qed jaqdi bħala pijunier, kif ix-​Xhieda taʼ Jehovah isejħu lill-​evanġelizzaturi full-time. Huwa wkoll qaddej ministerjali fil-​kongregazzjoni Kristjana li qiegħed fiha fi Mbang, raħal żgħir fix-​xlokk tal-​pajjiż. Fil-​futur se nkunu nafu jekk ikunx hemm iktar Pigmej fil-​Kamerun li jagħżlu li jaqdu lil Jehovah, l-​uniku Alla veru, li jħobb lill-​“bnedmin kollha.”

[Nota taʼ taħt]

a Pubblikat mix-​Xhieda taʼ Jehovah iżda m’għadux jiġi stampat.

[Stampa f’paġna 19]

Janvier Mbaki—l-​ewwel Pigmew fil-​Kamerun magħruf li sar Xhud—qiegħed jieħu sehem fil-​ministeru

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja