Il-Kalendarju Meraviljuż tal-Maja
Minn kittieb għal Stenbaħ! fil-Messiku
Għall-poplu antik tal-Maja,a kien ferm sinifikanti li jżommu rekord taż-żminijiet. Mill-kalendarji tagħhom wieħed jistaʼ jara t-twemmin li kellhom dwar ġrajjiet li kienu jerġgħu jseħħu f’ċerti ċikli.
Dak li xi studjużi jsejħulu l-kalendarju tzolkin (l-għadd tal-jiem) kien jikkonsisti minn ċiklu taʼ 260 ġurnata maqsum fi 13-il perijodu li kienu numerati. Kull perijodu kien idum 20 ġurnata, u kull ġurnata kellha isem apposta għaliha. Il-kalendarju tzolkin kien il-bażi tal-ħajja ċerimonjali tal-Maja u kien jintuża fit-tbassir.
Fl-istess żmien mal-kalendarju ritwali kien jintuża l-kalendarju ċivili, jew ħaab. Dan kien kalendarju solari taʼ 365 ġurnata. Kellu 19-il xahar, li 18 minnhom kellhom 20 ġurnata; u xahar wieħed kellu biss ħamest ijiem, li kollha f’daqqa jagħmlu total taʼ 365 ġurnata. L-agrikultura u l-ħajja taʼ kuljum kienu bbażati fuq din is-sena solari. Il-Maja, li kien jilħqilhom, għaqqdu dawn iż-żewġ kalendarji f’kalendarju ieħor li r-riċerkaturi sejħulu l-Calendar Round, u b’hekk ipproduċew dati minn elementi li ħadu mill-kalendarji l-oħra. Dan iċ-ċiklu enormi taʼ ġranet ħa 52 sena biex jirripeti ruħu.b
Ma nstab ebda fdal storiku li fil-fatt jirrappreżenta l-kalendarju komplut tal-poplu Maja. L-istudjużi taʼ l-istorja setgħu jaslu biex jifhmu s-sistema tal-kalendarju billi rnexxielhom jiddeċifraw il-ftit kotba tal-Maja li għadhom jeżistu u billi studjaw is-simboli (glyphs) fuq xi ġebel (stelae) u monumenti.
Illum, wara sekli sħaħ taʼ riċerka, il-kalendarju tal-Maja għadu l-għaxqa taʼ l-esperti. Dan kellu karatteristiċi sofistikati bħalma huma aġġustamenti preċiżi għat-tul tas-sena solari u mapep straordinarji li fihom kienu mniżżlin bi preċiżjoni ċ-ċikli tal-qamar u tal-pjaneti. Iva, dan kollu kien kalkulat b’sengħa kbira mill-Maja tal-qedem, li bi preċiżjoni kbira għamlu rekord taż-żminijiet.
[Noti taʼ taħt]
a Ara l-artiklu “The Maya—Yesterday and Today” (Il-Maja—Il-Bieraħ u Llum), fl-Awake! tat-8 taʼ Settembru, 2001.
b Minbarra dan, il-Maja użaw il-kalendarju taʼ Għadd fit-Tul, li bażikament kien rekord kontinwu taʼ ġranet minn data bażika tal-qedem.
[Dijagramma/Stampi f’paġna 31]
(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)
Tzolkin Ħaab
6 Kaban 5 Pop
Id-data mmarkata fuq il-ġebla hi 6 Kaban 5 Pop u tikkorrispondi mas-6 taʼ Frar, 752 Q.E.K.
[Dijagramma/Stampi f’paġna 31]
(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)
0 1 5
Il-Maja użaw it-tliet simboli t’hawn fuq flimkien biex jirrappreżentaw kull numru
0 1 2 3 4
5 6 7 8 9
10 11 12 13 14
15 16 17 18 19
Minflok sebat ijiem, il-kalendarju tzolkin kellu 20 ġurnata bl-ismijiet. Taħt hemm xi ftit mis-simboli
Xi simboli (glyphs) għad-19-il xahar tal-kalendarju ħaab
[Sorsi taʼ l-Istampa f’paġna 31]
Fuq lemin u fuq ġewwa: HIP/Art Resource, NY; glyphs: An Introduction to the Study of the Maya Hieroglyphs/Sylvanus Griswold Morlay/Dover Publications